Legislature:
Category:
Reset
Active:

tniġġiż marittimu — national contingency plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta n-national contingency plan ta’ pajjiżna dwar it-tniġġiż marittimu? Minn min sar u/jew ġie kordinat? Kemm ilu li nbeda ix-xogħol fuqu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru responsabbli għall-Transport Malta
Leg 11 PQ #25806 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali

Makkinarju fil-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25042 u jgħid kemm–il darba sar tibdil fil-makkinarju fil-biċċerija tal-gvern bejn l-2004 u llum? Jista jagħti d-dati ta’ kull meta sar dan it-tibdil, jgħid x’kien it-tibdil li sar u jagħti raġuni għaliex sar dan it-tibdil? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża kull darba li sar xi tibdil u lil min ingħata x-xogħol neċessarju li kellu jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Valuri tat-tenders

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra

Banek — Garanziji

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24103, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-garanziji li tpoġġew fil-banek taħt ir-regolamenti msemmija u kemm minnhom ġew rilaxxati matul l-2008, 2009 u l-2010 f'kull lokalità tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Cleansing Directorate — latrini pubbliċi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25024, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Cleansing Directorate hux qed jitfa' offerti għall-kuntratti ta' latrini li jiġu devoluti lill-kunsilli lokali? Jekk iva, liema huma dawn il-latrini li d-Direttorat ħa f'idejh b'kuntratt? Jekk le, għaliex? Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-persuni b'diżabilità li jaħdmu f'dawn il-latrini, meta jiġu redeployed f'latrini pubbliċi oħra iżda li ma jkunux jistgħu jmorru minn lokal għall-ieħor, bħal per eżempju persuna b'vista batuta u li ma tistax tittraġitta fit-tul u/jew tirkeb numru ta' karozzi tal-linja biex tasal fuq il-post tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Cleansing Directorate mhux qed jitfa' offerti għal kuntratti għaż-żamma u manutenzjoni ta’ latrini pubbliċi primarjament minhabba l-fatt li l-parti l-kbira tal-ħaddiema li jaħdmu f’din is-sezzjoni qed jirtiraw bl-età. Meta jintilef xi kuntratt tal-latrini pubbliċi, u għalhekk ikun hemm il-bżonn li jsir re-deployment, tkun evalwata b’reqqa meħtieġa l-kundizzjoni tal-ħaddiema kollha, u tittiehed inkonsiderazzjoni l-kundizzjoni medika, xi dizabilità li jista' jkollhom, kif ukoll l-lokalita tar-residenza fejn joqogħdu, sabiex kemm jista jkun jiġu assenjati fl-eqreb lokalità ħalli jkunu jistgħu jwettqu d-doveri taghhom bl-inqas inkonvenjent possibbli. Dan isir fil-parametri u neċessitajiet li jkollu dak il-mument id--Direttorat.

għasafar protetti importati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax ċittadin jimporta għasafar protetti f'Malta imma li dawn ikunu imfaqqsin fil-magħluq barra minn Malta? Xi jrid ikollu l-istess ċittadin biex jipprova dan? Hemm xi lista ta' għasafar protetti f'Malta imma li jistgħu jiġu importati b'dan il-mod fil-pajjiż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk l-għasafar protetti jkunu ‘Captive Bred’ u jkollhom iċ-ċertifikazjoni ta’ CITES meħtiega jkunu jistgħu jiġu introdotti f’Malta. Barra ċ-ċertifikazjoni jkun hemm bżonn li l-għasafar in kwestjoni jridu jkunu mgħammra b’ċurkett sħiħ li jidentifikom jew microchip. Il-lista ta’ għasafar protetti hija skont kif ippublikat fl-Avviż Legali 79 tal-2006.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Family Friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent: a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’ family friendly measures bħal teleworking, sigħat imnaqqsa , parental leave, u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol; b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq; ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri family friendly li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija 10800 niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri huma mifruxa mad-dipartiment u dikasteri kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru abbażi tal-politika imħaddna mill-Gvern favur il-familja. Inżid ukoll li ddaħħlet il-miżura ta’ flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol bl-għan ewlieni li tinħoloq ‘win-win situation’ bejn l-esigenzi tas-servizz u l-ħtiġijiet tal-ħaddiema. Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li qed igawdu minn dawn il-miżuri huwa kif ġej: Teleworking Siegħat Imnaqqsa Parental Leave Ministeru u Dipartimenti 77 44 4 Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi - 2 - WasteServ Malta Limited 1 2 - Il-policy addottat hija li jsir dak kollu possibbli biex jintlaqgħu dawn it-talbiet u d-drabi li ma intlaqgħux immedjatament kienu it-tnejn jirrigwardaw teleworking fejn in-natura tax-xogħol ma kinietx tippermetti. Għad m’hemmx provizzjoni għal Child Care Centers peress li f’dan il-Ministeru m’hemmx ħtieġa qawwija biżżejjed u konsistenti li mod indipendenti jiftaħ ċentru bħal dan.

