Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9561 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Meta ġie introdott il-benefiċċju tal-enerġija? b) Min jista' jikkwalifika għalih? ċ) Kemm kien in-numru ta' benefiċċjarji kull sena, sena b'sena, minn meta ġie introdott 'il hawn u minn liema lokalitajiet kienu? d) X'kien l-ammont fi flus tal-benfiċċju mogħti kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9563 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-snin, 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 sena b'sena kemm-il kienu l-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali u minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9633 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9464 u 9272 u jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata dak mitlub minnha? Tista' din il-persuna tiġi aġġornata bl-aħħar żviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li saru u għadhom qed isiru diversi tentattivi sabiex il-persuna konċernata tingħata t-trasferiment li qed titlob. Informat ukoll li s'issa għad ma nstabx la post fejn din il-persuna tista' taħdem bil-kundizzjonijiet li tixtieq u lanqas sostitut għaliha.
Leg 11 PQ #9635 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Cheque

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ ic-cheque li jmiss lill-persuna indikata separatament peress li għandha bżonn il-flus fuq każ mediku?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #9648 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bini tad-Djar u Flats

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jinbnew djar jew flats mid-Dipartiment tad-Djar din is-sena? F’liema lokalitajiet? Kemm bena kull sena mill-2004 'l hawn u f’liema lokalitajiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9650 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xiri ta' postijiet mingħand il-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mill-2004 kemm-il inkwilin xtara l-post tiegħu mingħand l-Awtorità tad-Djar? Kemm daħħal il-Gvern kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi matul is-snin 2004 sal-lum, il-bejgħ ta’ residenzi mill-Awtorita’ tad-Djar lill-inkwilini kien hekk:- SENA NUMRU TA’ INKWILINI AMMONT IM}ALLAS LILL-AWTORITA’ TAD-DJAR 2004 40 € 963, 964.57 2005 76 € 2,234,567.87 2006 94 € 2,668,588.42 2007 83 € 2,705,387.22 2008 41 € 1,634,786.75 2009 (Till 17th June) 5 € 327,975.80

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9259, 8654 u 8381 li oriġinarjamnet saru lill Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġew riferuti lilu u cioè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920 jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9688 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar HIV

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9354 u 8293 u jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9690 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'diżabilità — ġbir ta' ħrieqi minn postijiet 'il bogħod

Question

Peress li persuni b'diżabilità li għandhom is-sussidju fuq il-ħrieqi jridu jmorru jiġbruhom minn post 'il bogħod minn fejn jabitaw u għax huma b'diżabilità jkollhom jħallsu għat-trasport, jista' l-Ministru f'ġieħ il-ġustizzja u s-solidarjetà jara li jsir xi ħaġa għal dawn in-nies biex tittaffilhom it-tbatija li qed isofru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9697 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Marsaxlokk — Binja Hal Ginwi - Ħsara fil-lift

