Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 186 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – persuni li ċedew kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa nhar l-Erbgħa 28 ta' Frar 2018 kemm-il persuna kienet infurmat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li hija kienet ċediet il-kawża fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa nofs Marzu, 2018, minn fost dawk li isimhom jidher fuq il-kawża imsemmija u li huma jew l-eredi tagħhom rċevew għotja ta’ flus taħt l-ewwel sejħa tal-iskema dwar għotja ta’ darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar, 1979, għamlu xi żmien iservu f’dipartmenti tal-Gvern qabel l-1979, kien hemm 489 persuna li infurmaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li ċedew il-kawża imsemmija.

Allokazzjonijiet ta’ postijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern mill-2013 sal-2017 u f'liema lokalitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej : Sena Lokalita` 2013 2014 2015 2016 2017 Total Attard 0 0 0 1 0 1 Birkirkara 2 9 0 0 9 20 Birżebbuġia 11 4 0 2 0 17 Buġibba 8 2 1 1 2 14 Burmarrad 4 1 1 0 0 6 Cospicua 6 11 13 7 18 55 Fgura 4 4 0 0 0 8 Floriana 3 5 3 4 15 30 Għajnsielem Għawdex 4 0 0 0 0 4 Għarb Għawdex 1 0 0 0 0 1 Għasri Għawdex 1 0 0 0 0 1 Għaxaq 0 3 0 0 1 4 Gudja 1 0 0 0 0 1 Gżira 3 1 0 0 3 7 Ħamrun 3 3 2 0 4 12 Kalkara 1 1 0 0 0 2 Kerċem Għawdex 0 0 6 0 1 7 Kirkop 0 1 0 0 2 3 Luqa 0 0 1 2 0 3 Marsa 2 2 1 5 6 16 Marsalforn Għawdex 5 3 2 4 3 17 Mellieħa 0 3 0 2 8 13 Mġarr 0 0 0 0 2 2 Mosta 0 0 0 0 1 1 Mrieħel 1 0 0 0 1 2 Msida 28 4 1 3 1 37 Mtarfa 0 1 0 0 3 4 Munxar Għawdex 0 0 0 0 2 2 Nadur Għawdex 2 0 1 0 0 3 Naxxar 0 0 0 0 1 1 Paola 4 3 0 2 9 18 Pembroke 0 1 0 0 3 4 Pieta' 0 1 0 1 1 3 Qawra 5 4 2 1 4 16 Qormi 15 5 1 2 2 25 Qrendi 0 4 0 0 0 4 Rabat 0 5 0 1 0 6 Rabat Għawdex 4 3 3 0 1 11 San Ġwann 2 1 1 0 2 6 Salina 1 0 0 0 0 1 Sannat Għawdex 0 1 0 0 0 1 Senglea 4 2 3 3 5 17 Siġġiewi 2 7 0 2 1 12 Sliema 1 0 0 0 0 1 San Ġiljan 0 2 1 0 2 5 San Pawl il-Baħar 8 26 5 0 4 43 Santa Luċija 2 6 6 4 4 22 Santa Venera 4 0 21 1 1 27 Ta' Xbiex 1 0 1 1 1 4 Tarxien 4 16 2 1 0 23 Valletta 5 7 12 8 22 54 Vittoriosa 3 6 0 3 7 19 Wied il-Għajn 7 2 0 0 0 9 Xagħra Għawdex 2 3 0 0 0 5 Xgħajra 1 0 0 1 0 2 Xlendi 1 0 0 0 0 1 Żabbar 3 6 1 1 0 11 Żebbuġ 2 5 0 3 3 13 Żejtun 7 1 1 0 1 10 Żurrieq 0 7 0 0 3 10 TOTAL 178 182 92 66 159 677

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-entitajiet illi jaqgħu taħt ir-responsabilta` tiegħi ma jimpjegawx konsulenti magħhom.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-21 ta’ Frar tas-sena 2000, dan il-ministeru kien xtara għaxar publikazzjonijiet ta' Temple of the Knights of Malta b’nefqa ta’ €450.

