Legislature:
Category:
Reset
Active:

Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u l-Iżrael

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti l-Iżrael għal kura, bis-saħħa tal-Memorandum of Understanding li kien iffirmat f’Ottubru tal-2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma ġewx mibgħuta pazjenti għall-kura fl-Iżrael.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Kiri ta’ karozzi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24411 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Att dwar is-Saħħa — Servizzi/benefitċċji u Spiża u tariffi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25233 u jelenka l-ispiża u/jew it-tariffi aġġornati marbuta ma’ kull benefiċċju, servizz, intervent u trattament hekk kif provdut fl-Att dwar is-Saħħa (Kap. 528)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li t-tariffi marbuta mas-servizzi, interventi u trattamenti jinsabu fl-Avviż Legali numru 105/2024 li kopja diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25503.

Oftalmoloġija — Operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni fl-oftalmoloġija saru fl-2024 u kemm tħassru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi matul l-2024, saru 9,631 operazzjoni/proċedura fl-ispeċjalità ta’ l-oftalmoloġija. 834 minn dawn daru fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan jinkludi proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (saru 9,568) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (saru 63). Ninsab infurmat ukoll li matul l-2024, ma sarux 1,048 għal-dawn ir-raġunijiet: Posponiment min-naħa tal-pazjent stess jew ma ġiex dak in-nhar tal-operazzjoni (697 – 66% ); minħabba l-kundizzjoni medika tal-pazjent (160); posponiment minħabba l-kirurgu jkun marid jew imsiefer (47); posponiment minħabba problemi loġistiċi (131); pazjenti li ma setgħux jiġu kkuntattjati (3); u għal raġunijiet oħra diversi (10).

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27143, 27429 u 27481 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.

Paola Hub — Xogħlijiet li jridu jerġgħu jsiru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn ser jinstabu l-flus neċessarji biex jinbidel ix-xogħol ħażin li sar fil-Paola Hub u li diġà tħallas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li hemm bżonn biex il-binja tiġi ċertifikata, ser jitnaqqsu skont il-kuntratt li kien hemm mal-kuntrattur.

L-Isptar Mater Dei — Persuni rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25173 u jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni li ġew rikoverati fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Isptar Mater Dei — Persuni rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25174 u jgħid f’liema faxxa ta’ età kienu l-persuni li ġew rikoverati fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27862.

Sptarijiet — Sapport ta’ psikjatri jew psikologi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25654, jista’ l-Ministru jgħid kif jitqabblu n-numri mogħtija fl-istess tweġiba, meta n-numri ta’ Malta u ta’ Għawdex jitqabblu ma’ xulxin, meta wieħed iqis li skont it-tweġiba kien hemm 2,176 każ f’Malta u 1,067 każ f’Għawdex, kif ukoll, meta wieħed iqis in-numru ta’ persuni li fil-fatt huma involuti, meta hemm diverġenzi kbar f’age groups bejn Malta u Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Għar-rigward tal-Isptar t’Għawdex, ninsab infurmat li l-istatistika mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25654, kienet turi każijiet fejn intalbet għajnuna psikjatrika jew psikoloġika fis-swali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika tan-numru ta’ pazjenti li għalihom intalbet l-għajnuna psikjatrika jew psikoloġika fis-swali. L-istatistika murija għal Malta fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25654 hi tan-numru ta’ pazjenti li għalihom intalbet għajnuna psikjatrika jew psikoloġika.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Segretarjat għall-Anzjanità Attiva - Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 27037.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26596 u jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Malta fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll: i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin; ii. f’liema sezzjoni jaħdmu u fejn; iii. x’tip ta’ xogħol jagħmlu; u iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 367 ħaddiem residenti ġewwa Għawdex li jaħdmu f’Malta fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet.

2025-2030 — Strateġija annwali tas-saħħa sesswali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26719, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istrateġija annwali tas-saħħa sesswali 2025-2030 s’issa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li b’rabta mal-konsultazzjoni pubblika tal-istrateġija tas-saħħa sesswali 2025-2030, l-ispiża kienet ta’ €6,336.81. Il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva hu sodisfatt bir-rispons pożittiv li kien hemm għal din l-istrateġija.