Question

Fil-lejl ta’ bejn is-16/17 ta’Ottubru, 2006 kienet għamlet maltempata u li fiha kienu għamlu 'l fuq minn 4 pulzieri xita fi ftit siegħat, bil-konsegwenza ta’ dan kienu għerqu l-garaxxijiet kollha li hemm fil-basement ta’ taħt il-Binja Ħal Ginwi li kienet bniet l-Awtorità tad-Djar fi Triq Axtart u fi Triq it-8 ta’ Mejju, Marsaxlokk. Barra li l-garaxxijiet kienu spiċċaw taħt l-ilma, il-bażijiet tal-lifts li hemm fl-istess binja għadhom bil-ħsara sal-lum. Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar jew xi entità oħra jaraw jew jgħinu biex il-ħsara li hemm f’dawn il-liftijiet tiġi rranġata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li ninsab mgħarraf mill-Awtorita’ tad-Djar li, għalkemm il-maltempata msemmija seħħet f’Ottubru 2006, il-ħames lifts f’Binja ġal-Ġinwi Triq Axtart Marsaxlokk ġew kommissjonati f’Ġunju 2007. Ir-residenti qed isostnu li, diment li t-triq li tinsab biswit din il-binja ma tingħatax it-tarmac u ssir il-bankina, ma jixtiqux jaċċettaw il-handing over tal-lifts minħabba possibilita’ li jarġa jseħħ għargħar u jagħmel ħsara fil-bażijiet tal-lifts, liema ħsara jkollha titħallas mir-residenti. L-Awtorita’ tad-Djar diġa offriet lir-residenti li tagħmel it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa biex il-lifts jibdew jitħaddmu mill-aktar fis, u talbet lir-residenti biex jiffurmaw Assoċjazzjoni u jaħtru rappreżentant skond il-proċeduri. L-Awtorita’ għadha qed tistenna risposta mingħand ir-residenti li waqqfu l-Assoċċjazzjoni u ħatru rappreżentant għal kull blokk u li qed jaċċettaw li jiġu mgħotija ċ-ċwievet tal-lifts bir-responsabbilta’ tal-manutenzjoni tagħhom għas-spejjes ta’ l-istess residenti
Leg 11 PQ #9744 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kampanja dwar id-Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Wara l-kampanja li għamel il-Ministeru biex fil-fatt id-Dipartiment ta' l-Emerġenza jitnaqqsu n-numru ta' persuni li jmorru, jekk mhux veru bi bżonn, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-effett ta' din il-kampanja? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ħin average li bniedem idum jistenna qabel jinqeda fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9181 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — karozzi użati mid-dipartimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm minn dawn huwa government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuna b'Diżabilità — dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9151 u jara li l-persuna b'diżabilità u li jgħix waħdu fi flat li dettalji dwaru qed jinbagħat separatament, jidħol f'dar tal-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-applikazzjoni tal-persuna konċernata ġiet imressqa quddiem il-Bord kemm il-darba iżda ma ġietx aċċettata biex tidħol ġewwa waħda mir-Residenzi għall-Anzjani tal-Gvern. Din il-persuna ġiet infurmata bid-deċiżjoni tal-Bord.

Talba għal dħul f'dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9154 u jara li l-anzjan armel li jgħix waħdu u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jidħol f'dar tal-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna konċernata kienet applikat fl-2003 iżda l-applikazzjoni ma ġietx aċċettata mill-Bord tad-Dħul. Din il-persuna reġgħet apllikat fl-20 ta' Ġunju 2008 u l-Bord approva fit-13 ta' Novembru 2008 li l-persuna tidħol fir-Residenza ta' San Vinċenz. F'Mejju 2009 dan il-każ sarlu update u ġie approvat mill-Bord li jidħol fid-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun. Dan il-każ bħalissa qiegħed fil-lista ta' stennija.

Ċimiterju tal-Addolorata — restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jirestawwra ċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Gvern għandu l-ħsieb li jagħmel xogħol ta’ restawr fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata. Informat ukoll li preżentament qiegħdin jiġu esplorati l-possibilitajiet kollha kif jista jiġi ffinanzjat tali proġett.
Leg 11 PQ #9556 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b'sena, kemm kienu qed jirreġistraw nies għax-xogħol, lokalità, lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9557 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b'sena, kemm kienu l-applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali u minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità, kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija numru 9563.
Leg 11 PQ #9558 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuni li jirċievu għajnuna supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b'sena, kemm kienu l-persuni li kienu qed jirċievu għajnuna supplimentari u minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità, kienu dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Benefiċċju tal-Mard — Ħlas b'lura

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħlasijiet tal-benefiċċju tal-mard dejjem jingħata b'lura bil-konsegwenza li ħafna benefiċċjarji jispiċċaw saħansitra jiddejnu biex imantnu lill-familja? Għaliex dan il-ħlas jaqa' anke bi tlieta u b'erba' ġimgħat lura?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk il-każi fejn il-benefiċċju għal-mard idum xi ftit ma jitħallas huma dawk li jew ikollhom bżonn estensjoni tal-benefiċċju u allura ikollhom jidhru quddiem il-bord mediku. Informat ukoll li ma dan inżid illi jekk L-Onor. Interpellant jaf b’xi każ partikulari, nistiednu jgħaddi l-informazzjoni personali tal-individwu sabiex il-każ ikun jista jiġi mistħarreġ.

Sickness benefit

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk fuq sickness benefit ma jingħatawx il-bonus?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond Artiklu 85 tal-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali il-bonus ta’ nofs is-sena u l-bonus addizzjonali huma intitolati għalih dawk il-persuni li jkunu qed jirċievu xi tip ta’ pensjoni jew assistenza soċjali.