Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, biex malajr kemm jista' jkun jiġi assigurat li x-xogħol li għandu jsir fit-triq prinċipali ta' Burmarrad, isir u dan għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jgħaddu minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol kellu jiġi pospost minħabba l-maltemp u se jkun qed isir fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27403 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex persuna li għandha saqajha amputata għandha bżonn ċertifikat ta' tabib li jgħid dan, meta dan huwa fatt li jkun jidher u mhux qed nitkellmu fuq fatt li ma jidhirx, biex jintbagħat personnel apposta ħalli jgħin lil din il-persuna u din il-persuna ma jkollhiex titla' l-Evans Building fis-sular ta' fuq biex tagħmel il-passaport?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31370, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-rotot li kienu jgħaddu minn Triq Ġulju, San Pawl il-Baħar, qabel ma daħlet fis-seħħ il-bidla fit-Trasport Pubbliku fit-3 ta' Lujlu, 2011? Billi qed jirriżulta ukoll li Triq Għawdex, San Pawl il-Baħar qiegħda ukoll tbati effett tal-karozzi tal-linja li qed jgħaddu minnha, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jieħu passi biex isaħħaħ il-bini ta' din l-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi qabel it-3 ta’ Lulju 2011 kien hemm rotta waħda li kienet tgħaddi minn din it-triq, jiġifieri r-Rotta 645.
Infurmat ukoll li Transport Malta qed tistħarreġ dwar il-kundizzjoni ta’ Triq Għawdex.
Kuntatti bejn Transport Malta u l-Ministeru — Triq Toni Bajjada - trasport
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31366, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux jew le kuntatti bejn Transport Malta u l-Ministeru minħabbba dan is-suġġett ta' trasport għal Triq Toni Bajjada?
B'referenza għall-mistoqisja parlamentari 31648 u r-referenza għan-numru ta' passaġġi ta' vetturi f'sena, li skont ir-risposta ivarja bejn 2 miljuni u 22 miljun passaġġ fis-sena, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma skont it-toroq partikolari dawn l-intensitajiet tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba relattiva għas-sena 2011.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa t-triq li min-Naxxar tagħti għal San Ġwann madwar ir-roundabout ta' ħdejn il-bidu tal-ħwienet, wara li tkun tlaqt lil Ta' Mekkek area int u nieżel lejn San Ġwann?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq hija inkluża f'programm ta' tiswijiet li hemm il-ħsieb li jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31209, 31039 u 30663 u jgħid kemm ingħataw kilometri ta' tarmak mis-sena 2000 'l hawn u f'liema lokalitajiet saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-ġbir ta’ informazzjoni sabiex titwieġeb din il-mistoqsija jirrikjedi ammont kbir ta’ ħin u riżorsi, għalhekk din ma tistax tinġabar hekk kif mitluba.
Madankollu, barra l-informazzjoni ta’ hawn taħt, li jirrigwarda xogħol li sar mill-2008 'il quddiem, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq prinċipali, (Doc A) u lista ta’ xogħlijiet fuq toroq alternattivi li kellhom isiru minħabba xogħol fuq toroq arterjali, parti mill-proġett tat-Ten T (Doc B). Dawn kollha saru mill-2008 'il quddiem.
Xogħol estensiv fuq toroq (Protokol Taljan, Ten T u oħrajn) - 2008:
Luqa – Mġarr 16.0 km
Triq Ħal-Far (Phase 3) 3.0 km
Triq l-Avjazzjoni Ċivili, Luqa 0.6 km
Bypass ta’ San Pawl 3.0 km
Manwel Dimech Bridge 0.3 km
M’Scala Bypass 3.0 km
Ta’ Penellu – Mellieħa 1.8 km
Valletta Road – Żurrieq 2.0 km
Triq Garibaldi u Triq il-Kusill ta’ l-Ewropa – Luqa 2.2 km
Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb – Marsa/Floriana 1.0 km
Triq il-Marfa – Ċirkewwa/Mellieħa 2.6 km
Triq l-Imġarr, Triq Fortunato Mizzi, Triq ir-Repubblika –
Rabat/Xewkija,Għawdex 3.1 km
Bini ta’ underpass tal-Marsa 1.0 km
Peresss li l-Onor Interpellant jidher li hu nteressat ikollu informazzjoni dwar xogħol fuq toroq, nitolbu jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 31256, 31656, 31657, 31658 u 31659.
Jista' l-Ministru jara li jsiru arranġament minn Transport Malta flimkien mal-Arriva biex ir-residenti tas-Swatar ikunu moqdija aħjar speċjalment billi kiber l-inkonvenjent mir-riforma 'l hawn għar-residenti ta' dan l-estate li kulma jmur qiegħed jikber?
