Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti sa issa u kemm minnhom kienu każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn? Jista’ jgħid fuq kemm-il każ ittieħdu passi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport ta’ reati (crime reports) li ġew irreġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, għal Wied il-Għajn, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2022, kien ta’ mitejn u sitta u sebgħin (276) li minnhom sebgħin (70) kienu każijiet ta’ serq. Minn tagħrif miġbur, sal-lum in-numru ta’ każijiet minn dan il-perjodu fejn suspettati tressqu l-Qorti, kien ta’ tmienja u għoxrin każ. L-investigazzjonijiet għal kull rapport ieħor qed ikomplu.
B’referenza għall-omiċidju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment li seħħ fit-22 ta Novembru 2022 ġewwa Kordin, jista’ l-Ministru:
a. jagħti d-dati tar-rapporti li saru mill-vittma f’dawn l-aħħar sentejn, f’liema għassa saru dawn ir-rapporti u x’passi ttieħdu fuq kull wieħed minn dawn ir-rapporti;
b. jgħid min kien responsabbli li jinvestiga u jmexxi ’l quddiem kull rapport li sar mill-vittma u/jew minn qraba tagħha; u
ċ. jgħid x’passi ttieħdu fuq l-allegat rapport li sar nhar it-Tnejn, 21 ta Novembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-Dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra numru 943 fis-Seduta Numru 60 tat-23 ta’ Novembru 2022.
Rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija minn Jannar 2022 sa Ottubru 2022? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? F'kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet li ttellgħu l-qorti l-perpetrator instab ħati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport rreġistrati mal-Pulizija, minn persuni li sfaw vittmi ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax xogħol fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru 2022, kien ta’ sebgħa. Fil-każijiet kollha l-vittmi kienu femminili. F’sitta minn dawn il-każi, il-persuni suspettati tressqu jew qegħdin fil-proċess li jitressqu l-Qorti. Każ wieħed għadu qed jiġi investigat. Fuq l-ebda każ għadha ma ngħatat sentenza.
Rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija fis-sena 2021? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? F'kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet li ttellgħu l-qorti l-perpetrator instab ħati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti rreġistrati mal-Pulizija, minn persuni li sfaw vittmi ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol matul is-sena 2021, kien ta’ tmienja (8). F’sebgħa (7) każi l-vittmi kienu femminili u f’każ ieħor il-vittma kien raġel. F’erbgħa minn dawn il-każi, il-persuni suspettati tressqu l-Qorti. Minnhom kien hemm każ fejn is-suspettat ġie lliberat. F’każ ieħor is-suspettat instab ħati u f’żewġ każi l-proċedimenti għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' vjolenza domestika fil-Gender Domestic Violence Unit minn Jannar sa Ottubru 2022? Minn liema lokalitajiet kienu l-vittmi li daħħlu dawn ir-rapporti? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu rapportati iktar minn darba mill-istess vittma? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu biex il-każ tagħhom jipproċedi quddiem il-Qorti? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu għal għajnuna immedjata biex jiġu protetti u x'tip ta' protezzjoni ngħatat? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu għal shelter?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn Jannar sa Ottubru 2022, fil-Gender Domestic Violence Unit daħlu elf, erba’ mija u erbatax (1414) ir-rapport ta’ vjolenza domestika li kienu jinvolvu elf, ħames mija u u sitta u sebgħin (1576) persuna. Minnhom elf, mija u dsatax (1119) kienu nisa u erbgħa mija u sebgħa u ħamsin (457) irġiel. Filwaqt li ma teżistix informazzjoni elettronika tal-lokalitajiet minn fejn kienu l-vittmi li għamlu dawn ir-rapporti, irid jingħad illi dawn l-abbużi saru fil-lokalitajiet li jidhru fil-lista riprodotta hawn taħt. Kien hemm mija u disa’ u disgħin (199) persuna li huma indikati bħala vittmi f’aktar minn rapport wieħed. Minn dawn mija u tmienja u erbgħin (148) kienu nisa u wieħed u ħamsin (51) irġiel. F’kull każ fejn wara rapport ta’ vjolenza domestika jirriżulta li hemm evidenza tar-reat irrapurtat, dejjem jittieħdu proċeduri fil-Qorti mill-pulizija, peress li dawn iridu jittieħdu ‘ex officio’ skont il-liġi nazzjonali, u mhux bl-għażla tal-vittma. Min naħa tal-pulizija, l-għajnuna kollha li hija fil-kompetenza tagħha tingħata, u din tinkludi l-prosekuzzjoni tal-aggressuri fil-qrati wara l-konkluzzjoni tal-investigazzjonijiet u fejn meħtieġ dawn anke jittressqu b’arrest. Kien hemm sittax (16)-il persuni illi waqt li kienu jirraportaw il-każ tagħhom fil-Gender Domestic Violence Unit, talbu għal-xelter. Minnhom erbatax (14) kienu nisa u tnejn (2) kienu rġiel.