Biċċerija — muturi neqsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li muturi sabiex jinqasmu n-nagħaġ huma neqsin mill-biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 26252, ninfurmah li ma hemm l-ebda mutur nieqes kif qed ikun allegat fil-Mistoqsija iżda mill-esperjenza akkwistata f’dawn il-ġimgħat fuq il-linja speċifika għall-qtil ta’ ngħaġ u mgħoż qed ikun ikkonsidrat li jsir investiment f’serrieq tal-qsim iżgħar u aktar ħafif minn dak li hemm.

Pompi tal-petrol — żieda fil-commission

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol biex jingħataw żieda fil-commission? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan il-ftehim u kemm tammonta din iż-żieda? Jista' jgħid x'inhuma eżatt il-commitments li s-sidien intrabtu bihom? Jista' l-ftehim imsemmi jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument bl-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din hija informazzjoni pubblika u ilha aċċessibbli fuq il- website tal-Awtorità ta Malta għar-Riżorsi ( http://www.mra.org.mt/energy_decisions.shtml ) sa mill- 31 ta’ Marzu 2011.

Upgrading tal-pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min stabbilixxa ċ-ċifra ta' €25 miljun bħala spiża li trid tintnefaq fuq upgrading ta' pompi tal-petrol? Jista' jgħid kif ġiet stabbilita din iċ-ċifra u jekk din ġietx korroborata ma' stimi oħra? Jista' jgħid x'ġara mill-fond li kien twaqqaf mill-Korporazzjoni Enemalta biex suppost jagħmel tajjeb għal din l-ispiża?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra ta’ €25 miljun issemmiet mir-rappreżentanti tas-sidien tal-pompi tal-petrol bħala stima li l-istess rapprezentanti qed jallegaw li se tiswa l-upgrading. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din l-mistoqsija dwar dettalji ta’ kif kienet ibbażata l-istima ta’ dan l-ammont lill-assoċjazzjoni tas-sidien. Il-fond li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa mmexxi minn kumpanija ffurmata mis-sidien tal-pompi tal- petrol . Għaldaqstant id-deċiżjoni dwar x’ser isir mill-fondi hija purament f’idejn l-istess sidien tal-pompi tal- petrol. Tajjeb li ngħid li l- maximum mark-up approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi jinkludi 0.00555 €/litru li qabel kien imur fil- fund issa qed imur direttament għand is-sidien tal-pompi tal-petrol.

Kummissjoni Ewropea in National Renewable Energy Action Plan

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea, in-National Renewable Energy Action Plan ta' pajjiżna li ġie sottomess mill-gvern Malti f'Lulju tas-sena li għaddiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea m’għandiex proċess formali biex tapprova n-National Renewable Energy Action Plans tal-pajjiżi membri. Din tagħmel biss evalwazzjoni fuq l-informazzjoni u l-kredibbiltà tal-pjan.

