Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sena 2022 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2022, separatament għal kull għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li saru fl-għases jinġabru bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija. L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2022 għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp. Sena 2022 Nru. ta’ rapporti proċessati f’Għases Distrett Nru 1 4337 Distrett Nru 2 6406 Distrett Nru 3 5844 Distrett Nru 4 6888 Distrett Nru 5 6943 Distrett Nru 6 7331 Distrett Nru 7 7751 Distrett Nru 8 7365 Distrett Nru 9 8478 Distrett Nru 10 5451 Distrett Nru 11 7503 Distrett Nru 12 6104 Għassa Ajruport 1402

Sena 2023 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2023, separatament għal kull għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li saru fl-għases jinġabru bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija. L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2023 għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp. Sena 2023 Nru. ta’ rapporti proċessati f’Għases Distrett Nru 1 4578 Distrett Nru 2 8082 Distrett Nru 3 5708 Distrett Nru 4 7086 Distrett Nru 5 6789 Distrett Nru 6 8148 Distrett Nru 7 8310 Distrett Nru 8 8333 Distrett Nru 9 9199 Distrett Nru 10 6256 Distrett Nru 11 7604 Distrett Nru 12 6585 Għassa Ajruport 1615

Sena 2024 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament għal kull għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li saru ġewwa l-għases jinġabru bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija. L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2024 sa Novembru, għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp. Sena 2024* *Sa Novembru Nru. ta’ rapporti proċessati f’Għases Distrett Nru 1 4623 Distrett Nru 2 7259 Distrett Nru 3 5878 Distrett Nru 4 7823 Distrett Nru 5 6308 Distrett Nru 6 8604 Distrett Nru 7 7559 Distrett Nru 8 8607 Distrett Nru 9 8838 Distrett Nru 10 5606 Distrett Nru 11 7407 Distrett Nru 12 6007 Għassa Ajruport 2454

Għases tal-Pulizija — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema għases għaddej fuqhom xi xogħol preżentement u minħabba f'hekk l-għassa tinsab magħluqa? F'kull każ meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol u l-għassa terġa’ tinfetaħ? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsisti x-xogħol li sar/qed isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21625.

Persuni li ngħataw in-Nazzjonalità Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ngħataw in-Nazzjonalità Maltija mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi kienu dawn l-individwi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Ġwann — Għassa tal-Pulizija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23290 jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann hix ser tinfetaħ bħala għassa fejn ikun hemm pulizija preżenti, jew hix ser tinbidel f’uffiċċju amministrattiv għall-Community Police?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta ta' tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23290. Hija ħasra li l-Onor. Interpellant jirreferi għal xogħol tal-Pulizija b'termini bħal 'sempliċiment uffiċċju'. Dan speċjalment meta l-Korp tal-Pulizija u ħafna ħaddiema fl-aħħar snin ħadmu biex tonqos ir-rata ta' kriminalità f'pajjiżna, anke grazzi għad-deċiżjonijiet li ttieħdu. Infurmat li minn din il-binja qed joffru s-servizz tagħhom il-Pulizija tal-Komunità. Anke jekk l-Onor. Membru jirreferi għal xogħol tal-Pulizija b'termini bħal 'sempliċiment uffiċċju', nistiednu jagħraf ix-xogħol importanti li huma jwettqu fis-soċjetà tagħna.

Kemmuna – Preżenza tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-preżenza tal-Pulizija fuq il-gżira ta’ Kemmuna matul ix-xhur u l-ġimgħat kollha tal-2023 u l-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-snin 2023 u 2024, il-Pulizija fuq il-gżira ta’ Kemmuna kienu preżenti fix-xhur bejn April u Ottubru. Bejn it-Tnejn u l-Ħamis ta’ kull ġimgħa, ikunu pre¿enti bejn is-sitta ta’ filgħodu u nofs il-lejl. Mill-Ġimgħa sal-Ħadd, ikunu preżenti bejn is-sitta ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ filgħodu tal-jum ta’ wara. F’ħafna mill-ħinijiet tal-ġurnata, ikunu preżenti żewġ uffiċjali.

Environment Protection Unit — Spezzjonijiet fuq il-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-baħar mill-iskwadra tal-Environment Protection Unit (EPU) relatati ma’ kaċċa fuq il-baħar fis-sena 2023 u fis-sena 2024? Jista’ jispeċifika kemm minn dawn saru f’raġġ ta’ 3 kilometri mal-kosta (fejn il-kaċċa mhix permessa) u kemm minnhom saru ’l barra minn 3 kilometri (fejn il-kaċċa hi permessa) skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.42?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23874.

Parkeġġar ta’ vetturi — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni tittieħed meta jsir rapport ta' karozza li tkun parkeġġata b'mod li tostakola l-ħruġ u d-dħul ta' garaxx? Jista’ jgħid ukoll jekk jiġix ikkuntattjat is-sid tal-vettura minflok jingħata ċitazzjoni jew tiġi rmunkata l-vettura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat f'każijiet riferuti mill-Onor. Interpellant tkun enforzata l-liġi primarjament dak provdut fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur u r-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ngombru. Infurmat ukoll li meta jkun possibbli, is-sid tal-karozza jiġi kkuntattjat biex il-vettura titneħħa.