Lokalita
Ammont
ATTARD
28
BALZAN
6
BIRGU
10
BIRKIRKARA
60
BIRZEBBUGIA
56
BORMLA
35
DINGLI
5
FGURA
46
FLORIANA
14
GHAJNSIELEM - GHAWDEX
2
GHARGHUR
18
GHAXAQ
24
GUDJA
12
GZIRA
27
HAMRUN
40
IKLIN
5
ISLA
18
KALKARA
10
KIRKOP
18
LIJA
5
LUQA
30
MARSA
22
MARSASKALA
46
MARSAXLOKK
6
MDINA
1
MELLIEHA
29
MGARR
14
MOSTA
41
MQABBA
5
MSIDA
27
MTARFA
1
NAXXAR
47
PAOLA
38
PEMBROKE
10
PIETA'
16
QALA - GHAWDEX
1
QORMI
57
QRENDI
9
RABAT
28
RABAT - GHAWDEX
1
SAFI
7
SAN GILJAN
38
SAN GWANN
26
SAN PAWL IL-BAHAR
88
SANNAT - GHAWDEX
1
SANTA LUCIJA
6
SANTA VENERA
39
SIGGIEWI
31
SLIEMA
25
SWIEQI
14
TA' XBIEX
6
TARXIEN
26
VALLETTA
35
XGHAJRA
12
ZABBAR
52
ZEBBUG
54
ZEBBUG - GHAWDEX
1
ZEJTUN
59
ZURRIEQ
25
N/A
1
Total
1414
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għan-nuqqas ta’ protezzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li wassal biex inqatlet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-Dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra numru 943 fis-Seduta Numru 60 tat-23 ta’ Novembru 2022.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO encourages the Maltese authorities to address at the policy level the significant barriers and difficulties encountered by victims who are in Gozo in the area of protection and support, as well as investigation and prosecution. GREVIO further strongly encourages the Maltese authorities to ensure that the Interministerial Committee holds regular consultations with civil society and that, more generally, the Maltese authorities support co-operation with all non-governmental actors and ensure their participation in the design of policies, legislative changes and programmes”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern Malti jirrikonoxxi d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-vittmi li jgħixu f’Għawdex. Infurmat li minbarra s-servizzi ġeneriċi li jipprovdu l-Ministeru għal Għawdex permezz tas-Social Work Unit, l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità fetħet uffiċju f’Għawdex sabiex tassigura li l-Għawdxin li jisfaw vittma tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika jkunu jistgħu jaċċessaw s-sapport wiċċ’imb’wiċċ li joffru l-aġenzija. Matul l-2021, il-professjonisti fil-fergħa Għawdxija tal-FSWS irċivew taħriġ fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, inkluż taħriġ fuq l-għodda għall-assessjar ta’ riskju bl-isem ta’ DASH Risk Assessment Tool. Dawn il-professjonisti jikkollaboraw mad-Domestic Violence Unit fuq konsultazzjoni u riferimenti skont il-ħtiġijiet tal-vittma u viċi-versa. Ġewwa Għawdex hemm ukoll servizz t’emerġenza ta’ ħidma soċjali għal barra l-ħinijiet tax-xogħol. Il-professjonisti li jaħdmu fis-servizzi Għawdxin għandhom relazzjoni ta’ ħidma b’saħħitha mal-Pulizija t’Għawdex. Hemm ukoll servizzi ta’ ħidma soċjali fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu fil-qrib ma’ ħaddiema soċjali oħrajn.
