Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Għajnuna soċjali — Persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ nazzjonalità barranija f’Malta li qed jirċievu xi forma ta’ għajnuna soċjali? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż ġejjin u x’inhu t-tip ta’ għajnuna soċjali li qed jieħdu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, n-numru ta’ persuni li jirċievu xi forma ta’ Għajnuna Soċjali huwa 189. It-tabella ta’ hawn taħt qiegħda tirreferi għan-numru totali ta’ persuni li jirċievu l-Ghajnuniet Soċjali u kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità barranija:
Benefiċjarji
Għajnuna Soċjali
UA
SA
SUP
Total
Nazzjonalità Maltija
208
3,284
1,947
5,439
Nazzjonalità Barranija
29
135
25
189
Total
237
3,419
1,972
5,628
It-tabella li ssegwi tirreferi minn liema pajjiż ġejjin il-189 beneiċċjarju ta’ nazzjonalità barranija:
Pajjizi/Nazzjonalità
Għajnuna Soċjali
UA
SA
SUP
Total
ALGERIA
0
1
0
1
AUSTRALIA
0
2
0
2
BELARUS
0
1
0
1
BULGARIA
0
13
2
15
CROATIA
0
1
1
2
CZECH REPUBLIC
0
1
0
1
EGYPT
1
3
0
4
ENGLAND
1
6
1
8
ERITREA
0
1
1
2
ETHIOPIA
0
3
0
3
FRANCE
0
1
1
2
GERMANY
1
0
0
1
GREAT BRITAIN
1
4
1
6
HUNGARY
0
3
2
5
INDIA
0
1
0
1
IRAN, ISLAMIC REPUBLIC OF
0
1
0
1
IRAQ
0
1
0
1
ITALY
4
4
0
8
LATVIA
0
0
1
1
LIBYA
8
18
1
27
LITHUANIA
1
0
0
1
MOROCCO
0
9
2
11
NIGERIA
0
1
0
1
PAKISTAN
1
0
0
1
PALESTINE
0
1
0
1
PHILIPPINES
0
1
0
1
POLAND
1
3
0
4
REPUBLIC OF IRELAND
0
1
0
1
REPUBLIC OF NORTH MACEDONIA
0
1
0
1
ROMANIA
0
3
0
3
RUSSIA
2
8
5
15
SAINT-BARTHELEMY
0
1
0
1
SCOTLAND
0
0
1
1
SERBIA AND MONTENEGRO
0
1
0
1
SLOVAKIA
0
0
1
1
SOMALIA
1
4
1
6
SPAIN
0
1
0
1
SUDAN
2
1
0
3
SWEDEN
1
0
1
2
SYRIA
4
15
0
19
TUNISIA
0
2
0
2
UKRAINE
0
3
2
5
UNITED KINGDOM
0
13
1
14
ZIMBABWE
0
1
0
1
Total
29
135
25
189
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni/benefiċjari li qed jirċievu l-għajnuna tagħhom mill-mentors taċ-Ċentri tal-LEAP ta’ South Eastern Region u x’tip ta’ għajnuna qed jingħataw il-klijenti tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-FSWS illum tagħti s-servizzi tagħha fil-kommunità permezz tal-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità magħrufa bħala ACTS (Agency for Therapeutic and Community Services).