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi mtejjeb l-aċċess għar-residenti ta' triqat bħal Mons. Innoċenz Zammit Str Imsida/Swatar, billi mir-riforma tat-Trasport Pubbliku 'l hawn tneħħitilhom il-bus stop u r-residenti qed ikollhom jaqsmu lanes perikoluzi u traffikużi biex jaqbdu l-karozzi tal-linja min-naħa l-oħra faċċata tagħhom filwaqt li m'hemm l-ebda zebra crossing u s-subway li hemm tkun spiss mimlija bl-ilmijiet u t-tajn kull meta tagħmel ix-xita, apparti mill-abbużi li regolarment isiru fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31268 u cioè: Billi fil-leġislatura l-oħra r-residenti ta’ Triq Nazju Ellul, Gżira kienu ġew infurmati li x-xogħol tal-asfaltar kellu jitlesta sa tmiem is-sena 2008, jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jsir dan, peress li minn dak iż-żmien ‘l hawn għaddew ‘il fuq minn tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.29257.
Transport Malta — kriterji meħtieġa biex tigi milqugħa talba għal reserved parking
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji meħtieġa biex tigi milqugħa talba għal reserved parking minn Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kriterji ta' eliġibilita' għal parkeġġi riżervati huma dawk stabbiliti fil-Guidelines for the Implementation of Traffic Management and Safety Measures and Temporary Diversions of Traffic. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamta is-sezzjoni relevanti tad-dokument imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' common service ducts li hemm fit-toroq Maltin u Għawdxin? Jista' jgħid liema huma dawk it-toroq li fihom common service ducts?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-informazzjoni mitluba tinvolvi ħafna xogħol u ħin biex tinġabar, ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin jistax ifittex lil Transport Malta u lill-gvern fuq ħsarat marbuta ma' inċidenti li jsiru fit-toroq speċjalment minħabba triq ħażina u nuqqas ta' maintenance tal-istess triq?
Żejtun — Housing Estate ta' Ġebel San Martin - rotta tal-linja
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minn Transport Malta u l-Ministeru sabiex il-qasam tal-Housing Estate ta' Ġebel San Martin fiż-Żejtun jibda jingħata servizz mill-kumpanija Arriva?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31079. Madankollu, ninsab infurmat li r-residenti tal-qasam tal-Housing Estate ta’ Ġebel San Martin qed jingħataw servizz tat-trasport pubbliku permezz tar-Rotta 206, li għandha frekwenza ta’ kull 90 minuta u li tipprovdi servizz lejn diversi lokalitajiet fosthom l-isptar Mater Dei, Bulebel, Marsaxlokk u l-Marsa Park & Ride.
San Ġwann — Triq Mensija - probelma ta' ilma fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi indirizzat l-ilment tar-residenti tat-triq twila u prinċipali, Triq Mensija ġewwa San Ġwann li jmur lura għadd ta’ snin u li anki l-kunsill lokali jafu bih, biex tiġi indirizzata l-problema tal-ilmijiet ikkawżati allegatament minn għoti ta’ tarmak fuq tarmak, li ħafna drabi qed iwassal għal flooding f’ħafna djar u anki bjar u btieħi tan-nies u dan b’żieda mal-ilmijiet li jkunu ġejjin minn triqat oħrajn fil-qrib?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li jien infurmat li din it-triq taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin jittieħdu prekawzjonijiet sabiex vapuri deħlin jew ħerġin mill-Port ma jegħrqux u jimblokkaw il-Port il-Kbir?
Peress li r-residenti ta' Triq San Blas, in-Nadur, Għawdex qed jilmentaw għaliex qabel ma saret ir-riforma fit-trasport pubbliku kien hemm servizz minn din it-triq u issa wara li saret ir-riforma l-ebda karozza tal-linja m'hi tinżel f'dawn l-inħawi; peress allura li issa r-residenti qed ikollhom jimxu distanza twila mhux ħażin biex appuntu jaqbdu tal-linja, peress ukoll li din hija waħda mill-itwal toroq li għandna f'Għawdex u hemm ukoll ħafna anzjani jgħixu hemm u peress allura li dan huwa kaġun ta' inkonvenjent kbir, jista' l-Ministru jara kif jindirizza din is-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 31079. Madankollu infurmat ukoll li l-osservazzjoni tal-Onor. Interpellant se tkun ikkunsidrata f’tibdil fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux regoli dwar kemm għandha tkun għolja bankina? Jekk fl-affermattiv, kemm hu l-massimu ta' dan l-għoli u x'infurzar qed isir biex bankina ma tkunx ogħla mil-livel massimu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond il-pubblikazzjoni tal-Avviż Legali 364 (2003), rivedut permezz tal-Avviż Legali 29 (2010), l-għoli massimu ta’ bankina għandu jkun ta’ 125mm ’l-fuq mil-livell tal-karreġġjata adjaċenti (sakemm ma jeżistux kundizzjonjiet speċifiċi li jesiġu qies differenti).
F’kuntratti li huma responsabbilità ta’ Transport Malta, kull
project leader
huwa meħtieġ jassigura li l-provedimenti tal-Avviż Legali 29 (2010) f’dan ir-rigward ikunu applikati.