Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru referrals (appuntamenti għall-ewwel darba), check-ups u konsulti minn konsulenti fid-Dipartiment tad-Dentistrija fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-lista ta’ stennija attwalment għal check up, filling jew dentatura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2018 sal-2022 saru 7798 konsulta u 10399 check ups fid-Dipartiment tad-Dentistrija, kif tindika t-tabella mehmuża. Ta min ifakkar illi matul 2020 u 2021 kien hemm perjodu fejn l-operazzjonijiet mhux ta emerġenza kienu sospiżi imħabba l-Covid.
Sena
Konsulti minn konsulenti ( Kazijiet godda)
Check uPs
2018
1981
2696
2019
1595
2623
2020
1081
1137
2021
1561
2487
2022 (up until 12th October 2022)
1580
1456
Total
7798
10399
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni f’Malta u Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni huma anzjani?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta lista ta' fuels li jintużaw f'kull wieħed mill-isptarijiet tal-Gvern, għaliex jintużaw u x'kienet il-kwantità użata kull sena mill-1 ta' Jannar, 2013 sal-31 ta' Dicembru, 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2698, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar minn liema lokalitajiet, lokalità lokalità, huma dawk il-persuni li qed jieħdu l-mediċina Xeralto bla ħlas u kemm hemm minn kull lokalità? Ta’ liema età huma dawn il-persuni?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Iskeda V msemmija fl-istess risposta ta’ mistoqsija parlamentari 2698? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta hu maħsub li dan is-servizz jiġi estiż għal pazjenti oħra li sal-lum għadhom mhumiex intitolati għal din il-mediċina b’xejn skont l-Iskeda V imsemmija?
Kemm hu n-numru ta’ persuni li talbu li jingħataw din il-mediċina bla ħlas, iżda din mhux tingħatalhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kopja ta l-Iskeda V u lista bil-lokalitaà u età ta’ dawk il-persuni li qed jieħdu din il-mediċina bla ħlas se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta ta' għada. Kull min hu intitolat għal din il-mediċina skont l-iskeda V jista jgawdi minnha mingħajr ħlas.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2453, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ambulanzi mikrija mill-privat u kemm hi l-ispiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kuljum hemm medja ta’ 8 ambulanzi mikrija mill-privat. Il-kirja tinkludi kiri ta’ ambulanzi (fuwil u maintenance inklu¿i), kif ukoll s-servizz tar-ri¿orsi umani biex iħaddmuhom..
Għawdex – Tilqim tal-influwenza u tal-Omicron Booster
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma minn fejn ser jingħataw it-tilqim tal-influwenza u l-Omicron Booster ġewwa Għawdex? Se jingħataw b'kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, bħal snin preċedenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim tal-influwenza u l-Omicron Booster ġewwa Għawdexse jingħataw mix-Xewkija u l- Għarb Community Centres u minn Victoria Health Centre.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi taħt id-dekasteru tal- Ministru għas-Saħħa, m’hemmx persuni impjegati mal-istess entità/awtorità li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson.
Sptar Mater Dei – ilbies ta’ uniformi mill-iskrivani
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda jintlibes uniformi mill-iskrivani li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u huma ingaggati mill-Gvern u mhux mill-kuntrattur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemmx il-ħsieb li ssir uniformi għall-skrivani ingaġġati mill-Gvern li jaħdmu Mater Dei.
Sptar Mater Dei u ċentri tas-saħħa – xiri ta’ uniformijiet għall-allied health professionals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess biex jinxtraw uniformijiet lill-allied health professionals li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġiet ippubblikata tender dipartimentali fis-17/9/21 li għalqet fil 11/10/21. Il-bord ta' evalwazzjoni kkonkluda illi l-ebda offerta ma kienet tilħaq il-livell tekniku mixtieq. Għaldaqstant qed isir xogħol biex toħroġ sejħa ġdida.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1163 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-katarretti?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li ċ-Childcare Centre tal-Isptar se jieqaf jopera? Se jkun hemm alternattiva oħra ta' childcare centre fil-viċinanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-childcare centre ser jerġa’ jibda jopera minn din il-ġimgħa stess.