L-istatistika disponibbli sa issa tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u t-30 ta’ Ġunju 2023 u turi li f’ dawn l-ewwel 6 xhur tas-sena li qegħdin fiha, l-professjonisti tal-ACTS ħadmu fuq 177 kas ta’ persuni li avviċinaw l-Aġenzija ACTS fi ħdan l-FSWS, għal għajnuna. Dawn il-177 kas kienu mqassma skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Problema Primarja (
Primary Presenting Problem
)
Għadd
Problemi ta' imġieba (Behavioural problems)
2
Abbuż fuq Tfal (Child abuse)
4
Impjiegi (Employment issues)
10
Relazzjonijiet fil-Familja (Family relations/ relationships)
9
Diffikultajiet finanzjarji (Financial difficulties)
64
Akkommodazzjoni (Housing problem)
22
Nuqqas ta' sostenn u gwida (Lack of support and guidance)
22
Problemi legali (Legal issues)
5
Solitudni (Loneliness)
13
Saħħa mentali (Mental health issues)
7
Aċċess u kura tat-tfal (Child care or access)
1
Problemi ta' Saħħa (Health related issues)
3
Separazzjonijiet (Separation related issues)
4
Diżabbilità (Disability related issues)
3
Vjolenza Domestika (Domestic violence)
1
Problemi matrimonjali (Marital problems)
3
Ħiliet fit-trobbija u relazzjonijiet bejn tfal u ġenituri
(Parenting skills / child-parent relationship)
4
TOTAL
177
Psikoterapisti, Terapisti tal-Familja u Counsellors — warrant
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10278 u jgħid kemm persuni ngħataw il-warrant bħala psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors li digà kellhom degree u warrant ta' social worker fl-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li fl-2022 ingħataw:
- 8 warrants fil-professjoni tal-Counselling; u
- 40 warrant fil-professjoni tal-Psikoterpaija
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-warrants fil-qasam tal-counselling u l-psikoterapija joħorġu mil-liġijiet rispettivi. Il-bordijiet rispettivi ma jżommux informazzjoni dwar kwalifiċi anċillari lil hinn minn dawk rikjesti u elenkati fil-liġijiet rispettivi tagħhom.
Psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors — warrant
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10277 u jgħid kemm persuni ngħataw il-warrant bħala psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors li digà kellhom degree u warrant ta' social worker fl-2021?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li fl-2021 ingħataw:
- 8 warrants fil-professjoni tal-Counselling; u
- 10 warrants fil-professjoni tal-Psikoterpaija.
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-warrants fil-qasam tal-counselling u l-psikoterapija joħorġu mil-liġijiet rispettivi. Il-bordijiet rispettivi ma jżommux informazzjoni dwar kwalifiċi anċillari lil hinn minn dawk rikjesti u elenkati fil-liġijiet rispettivi tagħhom.
Psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors — warrant
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10276 u jgħid kemm persuni ngħataw il-warrant bħala psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors li digà kellhom degree u warrant ta' social worker fl-2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2020 ingħataw:
- 29 full or temporary warrants u 10 restricted warrants – total ta 39 warrant fil-professjoni tal-Counselling; u
- 47 warrant fil-professjoni tal-Psikoterpaija.
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-warrants fil-qasam tal-counselling u l-psikoterapija joħorġu mil-liġijiet rispettivi. Il-bordijiet rispettivi ma jżommux informazzjoni dwar kwalifiċi anċillari lil hinn minn dawk rikjesti u elenkati fil-liġijiet rispettivi tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa previst li jitlesta x-xogħol ta’ rinovar li ilu għaddej għal numru ta’ xhur fl-Uffiċċju tas-Servizzi Soċjali fil-Mosta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkoċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiskadi l-ftehim kurrenti dwar l-operat tal-Conservatorio Vinċenzo Bugeja li jinkludi d-djar Fejda u Jeanne Antide, u f'każ illi dan ser jiskadi fiż-żmien qarib, jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun qed jiġġedded?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu u f'liema kariga u/jew pożizzjoni fid-Day Centres tal-Anzjani qegħdin? Għal kull kariga u/jew pożizzjoni jista' l-Ministru jgħid kemm jonqos impjegati għall-full complement?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru kkonċernat.