Problema ta' bumunqar aħmar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi indikazzjoni li l-problema kkawżata mill-bumunqar aħmar fis-siġar tal-palm hijiex qed tonqos inkella le? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' palm li hu magħruf li tqaċċat minħabba din il-problema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li m’hemmx indikazzjoni li juru jekk hux qed tonqos il-problema ikkawżata mill-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm jew le, madankollu, s-sitwazzjoni tidher li qiegħda taħt kontroll. In-numru ta' siġar tal-palm li hu magħruf li tqaċċat f’dawn l-aħħar snin minħabba din il-problema huwa kif gej: Sena Numru ta’ Siġar 2008 193 2009 822 2010 1067 2011 301 (sal-lum il-ġurnata)

Problema ta' Tuta absoluta fis-siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux infurmat dwar jekk il-problema tat-Tuta Absoluta li kellna f'Malta f'dak li hu tkabbir tat-tadam f'Malta, b'mod partikulari matul l-2009, irrepetietx ruħha s-sena l-oħra? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-indikazzjonijiet dwar din il-problema din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sena l-oħra kienet reġistrata tnaqqis konsiderevoli fl-infestazzjoni ta’ din il-baħrija li ssarfet f’anqas telf ekonomiku għal bdiewa li li jkabbru tadam. Matul 2010 il-Ministeru nhieda Pjan Nazzjonali ta’ kontroll u għalhekk l-infestazzjoni medja tax-xitel tat-tadam kien anqas minn 2 %. Dan huwa tnuqqis konsiderevoli meta mqabbla mal-infezzjoni fl’ 2009 li kienet qabzet l-40%. L-indikazzjonijiet preliminari s’issa għal din is-sena huma li l-infezzjonijiet kienu minimi. Madankollu wieħed irid jistenna l-andament matul is-sajf sabiex ikollu stampa aktar ċara.

Ftehim mal-gvern franċiż fuq ħażna taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim li l-Gvern Malti għamel mal-Gvern Franċiż dwar ħażna ta' fuelu żejt biex tottempra ruħha ma' direttivi tal-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim li l-Interpellant qiegħed jirreferi għalih għadu inizjaltat u għadu ma ġiex formalment konkluż. Għaldaqstant mhuwiex prudenti li dan il-ftehim ikun ippublikat għalissa.

Permess għal ħidma fil-privat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25954, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex il-permess taħdem privat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma li l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant għandha l-awtorizazzjoni meħtieġa.

Bormla — proġett ta' Triq Santa Tereża

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proġett ta' Triq Santa Tereża, Bormla qed iddum daqshekk u qed jieħu ħafna fit-tul b'konsegwenza ta' inkonvenjenza lill-komunità tal-Kottonera?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol imsemmi huwa parti mill-proġett tal-Grand Harbour Regeneration Corporation u għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Biċċerija — taqsima tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ t-taqsima tal-emerġenza fi ħdan il-Biċċerija, liema taqsima kienet ġiet kundannata mill-Unjoni Ewropea u li sal-lum madwar xahar wara għadha magħluqa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li tewġiba se tingħata f’seduta oħra.

Qtil ta' muntun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ngħaġ ossia l-muntun qed jinqatel fil-parti taċ-ċanga, stante li m'hemmx fejn jinqatlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa minn Marzu ta’ din is-sena, l-muntun qiegħed jinqatel fuq il-linja speċifika li fuqha saru l-modifiki neċessarji sabiex ikun jista` jsir dan il-qtil ta’ ngħaġ u mogħoż. Dan kien parti mill-upgrading li kellu jsir biex il-Biċċerija tal-Marsa tkun qieghdha taħdem skont standards tar-regolamenti Ewropej li jħarsu l-qatla.

Pixkerija ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Pixkerija l-ġdida? Fejn hemm il-pjan biex din issir u meta huwa ippjanat li tkun lesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi ta’ ippjanar u disinn tal-Pixkerija il-ġdida ġiet iffinalizzata u diġà ġiet sottomessa l-applikazjoni mal-MEPA għall-iżvilupp tal-Pixkerija l-ġdida. Il-post magħżul għal dan il-progett huwa biswit l-Biċċerija tal-Gvern f’Albertown, il-Marsa. Wara li jinħareg l-permess tal-iżvilupp, se jkunu ppublikati u aggudikati t-tenders għall-kostruzzjoni u tagħmir tal-Pixkerija l-Ġdida. Hu ippjanat li x-xogħol strutturali jibda fil-bidu tas-sena 2012 u li l-proġett kollu jkun komplut matul is-sena 2013.