Ta’ kull xahar, il-Kummissjoni issejjaħ laqgħa għall-membri tal-kumitat interministerjali. Kull kwart tas-sena, entitajiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika jiġu mistiedna għal din il-laqgħa, fejn il-parteċipanti kollha jkollhom l-opportunità sabiex iressqu punti saljenti għad-diskussjoni. Fl-2022 ġew organizzani tlieta minn dawn il-laqgħat bejn il-membri tal-kumitat interministerjali u l-entitajiet non-governattivi. Il-Kummissjoni wkoll taħdem fil-qrib ma’ professjonisti minn entitajiet non-governattivi sabiex tiddisinja u twassal taħriġ, b’rikonoxximent għall-għarfien esperjenzali tagħhom u l-valur ta’ dan l-għarfien li jista’ jitwassal għand il-professjonisti li jattendu it-taħriġ.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to put in place a dedicated, transparent and accountable public procedure under which all NGOs that provide specialist support services to victims of all forms of violence against women and their children can compete for and request sustainable and long-term funding. Such procedure should place due emphasis on their experience and track record in providing such services. GREVIO further strongly encourages the Maltese authorities to remove mandatory referrals from Agenzija Appogg to access domestic violence shelters, including by offering women victims of domestic violence the possibility to self-refer.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm diversi ftehimiet minn NGOs f’Malta u Għawdex li għandhom Public Social Partnership (PSPs) mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal li jindirizzaw direttament jew indirettament vjolenza domestika jew tipi oħra ta’ vjolenza. Dawn joffru servizzi varji bħal xelters għal min hu vittma ta’ vjolenza domestika u għal min m’għandux saqaf fuq rasu għax jispiċċaw vittmi ta’ xi tip ta’ vjolenza oħra. Dawn joffru servizzi terapewtiċi u pariri professjonali lilhom u anke lil dawk li b’xi mod ikunu vittmi ta’ abbuż/attakk sesswali. Dawn l-NGOs jieħdu fondi pubbliċi permezz ta’ ftehimiet ma’ l-istess Ministeru. Ma dawn l-NGO’s issir ħidma wkoll minn entitajiet fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza. Għal aktar informazzjoni dettaljata nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO encourages the Maltese authorities to set up separate bodies, on one hand for the co-ordination and implementation of policies and measures, and on the other hand for their monitoring and evaluation, in order to ensure objectivity. It further encourages the Maltese authorities to increase the funding available to the Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence and provide for budgets with a longer time frame than is currently the case, to enable the commission to plan its activities in a more sustainable and effective manner”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-GREVIO stabbiliet żewġ rakkomandazzjonijiet. L-ewwel rakkomandazzjoni issejjaħ għat-twaqqif ta’ żewġ korpi separati wieħed (1) għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u (2) l-moniteraġġ u l-evalwazzjoni. Infurmat li l-awtoritajiet Maltin dak iz-zmien wieġbu lil GREVIO li mhuwiex rakkomandabbli li dawn iż-żewġ irwoli jiġu separati. Minnflok, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika tieħu miżuri sabiex tassigura evalwazzjoni oġġettiva tal-effettività tal-miżuri tal-politika, d-dispożizzjonijiet tas-servizzi u d-dispożizzjonijiet leġislattivi. Dan jinkludi rapporti ta’ progress li jsiru kull kwart tas-sena fuq l-implimentazzjoni tat-tieni strateġija nazzjonali mingħand il-partijiet ikkonċernati (stakeholders), moniteraġġ bi-annwali fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-GREVIO mill-awtoritajiet rilevanti, rapporti annwali dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni u rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali. Matul is-sena li ġejja, il-Kummissjoni qed tippjana li tikkummissjona awditjar estern u indipendenti sabiex tevalwa l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Barra minn hekk, il-proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-ġbir tad-data qegħdin jiġu mtejba sabiex jinformaw l-iżvilupp tal-politika u d-dispożizzjonijiet tas-servizzi.