Parkeġġar ta’ vetturi — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni tittieħed meta jsir rapport ta' karozza li tkun parkeġġata f'parkeġġ li jkun tħallas il-permess għalih mal-Kunsill Lokali biex jitħalla vojt minħabba makkinarju, skip, jew raġuni oħra? Jista’ jgħid ukoll jekk jiġix ikkuntattjat is-sid tal-vettura minflok jingħata ċitazzjoni jew tiġi rmunkata l-vettura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat mill-Aġenzija LESA li, meta jasal tali rapport, l-ewwel issir verifika dwar il-validità tal-permess u t-tabelli mwaħħla, kif ukoll l-evidenza li t-tabella effettivament twaħħlet mill-inqas 48 siegħa qabel. Infurmat li volontarjament jsir tentattiv biex is-sid tal-vettura jiġi kkuntattjat. Infurmat li meta il-vettura ma titneħħiex, il-vettura tiġi rmunkata.

Identity Malta — Vouchers ta’ €500

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23401 fl-intier tagħha u jgħid kemm-il voucher ta’ €500 ingħataw lill-impjegati ta’ Identità (dik li kienet Identity Malta)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kien hemm 36 ħaddiem li kwalifikaw għal din l-allowance bir-rata medja tkun ta‘ €454.22.

Ritratti u/jew filmati privati — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jinħarġu ċitazzjonijiet għal sewqan perikoluż, ipparkjar ħażin, jew ksur ieħor tar-regolamenti tas-sewqan, abbażi ta' ritratti u/jew filmati meħudin minn ċittadini privati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li filwaqt li dan hu possibli, ikun jeħtieġ ix-xhieda fil-Qrati.

Labour Market Research Study

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema data ġiet ikkummissjonata l-Labour Market Research Study li ntużat matul is-sena 2024, u minn liema entità ġiet ikkummissjonata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi li jixtiequ jaħdmu f’Malta jeħtieġu permess tax-xogħol li huwa suġġett għal proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni. Dan jinkludi verifiki li jiżguraw li verament is-suq tax-xogħol jeħtieġ tali mpjiegi. Jiġi anke evalwat id-disponibbiltà tal-ħaddiema lokali kif ukoll ċittadini tal-UE għal tali pożizzjonijiet, tiġi analizzata data dwar kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi f’ċertu setturi. Titwettaq analiżi wkoll fuq min iħaddem, billi tevalwa kemm ikun bagħat applikazzjonjiet biex jimpjega ħaddiema minn pajjiżi terzi, kemm kellu tkeċċijiet, u tiġi analizzata informazzjoni dwar ir-reklutaġġ tal-kumpanija biex tiġi stabbilità l-leġittimità ta’ min ser ikun qed iħaddimhom. Il-verifiki issiru ukoll fuq l-adegwatezza tal-applikanti. Din l-evalwazzjoni ssir minn Jobsplus u hija kontinwa.

Theddid ta’ bomba

Question

Fid-dawl li nhar it-2 ta’ Diċembru 2024 kien hemm numru ta’ theddid ta’ bomba f’postijiet varji, jista’ l-Ministru jagħti updates u iktar dettalji dwar dak li seħħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija ppubblikata u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Deputati tal-Gvern

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 14840 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal risposta ta' mistoqsija parlamentari 23442.

Kaċċa fuq il-baħar — Patrols

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23289, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru patrols fuq il-baħar biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm kaċċa illegali fuq il-baħar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-pulizija fi ħdan l-EPU jagħmlu rondi fuq il-baħar biex jiżguraw li ma jkunx hemm ksur ta’ kwalunkwe liġi, u għaldaqstant jinkludi l-kaċċa illegali fuq il-baħar. Għaldaqstant, ma tinżammx informazzjoni marbuta ma’ kaċċa biss.

Reġistru Pubbliku — Riċerki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn meta applikant jordna r-riċerki ta’ persuna mir-Reġistru Pubbliku tramite l-entità Identità, fejn f’din l-applikazzjoni għar-riċerki l-applikant jissottometti l-isem tal-persuna li dwarha qed jintalbu r-riċerki, in-numru tal-identifikazzjoni, u l-parentela - fost dettalji oħra – xorta waħda joħorġu dokumenti relatati ma’ persuni oħra li huma irrelevanti għat-talba tar-riċerki, bil-konsegwenza illi l-applikant ikollu jħallas spejjeż oħra għal tali dokumenti li huma irrelevanti, kif ukoll ħela ta' riżorsi tal-imsemmija entità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat L-Att tal-1975, illum emendat u msejjaħ l-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità, Kap 258 tal-Liġijiet ta’ Malta kien introduċa għall-ewwel darba n-numru tal-karta tal-identità. Peress li r-riċerki jmorru lura aktar minn mitejn sena, għalkemm wieħed jista’ jinkludi wkoll in-numru tal-karta tal-identità u d-data tat-twelid fit-talba għar-riċerka, dan mhux dejjem ikun biżżejjed jekk ir-riċerka tkun tirrelata ma’ perjodu li jmur aktar lura mill-1975. Infurmat li meta d-Dipartiment jirċievi talba għar-riċerki li jkun fiha dettalji mandatorji li ma jkunux jaqblu ma’ dawk mitluba, ir-riċerki ma jingħatawx. Infurmat wkoll li min-naħa l-oħra, meta d-Dipartiment jirċievi talba għar-riċerki li jkun fiha d-dettalji mandatorji, iżda matul l-ipproċessar tar-riċerki, id-Dipartiment isib riċerki (ġeneralment tal-passat pre-1975 u/jew mandati u ċedoli) li jkunu jirreferu għal xi wħud biss mid-dettalji mandatorji, wieħed ma jkunx jista’ jiddetermina jekk dawn ikunux qed jirreferu għal persuna differenti u għaldaqstant f’dan il-każ, dawn ir-riċerki jingħataw. Infurmat li dan isir sabiex tiġi protetta l-integrità tar-riċerka u fl-istess waqt ir-riċerka tkun kompluta.