Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni residenti f’Għawdex li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Malta għal kull sena mill-2004 sal-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data kif mitluba mhix disponibbli għall-perjodu 2004 - 2009. Għaldaqstant, qed titpoġġa data mill-2010 ‘il quddiem. Skont l-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2010 in-numru ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg ewlieni fir-reġjun ta’ Malta ammonta għal 2,274. Fl-2019, in-numru tela’ għal 3,971 persuna. Fit-tabella t’hawn taħt qed jiġu elenkati n-numri ta’ persuni residenti f'Għawdex li kellhom impjieg kif ukoll kemm minnhom kienu jaħdmu f'Malta għal kull sena mill-2010 sal-2019. Residenti f’Għawdex b’impjieg (f’Malta jew f’Għawdex) Residenti f’Għawdex li jaħdmu f'Malta Persentaġġ ta’ residenti f’Għawdex li jaħdmu Malta mit-total ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg 2010 12,109 2,274 18.8% 2011 12,391 2,472 19.9% 2012 12,592 2,593 20.6% 2013 12,738 2,355 18.5% 2014 13,268 2,460 18.5% 2015 13,901 3,004 21.6% 2016 14,678 3,343 22.8% 2017 15,661 3,406 21.7% 2018 16,691 3,638 21.8% 2019 17,754 3,971 22.4% Nota: Dawn iċ-ċifri jinkludu persuni mpjegati fuq bazi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni.

Persuni residenti f’Għawdex li jaħdmu Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Għawdex stess għal kull sena mill-2004 sal-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data mill-2000 sal-2009 ma tistax tiġi kkumparata mad-data mill-2010 ‘il quddiem peress li d-data tal-impjiegi f’Għawdex tinkludi kemm residenti f’Għawdex kif ukoll residenti f’Malta li jaħdmu f’Għawdex. Għaldaqstant, qed titpoġġa data mill-2010 ‘il quddiem. Skont l-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2010, kien hawn 9,705 persuni residenti f'Għawdex u li kienu jaħdmu f'Għawdex stess, filwaqt li fl-2019 dan l-ammont zdied għal 13,587 persuna. Fit-tabella t’hawn taħt qed jiġu elenkati n-numri ta’ persuni residenti f’Għawdex u li huma mpjegati, kif ukoll l-ammont ta’ residenti f'Għawdex li kienu jaħdmu f'Għawdex stess għal kull sena mill-2010 sal-2019. Residenti f’Għawdex b’impjieg (f’Malta jew f’Għawdex) Residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Għawdex stess* Persentaġġ ta’ residenti f’Għawdex li jaħdmu f’Għawdex stess mit-total ta’ residenti f’Għawdex b’impjieg (f’Malta jew f’Għawdex) 2010 12,109 9,705 80.1% 2011 12,391 9,787 79.0% 2012 12,592 9,871 78.4% 2013 12,738 10,245 80.4% 2014 13,268 10,658 80.3% 2015 13,901 10,757 77.4% 2016 14,678 11,179 76.2% 2017 15,661 12,063 77.0% 2018 16,691 12,861 77.1% 2019 17,754 13,587 76.5% Noti: 1. Dawn iċ-ċifri jinkludu persuni mpjegati fuq ba ¿ i full-time u part-time bħala xogħol ewlieni. 2. *Dawn iċ-ċifri jeskludu residenti Maltin li jaħdmu fir-reġjun t’Għawdex .

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21120, jista’ l-Ministru jikkonferma li hu fil-fatt ma jafx kif intefqu dawn il-fondi pubbliċi li jammontaw għal total ta’ €222,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.

Ħaddiema b’paga minima

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18525 u jgħid kemm hawn ħaddiema f’pajjiżna li għandhom il-paga minima?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ċifri mill-Labour Force Survey, in-numru ta’ impjegati full time li kienu fuq il-paga minima matul is-sena 2020 kien stimat li hu 2,447.
Leg 13 PQ #20990 Sitting 462 2021-05-18 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/pozizzjonijiet ingaġġati fuq bazi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20900, peress li fil-mistoqsija oriġinali 16464 ma ntwiġibx kif intużaw il-fondi pubbliċi li għaddew lill-Marigold Foundation, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20900 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16464, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) (€52,000) u mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) (€170,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif ingħad diversi drabi, dawn il-fondi kienu indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja Pink October ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha
Leg 13 PQ #21123 Sitting 461 2021-05-17 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Airmalta – ground handling

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fit-taħditiet mal-Unjoni Ewropea, minn Ottubru li ġej, il-ground handling ser ikollu jingħata barra u mhux mill-Air Malta? F’dan il-każ, jista’ jgħid x’ser jiġri mill-istaff u jekk għandhomx ix-xogħol garantit?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din il-materja hi waħda li se tiġi deċiża mil-linja nazzjonali tal-ajru in linea mal-pjan strateġiku l-ġdid tagħha, b'ħarsien tax-xogħol tal-ħaddiema tal-lum.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Air Malta kellha ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union kif ġej: ALPA - Ġ ew prezentati 2018 - 15 ta’ Jannar, 27 t’April and 12 t’Ottubru 2019 - 1 ta’ Lulju AAOC – Injunction li ġ ie prezentat 2018 - 26 ta’ Ġunju 2018
Leg 13 PQ #20830 Sitting 460 2021-05-12 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