It-tieni rakkomandazzjoni tal-GREVIO ssejjaħħ għall-żieda fil-fondi disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika u li jingħataw budgets li jservu għall-perjodu itwal sabiex tiġi assigurata l-effettività u s-sostenibbiltà. L-awtoritajiet Maltin imbagħad ikkommettew li jinvestu aktar fondi u riżorsi umani sabiex tissaħħaħ il-Kummissjoni. Skont l-estimi finanzjarji t’hawn taħt, il-budget għall-Kummissjoni żdied minn meta seħħet l-evalwazzjoni tal-GREVIO. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li t-tielet stratġija nazzjonali li jmiss dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika tkopri perjodu ta’ 4 sa 5 snin.
Ukoll, għall-ewwel darba f’ħafna snin, fl-2020, jiġifieri il-Kummissjoni attwali hi l-ewwel waħda illi għandu Kummissarju appuntata biex taqdi dmirijietha fuq bażi full time. Il-Kummissjoni inkwistjoni għandha wkoll premises ġodda minn fejn topera, b’impjegati u professjonisti ingaġġati full time fiha.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 – rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to ensure the comprehensive collection of disaggregated data in relation to all forms of violence covered by the Istanbul Convention at all stages of criminal justice (from reporting, to investigation, to the opening of criminal proceedings and their outcome), disaggregated by sex, age, type of violence and the relationship of the perpetrator to the victim. Such data should be co-ordinated and comparable so that cases can be tracked at all stages of the law-enforcement and judicial proceedings. To this end, GREVIO encourages the Maltese authorities to issue guidelines on data collection for the police and justice sectors. Such steps would allow the Maltese authorities to assess the effectiveness of the criminal justice system and to study the factors that lead to low prosecution and conviction rates and to take legislative and policy measures to address these”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Pulizija tinŻamm informazzjoni fil-format ta’ statistika elettronika, li fost ħafna elementi li jinġabru meta jkun sar rapport dwar kull tip ta’ vjolenza f’każi ta’ vjolenza domestika, jinkludu wkoll, id-dettalji li huma indikati fir-rakkomandazzjoni ma’ din il-mistoqsija. Dawn id-dettalji jiġu rreferuti wkoll lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatiska.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Eks Direttur tal-Ħabs, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadux jaqdi rwol jew kariga fi ħdan il-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, x'inhuwa dan ir-rwol/kariga, u x'inhuma l-pagi, benefiċċji u perkaċċi li huwa intitolat għalihom f'dan ir-rwol/kariga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub, li diġà ġie provdut diversi drabi fid-dominju pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fuq kuntratt, persuni li jaħdmu bħala position jew person of trust, u/jew persuni trasferiti/seconded/detailed fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jgħid ukoll x'kienu r-rwoli u l-iskali/pagi tagħhom, inklużi perkaċċi u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew ingaġġati mal-Aġenzija u kemm minn dawn ġew ingaġġati b'metodi jew b'entitajiet oħra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi hemm 13-il professjonist assenjat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li jingħaqdu mal-professjonisti l-oħra tal-Aġenzija. Dawn jinkludu Psychology Class employees, Social Workers, Social Welfare Professionals u Care Plan Coordinators. Infurmat ukoll li fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi preżentament ma hemmx persuni li għandhom kuntratt ta’ Position/Person of Trust.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija, u r-ranks tagħhom, assenjati fl-għassa ta' Ħ'Attard?