Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #11779 Sitting 274 2019-11-05 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Taxxa fuq kera ta’ proprjetajiet kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa fuq il-kera ta’ proprjetajiet kummerċjali mħallsa bejn l-2016 u l-2018, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11822 Sitting 274 2019-11-05 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Budget 2020 – nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2020 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #11772 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Self-Employed – bolol imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ bolol imħallsa ta’ persuni self-employed bejn l-2008 u l-2018, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11773 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni impjegati – bolol imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ bolol imħallsa ta’ persuni impjegati bejn l-2008 u l-2018, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11774 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Self-Employed – taxxa mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa mħallsa ta’ persuni self-employed bejn l-2008 u l-2018, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11775 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji – taxxa mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa mħallsa minn kumpaniji bejn l-2008 u l-2018, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11776 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni impjegati – taxxa mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa mħallsa ta’ persuni impjegati bejn l-2008 u l-2018, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11777 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni impjegati – maternity fund imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ maternity fund imħallsa ta’ persuni impjegati bejn l-2015 u l-2018, sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11816 Sitting 273 2019-11-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Individwu – kumpens tal-inġustizzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħatax xi kumpens tal-inġustizzji, u jekk iva, jista’ jgħid kemm kien dan il-kumpens?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Leg 13 PQ #11430 Sitting 272 2019-10-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Saħħa – spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-saħħa f'termini perċentwali meta kkomparata mal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż għas-sena 2017 u 2018?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiza tas-saħħa f’termini perċentwali meta mqabbla mal-Prodott Domestiku Gross għas-snin 2017 u 2018 hi ta’ 7.4% u 7.6%, rispettivament. L-informazzjoni dwar in-Nefqa għall-Konsum relatat mas-Saħħa/Consumption Expenditure on Health qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11699 Sitting 272 2019-10-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni ’l fuq minn 62 sena li qed iħallsu t-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qabżu t-62 sena li qed iħallsu t-taxxa? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 35,809 il-persuna ‘l fuq mill-eta’ ta’ 62 sena li ħallsu t-taxxa. Minnhom kien hemm 9,503 mara u 26,306 ragel li ħallsu xi taxxa matul is-sena msemmija.
Leg 13 PQ #11700 Sitting 272 2019-10-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni ’l fuq minn 62 sena li huma reġistrati u jħallsu t-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qabżu t-62 sena li huma reġistrati u jħallsu l-VAT? Jista’ jindika kemm huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 1,123 persuna ‘l fuq mill-eta’ ta’ 62 sena li kienu reġistrati u ħallsu l-VAT; li minnhom kien hemm 168 mara u 955 raġel.
Leg 13 PQ #11427 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex — Eco Contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Eco Contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika li nġabar minn Għawdex għall-perjodu minn Ġunju 2017 sa Settembru 2018 u kemm kien l-ammont li nġabar għall-perjodu Ottubru 2018 sa Settembru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti miġbura ta’ Eco Contribution fuq akkomodazzjoni turistika reġistrata fuq Għawdex huwa kif indikat. Ġunju 2017 sa Settembru 2018 - €231,021,29 Ottubru 2018 sa Settembru 2019 - €226,610,72
Leg 13 PQ #11685 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni tal-VAT — ammonti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għadhom iridu jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ rifuzjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2019 kienu ta’ €71,161,094.
Leg 13 PQ #11689 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni fuq l-Income Tax — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Settembru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjonijet pendenti li kienu dovuti sa l-aħħar ta’ Settembru ġew mħallsin sal-15 ta’ Ottubru 2019.
Leg 13 PQ #11690 Sitting 270 2019-10-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni fuq VAT — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifuzjonijiet fuq il-VAT sa’ l-aħħar ta’ Settembru, ser jitħallsu sa Ottubru 2019. Ir-rifuzjonijiet fuq il-VAT jitħallsu dejjem f’nofs ix-xahar ta’ wara, minnufih kif ir-raġunijiet rispettivi, li għalihom ir-rifuzjonijiet ma jkunux tħallsu, ikunu klerjati
Leg 13 PQ #11062 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11063 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11064 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11065 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Skema ta' Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti u min hu eleġibbli għall-Iskema ta' Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskema ta’ Benefiċċji għall-Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol tħallas benefiċċji sa massimu ta’ erba’ darbiet is-salarju annwali lil dawk il-ħaddiema li huma koperti b’din l-iskema f’kas ta’ aċċident waqt il-qadi tax-xogħol jew servizz kemm Malta kif ukoll barra li jirriżulta f’dizabilità permanenti jew fatalità. Hemm ukoll xi estenzjonijiet oħra bħal ħlas ta’ funeral, ripatrijazzjoni tal-persunali tweġġa jew titlef ħajjitha barra l-pajjiz, modifikazzjoni fid-dar tal-persuna li tkun sofriet xi diżabilità permanenti, eċċ. Fil-prezent il-ħaddiema kollha li jaħdmu mal-Forza tal-Pulizija ta’ Malta, mal-Forzi Armati ta’ Malta, mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mas-Servizz tas-Sigurtà ta’ Malta, mas-Servizzi tal-Faċilitatjiet Korrettivi ta’ Malta u madd-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta. Dettalji kompleti tal-Iskema jinsabu fuq il-website tal-Ministeru tal-Finanzi.