AirMalta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm spiċċaw persuni bl-età mill-Airmalta u kemm daħlu ġodda f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-sena 2019 u s-sena 2021 irtiraw bl-eta ħdax (11) il-persuna. Fl-2019/2020 ġew ingaġġati mija u tnejn u għoxrin (122) impjegat ġdid, li minn dawn, sitta u tmenin (86), kienu cabin crew li ġew impjegati fuq bazi part-time temporanja. Fl-2021 ġew ingaġġati 3 impjegati.

Infiq fuq promozzjoni – press u media houses

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq għal kwalsiasi promozzjoni (public relations) bħala spiża attwali għas-snin 2019 u 2020? Jista’ jgħid liema press u media houses intużaw u għal liema proġett jew attività jew messaġġ jew kampanja? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallsu kull waħda minn dawn il-media houses?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu.
Leg 13 PQ #20552 Sitting 459 2021-05-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tender li ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti u li għalqet fit-22 ta' Settembru 2020 CfT: CT2281/2019 - 'Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Ġużepp, Għajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items' u jgħid meta hu maħsub li din it-tender tiġi awarded?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport tal-evalwazzjoni tat-tender imsemmija ġie pprezentat quddiem il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti nhar it-Tlieta 27 t’April. Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti qed janalizza r-rakkomondazzjani tal-Bord tal-Evalwazzjoni sabiex ikun jista’ jieħu deċizjoni finali dwarha.
Leg 13 PQ #20600 Sitting 459 2021-05-11 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġizlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16464, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) (€52,000) u mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) (€170,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16464.

Lista tal-Qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18486 u jagħti rendikont tan-numru ta' persuni fil-lista tal-qgħad fl-2019, 2020, u fl-2021 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma l-iktar li sabu impjiegi dawk il-persuni li kienu fir-reġistru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Malta u Għawdex fl-2019 u 2020. Tabella oħra li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-oqsma ta’ l-impjiegi ta’ dawk il-persuni li kienu fuq ir-reġistru tal-qgħad u sabu xogħol. Din l-informazzjoni hi meħuda skont il-formola tal-bidu ta’ l-impjieg li tirċievi Jobsplus. Persuna hi magħduda darba biss kull xahar imma l-istess persuna tista tkun misset mar-registru tal-qgħad f’izjed minn xahar wieħed allura tista’ tinqabad f’xhur oħra.

Jobsplus – travel tickets, cash benefits u allowances

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18487 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ travel tickets, cash benefits u allowances li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jobsplus — Rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18489 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratt kien?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha dwar l-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020, lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw, kif ukoll min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jobsplus u Caritas – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18490 u jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u l-Caritas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li għandha Jobsplus mall-Caritas jipprovdi assistenza minn professjonisti diversi inkluz sessjonijiet fuq livell personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol li għandhom problemi ta’ droga jew vizzji oħra. Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ taħriġ għal numru ta’ persuni għaddejjin minn riabilitazzjoni mal-Caritas. Dan it-taħriġ jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabbilità, komunikazzjoni, aspetti soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Barra minn hekk, Jobsplus tħallas lill-Caritas għal kull persuna li jirnexxilhom isibulha xogħol wara t-tmiem tal-imsemmi programm; dan il-ħlas isir tliet xhur wara li jibda l-impieg. Caritas titħallas wkoll għal sitt xhur moniteraġġ tal-istess persuni li jiġu impjegati permezz ta’ dan il-ftehim.

Jobsplus u Richmond Foundation – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18491 u jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u Richmond Foundation?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li għandha Jobsplus mar-Richmond Foundation jipprovdi assistenza minn professjonisti inkluz sessjonijiet fuq livell personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol u li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ ‘ mentoring ’ skont il-bzonn minn ‘ job coaches ’ li jaħdmu fil-programm ta’ ‘ Sheltered Employment Training ’ għall-medja ta’ 10 sigħat fil-ġimgħa.
Leg 13 PQ #20965 Sitting 458 2021-05-10 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Carers barranin fid-djar Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hawn persuni ta’ nazzjonalità barranija li qed jaħdmu bħala carers f’pajjiżna? Minn liema nazzjonalità barranija ġejjin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minbarra l-1,997 Maltin u Għawdxin li qed jaħdmu bħala care worker (working with disabled in homes or hospitals), care worker personal (home-based) u care worker personal (institution-based) f’pajjizna sal-aħħar ta' Ottubru 2020, is-settur jimpjega wkoll numru ta’ barranin minn diversi pajjizi, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #20665 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Minsiteru għall-Finanzi u x-Xogħol — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qatt ma ngħata impjieg, tender jew direct order lill-persuna msemmija mis-sena 2013 sal-lum.