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ġewwa Ħ’Attard jingħata servizz mill-Pulizija tal-Komunità, bħal ħafna lokalitjiet oħra ġewwa dawn il-g¿ejjer. Dan barra mir-rondi regolari li jsiru permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-RIU, li bejniethom jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali f’din il-lokalità. F’Ħ’Attard l-għassa tal-Pulizija hija waħda sekondarja li tinfetaħ meta jkun meħtieġ u skont l-esiġenzi tas-servizz.Mal-istess għassa hemm installata wkoll sistema ta’ elettronika li l-pubbliku jista’ ju¿a biex jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, għal kull assistenza, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra elenku tal-lokalitajiet fejn isiru l-iktar foot patrols mill-pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel rondi kontinwi f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gżejjer, primarjament sabiex tipprevjeni milli jitwettqu reati u anke kwalunkwè ksur ta’ liġi li jista’ jiġi osservat. Infurmat illi mhuwiex possibbli li jkun ikkwantifikat in-numru ta’ rondi li jsiru u ma tinżammx statistika jew elenku bit-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Membru, għas-sezzjonijiet tal-Korp kollha. Rondi jsiru bil-mixi minn diversi sezzjonijiet tal-Pulizija li jinkludu; il-Pulizija tal-Komunità, li diġà jkopru tliet kwarti tal-lokalitajiet f’dawn il-gżejjer, il-Pulizija tad-distrett li f’kull ħin opportun iwettqu dawn ir-rondi, u skont l-esiġenzi mit-taqsimiet tal-klieb, tal-kavallerija u tal-EPU tal-Korp, dan barra illi l-RIU jikkontribwixxu bis-sehem tagħhom peress li kontinwament jagħmlu rondi bil-vetturi, u meta jkun meħtieġ, anke bil-mixi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm sejħa għall-gwardjani tal-ħabs u meta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi filwaqt li bħalissa għaddej it-taħriġ ta’ grupp ġdid ta’ rekluti, iva, l-Aġenzija għandha l-ħsieb li toħroġ sejħa ġdida għall-uffiċjali korrettivi. Din is-sejħa toħroġ wara li jkun hemm l-approvazzjonijiet neċessarji skont il-proċeduri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija u suldati għassa ma’ djar privati u ambaxxati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li kuljum jkopru doveri għal skopijiet ta’ protezzjoni permezz ta’ għassa ma’ bini, djar privati u ambaxxati, huwa ta’ wieħed u disgħin. Dan l-ammont ikopri s-sigħat kollha tal-ġurnata, li jvarja minn erbgħa u għoxrin siegħa jew numru ta’ sigħat kuljum, fil-lok rispettiv. Dawn id-doveri huma segwiti minn uffiċjali barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol tagħhom.
Fil-Forzi Armati ta’ Malta hemm tlieta u tletin (33) Suldat Regolari kif ukoll ħdax (11)-il Riservista li jagħmlu xogħol ta’ sigurtà ma’ djar privati u ambaxxati.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – proċess ta’ health and wellness
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 8) kien li jinbeda proċess ta’ “health and wellness” biex kull membru fil-Korp ikollu s-sapport rigward issues ta’ “mental health”, u b’hekk ikollna Korp b’saħħtu, kemm fiżikament kif ukoll mentalment, jista’ l-Ministru jgħid x’sar fuq dan? Jista’ jgħid kif qed jingħata dan is-suppost sapport?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li dwar l-għan tmienja tal-istrateġija, ġie mwaqqaf il-Malta Police Wellbeing Working Group (MPWWG), li jiffoka fuq miżuri konkreti ta’ kif wieħed jista’ jtejjeb il-benesseri tal-impjegati kollha tal-Korp. Għall-ewwel darba fit-18 ta’ Frar 2022, ġiet fis-seħħ Well-being Policy bil-ħsieb li l-Korp jippromwovi u jżomm is-saħħa mentali, fiżika u l-benesseri tal-impjegati fil-milja kollha tagħhom, permezz ta’ prattiċi ta’ xogħol xierqa, u tippermetti lill-ħaddiema li jieħdu r-responsabilità għas-saħħa u l-bennesseri tagħhom.