Respite facilities għall-familji bi tfal b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm respite facilities għall-familji bi tfal b’diżabilità fin-naħa t’isfel ta’ Malta, billi fil-preżent dawn jinsabu fin-naħa ta’ fuq biss ta’ Malta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lil Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – uffiċini distrettwali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10733 u jgħid liema huma l-uffiċini distrettwali li għandu l-Ministeru fil-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? Liema uffiċini oħra mistennija jinfetħu f’dawn il-lokalitajiet fil-futur qarib?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkoċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta’ single parents li qed jirċievu xi tip ta' għajnuna soċjali? X’tip ta’ għajnuna qegħdin jirċievu, kemm fi stima finanzjarja u kemm materjali? Kemm minn dawn is-single parents huma nisa, kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma ta' ġeneru ieħor?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ benefiċċjarji li tħallsu benefiċċji soċjali bħala single parents fit-18 ta’ Settembru kien ta’ 1,980, li minnhom 32 kienu rġiel u l-bqija nisa. L-ispiża totali fuq dawn il-benefiċċji minn Jannar sal-pagament tat-18 ta’ Settembru 2023 kienet ta’ ftit anqas minn €9.4m.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10729 u jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni single, kemm jekk nisa kif ukoll jekk irġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu San Pawl il-Baħar, in-Naxxar u l-Mellieħa separatament għal kull lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni single, kemm nisa kif ukoll irġiel, li jirċievu l-Allowance tat-Tfal li joqogħdu fil-lokalitajiet imsemmija huwa skont it-tabella hawn taħt:
Il-Mellieħa
In-Naxxar
San Pawl il-Baħar
Irġiel
Nisa
Total
Irġiel
Nisa
Total
Irġiel
Nisa
Total
6
287
293
10
324
334
21
940
961
Att dwar il-Pensjonijiet lin-Nisa Romol u Tfal Iltiema — kontribwenti
Question
Billi l-artikolu 12 tal-Att dwar il-Pensjonijiet lin-Nisa Romol u Tfal Iltiema, Kapitlu 58, isemmi li l-Gvern għandu jżomm reġistri u informazzjoni ta' kull kontribwent, jista’ l-Ministru jgħid kemm fadal kontribwenti ħajjin fuq dawn ir-reġistri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ kontribwenti ħajjin huwa ta’ 3,432.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minn Marzu 2022 ’l hawn ġew ingaġġati 160 persuna mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Wara li tgħaddilhom il-probation, il-kuntratt tax-xogħol tagħhom jiġi b’mod awtomatiku fuq bażi indefinit. Tajjeb li ninnotaw li għajr għas-social workers u student social workers (21 u 7 rispettivament), dan l-ingaġġ huwa kollu replacements ta’ impjegati li jew irtiraw jew irriżenjaw għax sabu impjieg ieħor.
Rwol li fih ġew ingaġġati dawn l-impjegati mal-FSWSNumru ta’ Impjegati
Administrative Support Worker3
Community Development Worker4
Counsellor I1
Executive I1
Executive II1
Executive III4
Nurse4
Precincts Officer6
Psychotherapist / Family Therapist16
Social Mentor5
Social Support Worker10
Social Worker21
Student - Social Worker7
Support Worker9
Supportline (179) Operator2
Social Welfare Professional64
Youth Worker2
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10173, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati fis-Servizzi Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 9844.
Jista' l-Ministru jgħid kif isiru l-laqgħat tar-Review Board (tat-tfal) jekk hux online jew fiżikament (in person)? Jekk jiltaqa' online, x'inhi r-raġuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-bord jiltaqa’ kemm b’mod fiżiku kif ukoll online. Ninsab infurmat li meta jinstemgħu t-tfal, is-seduti jsiru fiċ-Children’s House kif titlob il-liġi.
Id-deċiżjoni li l-laqgħat tal-Bord isiru online ittieħdet matul il-pandemija tal-Covid-19. Ninsab infurmat li fil-fatt dan wassal sabiex matul il-pandemija ix-xogħol qatt ma waqaf minħabba li din is-sistema instabet li hija effiċjenti u li ntlaqgħet tajjeb mill-partijiet.
Kien għalhekk li din is-sistema baqgħet titħaddem sabiex tinżamm l-effiċjenza. Ninsab infurmat ukoll li l-każijiet jinstemgħu fil-ħin preċiż u tkun ukoll iffaċilita l-proċedura, fis-sens, illi l-Bord jisma’ lil-kulħadd b’mod puntwali u korrett.
L-effiċjenza hi fl-aħjar interess tal-minuri.