Peress li qed jiġi provdut is-servizz ta' Free Hearing Test lil persuni 'l fuq minn 65 sena f'Malta, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux se jiġi provdut se jiġi provdut dan is-servizz f'Għawdex? Jekk iva, meta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta' Free Hearing Test, ilu jiġi provdut fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex minn Novembru 2021. Kien ġie introdott is-servizz ta’ Audiologist fuq bażi ta full-time. Is-servizz tal-Hearing Test li hu mingħajr ħlas, qed jigi pprovdut fi klinika specjaliżżata li tinsab fid-Dipartiment tal-Outpatients u kull persuna ta’ kull età tista tirriokori għal dan is-servizz billi tagħmel appuntament biex isirilha dan it-test.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2025, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu t-taħditiet bejn il-Primary Health Care u l-Kunsill Lokali Birżebbuġa dwar fejn ser tkun il-Klinika fil-Komunità l-ġdida ta’ Birżebbuġa u meta ser tinfetaħ? Jekk il-lok diġà ntgħażel, dan huwa tal-Gvern jew tal-privat? Kemm-il post ta' parkeġġ hemm biswitu? Kemm ser ikun l-investiment inizjali? X'ser ikunu s-servizzi li ser ikunu offruti u meta ser ikunu l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bil-maqlub ta’ dak ħalliet l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, dan il-Gvern hu impenjat li jtejjeb il-kura fil-komunità, tant li għadu kemm infetaħ ċentru komunitarju għas-saħħa ġdid fl-Għarb, Għawdex, fost sensiela ta’ investimenti simili li saru fl-aħħar snin. Ngħarrfu wkoll li d-Dipartiment tal-Kura Primarja attwalment jinsab fil-proċess biex isib sit adekwat għal ċentru komunitarju ġdid f’Birżebbuġa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu intitolat għall-medicina ‘Xeralto’ b’xejn u kemm-il pazjent qed jieħu din il-mediċina b’xejn sal-15 ta’ Settembru 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 2698.
Dipartiment tal-Emerġenza u ċentri tas-saħħa – ambulanzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ambulanza preżentement tagħti servizz fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u ċ-ċentri tas-saħħa? Jista’ jgħid jekk hemmx ambulanzi mikrija mill-privat u x’inhi n-nefqa għall-kirja tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei jopera 11-il ambulanza filgħodu u 9 ambulanzi matul il-lejl għas-servizz tal-emerġenza u ċ-ċentri tas-saħħa. U l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jopera 5 ambulanzi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna qiegħda fuq il-lista ta’ stennija għal trapjanti tal-organi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar 4 snin saru 67 trapjant u fuq il-lista ta’ stennija għal trapjanti tal-organi hemm madwar 90 pazjent jistennew kilwa u 20 pazjent jistennew kornea.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list biex isir educational psychologist assessment li jwassal, f’każ ta’ bżonn, li student ikollu LSE?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi minn naħa tal-Ministeru għas- Saħħa ma hemm l-ebda waiting list għal assessment psikologoku sabiex tiġi stabbilita l-ħtiega ta’ LSE.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il psikologu hemm jaħdmu fis-settur tas-saħħa pubblika u fejn jaħdmu bħala dipartimenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-settur tas-saħħa pubblika hemm 74 psikologu jaħdmu. It-tabella mehmuża tindika fejn huma stazzjonati
Managing Psychologist
Principal Psychologist
Senior Psychologist
Psychologist
Psychology Practitioner
Psychology Assistant
Total Per Section
Mount Carmel Hospital
2
3
4
10
9
15
43
Mater Dei Hospital
1
1
2
2
5
9
20
Central Procurement Supplies
1
1
Gozo General Hospital
2
1
3
Office of the Chief Medical Officer
1
1
Sir Anthony Mamo Oncology Centrew
1
1
1
3
Rehab Hospital Karen Grech
1
1
1
3