Din il-policy hi waħda ħajja li tiġi msaħħa regolarment biex tibqa’ toffri servizzi ħolistiċi oħra bis-sehem ta’ kulħadd, inkluż il-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema. Li jkollok aktar ambjent san fejn il-benesseri tal-ħaddiema jkunu prijorità, speċjalment fejn in-natura tax-xogħol hi waħda stressanti, huwa element vitali biex il-Korp ikompli jaqdi u jilħaq l-aspettattiva tan-nies. Servizz ieħor introdott ma’ din il-policy huwa dak tat-Traumatic incidents support outreach. Dan jippermetti li meta xi impjegat tal-Korp ikun espost għal xi sitwazzjonijiet trawmatika, bħal każijiet ta’ suwiċidji, telf ta’ ħajjiet jew involviment ta’ minuri waqt l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu, il-Victim Support Agency, immedjatament tirreferihom lill-Employee Support Programme (ESP). Sussegwentament, permezz ta’ telefon, professjonist mill-ESP Unit jikkomunika mal-persuna kkonċernata, u jiġi offrut kull appoġġ meħtieġ. Din il-miżura hija maħsuba biex tiżgura li l-persuna kkonċernata tiġi avviċinata u ttrattata bl-akbar professjonalità u kunfidenzjalità.
Saret kampanja ta’ għarfien mal-ESP u Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (HPDP) fejn ġew offruti programmi, servizzi u taħriġ f’oqsma varji lill-ħaddiema kollha tal-Korp. Fost dawn il-programmi ġew offruti servizzi ta’ maniġġar aħjar ta’ piż, b’attendenza ta’ madwar sittin ruħ. Sessjonijiet oħra koprew il-vizzju tat-tipjip b’kollaborazzjoni mal HPDP.
Hawn taħt hija lista dettaljata ta’ taħriġ li ngħata f’dan il-qasam fl-aħħar sentejn:
Titlu tal-korsServizz mgħoti minnSena
Mental Health Richmond Foundation, Jobsplus 2020, 2021, 2022
Employee Support Programme ESP 2021, 2022
Breaking Bad News ESP, MPF Chaplaincy 2022
Supporting individuals with mental health issues Richmond Foundation - 2022
Mental Health Awareness Senior Management Training ESP 2021
Mental Health First Aid ESP 2021
Peer Support Training ESP 2021
Suicide Prevention ESP 2021, 2022
Bullying at the Workplace Sedqa 2022
MPWWG jikkollabora mal-Malta Police Sports Committee (MPSC) għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet sportivi, bl-għan li jiġi offrut inċentiv u inkoraġġiment biex membri tal-Korp jipparteċipaw. L-aspett fiżiku huwa importanti għal-benesseru ħolistiku ta’ kull persuna, u għalhekk qed jiġu allokati postijiet biex fejn ikun possibbli, persuna tkun tista’ tipprattika attività fiżika. Fil-binja ġdida tal-FCID, ġie allokat spazju mgħammar b’apparat modern għal użu ta’ gym. Qed jiġi ristrutturat gym ġdid ieħor fil-kumpless tal-Pulizija ġewwa Ta’ Kandja, li se jkun aċċessibbli għal-membri kollha tal-Korp. Qed jiġi mwaqqaf ukoll Wellbeing Professional Team ġdid u flimkien mat-tabib tal-Korp, dalwaqt ser jiġu ingaġġati żewġ infermiera, waqt li ser tinħareġ sejħa għal psikologu anzjan. Bħalissa diġà qed jingħataw servizzi ta’ testijiet ta’ demm, pressjoni, dijabete u kundizzjonijiet oħra, liema servizzi ntlaqgħu tajjeb ħafna mal-membri tal-Korp.
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 9) kien li fil-Malta Police Force jibda proċess divers biex jitjiebu l-kwalifiki u l-“entry criteria” biex wieħed jidħol jaħdem fil-Korp bil-għan li l-Korp ikollu persuni li huma kompetenti u saħansitra accountable fid-diversi setturi fi ħdan l-istess Korp, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proċess divers ta’ entry requirements bediex u jekk iva, f’liema gradi tad-dħul? Jekk kellu jsir hekk, jista’ jgħid għaliex allura fl-aħħar sejħa għar-rekluti ġodda tnaqqsu l-kwalifiki meħtieġa biex japplikaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li rigward sejħiet għall-ingaġġ fi-grad ta’ Spettur tal-Pulizija, ġie introdott ukoll il-mekkaniżmu, li diġà jintuża f’oqsma oħra ta’ xogħol fiċ-ċivil u organizzazjonijiet oħra għal skop ta’ reklutaġġ u selezzjoni tal-applikanti, magħruf bħala General Ability Test (GAT). Ma tnaqqset l-ebda kwalifika dwar rekwiżiti għar-reklutaġġ ta’ persuni fil Korp, anzi żdiedet il-marka rikjesta għal-MQF Level 3 (O’Level). Intant il-marka neċessarja kienet 6 jew D u saret 5 jew C. Kif indikat diġà fit-tweġiba oħra mill-Onor. Membru, l-età tal-eliġibbilta fi grad ta’ kuntistabbli żdiedet għal disgħa u tletin sena, waqt li dik ta’ kuntistabblijiet ta’ riżerva ġiet estiża. Ir-rekwiżit tat-tul tneħħew. Inbidel ukoll il-physical fitness test li issa hu komuni għas-sessi kollha.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – career paths
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 9) kien li ser jinbeda proċess ta’ career path biex kull membru fil-Korp ikollu l-istess opportunità biex jiġi promoss u anke jmur ġo diversi units biex isaħħaħ l-abbiltà tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid x’sar eżattament u b’mod konkret biex dan l-oġġettiv jintlaħaq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-għan disgħa jirreferi partikolarment fuq l-inizjattivi li jenfasizzaw il-career path għall-ħaddiema u uffiċjali tal-Korp. Hawn l-organizzazzjoni hi kommessa li toħloq perkors ċar għall-membri tagħha, biex b’hekk wieħed ikun jista’ jippjana, bil-quddiem, il-karriera tiegħu fil-Korp. Kien għalhekk illi f’Novembru tas-sena 2020, xahrejn biss wara li ġie ppubblikat id-dokument tat-Trasformazzjoni, il-Korp nieda l-Horizontal Movement Policy, li tirregolarizza l-mod kif isiru trasferimenti ta’ uffiċjali għal units speċjalizzati fil-Korp. B’din il-Policy ġie stabbilit, illi sakemm ma jkollux xi forma ta’ speċjalizzazzjoni speċifika, kuntistabbli ġdid fil-Pulizija jrid jagħmel l-ewwel perjodu ta’ tliet snin jaħdem fid-distrett jew fil-Community Policing, qabel ma jkun jista’ jesprimi l-interess tiegħu għal ċaqliq f’xi skwadra speċjalizzata. Dan il-proċess reġa’ nbidel, tant li skont il-Policy eżistenti, tinħareġ espressjoni ta’ interess sabiex uffiċjali jesprimu l-interess tagħhom. Wara li jgħaddi l-proċess ta’ selezzjoni hemm ċertu istanzi li jinkludi wkoll eżami fiżiku apparti u metodi ta’ assessjar oħra, barra mill-intervisti. Kif diġà ngħad fi tweġibiet oħra, skont din il-Policy, fl-ewwel sentejn tal-karriera tiegħu, il-Kuntistabbli jkun sorveljat minn mentor, u ċjoè surġent jew kuntistabbli anzjan. Dan il-programm ġie introdott fi Frar tat-2021 u bis-saħħa tiegħu l-Korp qed jassigura li jiġi evalwat il-progress tal-membri ġodda fi ħdanu. Fis-sena 2021 ħarġu erbgħa u erbgħin (44) espressjoni ta’ interess għal ċaqliq intern lejn skwadri speċjalizzati, filwaqt li fis-sena 2022 ħarġu tlieta u erbgħin (43) sejħa. Bl-istess mod, il-Korp qed jara li regolarment joħrog sejħiet għall-promozzjonijiet fil-grad ta’ Surġent u f’dak ta’ Spettur, b’dan tal-aħħar ikun miftuħ ukoll għal kanditati esterni li jkollhom il-kwalifiċi fil-livell MQF 6. Diġà ntqal fi tweġibiet oħra, li bħalissa qed issir reviżjoni tal-korsijet għal promozzjoni offruti mill-Korp u fost oħrajn dan il-proċess ser ikun qed jevalwa metodi ġodda ta’ kif dan it-taħriġ jista’ jkun iffaċilitat, anke permezz tat-teknoloġija, inkluż blended learning methods.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – sodisfazzjon ta’ kull membru
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 9) kien li ser tinħoloq sistema fejn il-livell ta’ sodisfazzjon ta’ kull membru fil-Korp huwa mkejjel, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sistema bdietx titħaddem u jekk iva, f’liema areas il-membri huma l-aktar kuntenti u oħrajn inqas kuntenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi dwar l-għan numru disgħa tal-istrateġija, partikolarment dwar l-inizjativa li tinħoloq sistema fejn jiġi mkejjel il-livell ta’ sodisfazzjon tal-Membri tal-organizzazzjoni, il-Korp jinsab kommess li jara li regolarment issir riċerka u studju dwar il-motivazzjoni u s-sodisfazzjon tal-membri kollha tal-Korp. F’dan ir-rigward, f’Novembru tas-sena 2021 b’għajnuna mill-entità internazzjonali PriceWaterHouse Cooper, il-Korp nieda stħarriġ intern fuq livell ta' engagement tal-Membri tiegħu dwar din l-istrateġija. Dan l-istħarriġ ġie kondott mill-entità msemmija sabiex tkun tista’ tiġi aċċertata l-integrità u l-kontabilitá tar-riżultat. Permezz ta’ din l-għajnuna esterna, seta’ jiġi stabbilit ukoll il-livell ta’ anonimità u kunfidenzjalità tar-risposti.
F’dan l-istħarriġ, ipparteċipaw tlieta u erbgħin fil-mija (43%) tal-ħaddiema tal-Korp, li sebgħa u sebgħin fil-mija (77%) minnhom wieġbu li jħossuhom kburin illi jifformaw parti mill-Korp. Fost diversi tweġibiet, minn dan l-istudju ħareġ ukoll illi tmienja u ħamsin fil-mija (58%) iħossuhom motivati f’xogħolhom, tnejn u sebgħin fil-mija (72%) jgħidu li l-istrateġija tispira fihom sens ta’ motivazzjoni, filwaqt li sebgħa u ħamsin fil-mija (57%) iħossu li l-kultura tal-Korp ma tinkorraġġix wisq innovazzjonijiet. Erbgħa u sittin fil-mija (64%) jafdaw lit-tmexxija tal-korp u wieħed u tmenin fil-mija (81%) jħossuhom ispirati mis-superjuri tagħhom. Tlieta u ħamsin fil-mija (53%) iħossu li qed jingħataw taħriġ adekwat, tmienja u erbgħin fil-mija (48%) jemmnu li l-well-being qed jingħata prijorità, filwaqt li sitta u ħamsin fil-mija (56) jgħidu li jirnexxilhom isibu bilanċ bejn il-ħin liberu u x-xogħol. Ħaġa li spikkat fir-riżultati huwa il-bżonn speċifiku li tiġi implimentata strateġija tat-tip li għaddej minnha l-Korp.
Fil-ġimgħat li ġejjien il-Korp, bl-għajnuna tal-istess entità, ser iwettaq it-tieni verżjoni tal-istess studju, għas-sena 2022, fejn bir-riżultat tal-analiżi susseggwenti, ikun jista' jsir paragun tal-andament minn sena għall-oħra. Dan jgħin ukoll biex isir kull titjib u mmaneġġjar neċessarju, kif ikun mistenni wara kull studju minn entità serja u professjonali.