Is-Servizz tal-Co-Parenting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti s-servizz tal-Co-Parenting? Meta twaqqaf dan il-programm u kemm kien hemm koppji li għamlu użu minnu? X’wieħed jista’ jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, dan is-servizz huwa proġett pilota, bil-għan li jgħin lill-ġenituri li jkunu għaddejjin minn seperazzjoni, jiffaċċjaw l-isfidi ta’ kuljum kemm bħala individwi u anke bħala ġenituri. Il-programm jindirizza temi speċifiċi bil-għan li l-interessi tat-tfal dejjem jiġu mħarsa. Waħda mill-akbar sfidi li ħafna ġenituri jiltaqgħu magħha hi kif itejjbu l-komunikazzjoni mal-ġenitur l-iehor sabiex il-bżonnijiet tat-tfal dejjem ikunu prijorità. Il-klijenti jingħataw l-ispazju jitkellmu fuq l-impatt li s-separazzjoni tkun ħalliet fuqhom u jiġu mgħallma kif jistgħu jieħdu ħsieb aħjar tagħhom infushom. L-għan aħħari ta’ dan il-programm hu li l-ġenituri jgħinu lil uliedhom jifhmu aħjar il-proċess ta’ separazzjoni b’mod emozzjonali u prattiku. Il-programm ġie mniedi f’Ġunju tal-2017, fejn tminn professjonisti ġew imħarrġa barra minn Malta, speċifikament fl-Irlanda, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-aħjar għajnuna lill-familji li jersqu lejn il-Fondanzzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali. Il-programm beda jopera f’Settembru tal-2017. Sa Diċembru tal-2017, 52 persuna irrikorrew għall-għajnuna tal-Coparenting. Fil-preżent hemm 30 persuna f’kuntatt ma’ dan is-servizz. Dawk kollha li attendew għas-sessjonijiet tal-Copareting, kellhom kliem ta’ tifħir fuq l-programm imħejji, hekk kif fi kliemhom stess, il-programm huwa ta’ għajnuna kbira kemm għax tgħallmu ħiliet ġodda, kabbru l-għarfien tagħhom fuq x’inhuma l-bżonnijiet t’uliedhom u wkoll għax sabu s-sapport ta’ professjonisti esperti fil-qasam u ltaqgħu ma’ individwi oħra li wkoll kienu għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili. Kull min juri x-xewqa li jattendi, jgħaddi minn proċess ta’ screening fejn jiġu diskussi l-għanijiet li l-individwu jkun jixtieq jilħaq. Il-programm huwa mifrux fuq medja ta’ 6 ġimgħat, fejn ikun hemm 6 laqgħat ta’ 3 siegħat il-waħda, kollha immexxija minn professjonisti mħarrġa fis-settur. Kull min huwa interessat fis-servizz, jista’ jagħmel kuntatt mas-Servizz tal-Coparenting fuq in-numru telefoniku 22959000 jew permezz ta email fuq coparenting@gov.mt.

Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum – lezzjonijiet tal-Aerobics u Thai Chi

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-tnaqqis li sofrew l-anzjani Melliħin li jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum (Day Centre) b'rabta mal-ġranet li matulhom kienu jipprattikaw l-Aerobics u t-Thai Chi jerġgħu lura għall-istess ammont ta' ġranet li kellhom sa ftit ġimgħat ilu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, għaddej ix-xogħol sabiex l-affarijiet jerġgħu lura għal kif kienu qabel.

Fidi ta’ ċens ta’ art taħt Home Ownership Scheme – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jkun jista’ jifdi ċ-ċens ta' biċċa art tal-Gvern li tagħmel parti mill-Home Ownership Scheme li fuqha kienet inbniet dar? Jekk hemm bżonn li tinħareġ Presidential Order qabel dan l-individwu jkun jista’ jifdi ċ-ċens, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ il-Presidential Order u meta jaħseb li se toħroġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jista’ jifdi ċ-ċens permezz ta’ Skema Q iżda l-kuntratt tal-bejgħ ikun jista’ jsir ġaladarba l-Awtorità tal-Artijiet tittrasferixxi dan il-plot lill-Awtorità tad-Djar. It-talba għat-trasferiment saret formalment lill-Awtorità tal-Artijiet u għalhekk qed nistennew mingħand l-istess Awtorità.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – spiża ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża tal-ikel għaċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal ġurnata waħda? Jista’ jindika l-menù ta’ ġurnata tipika u jekk hemmx xi Ċentri fejn l-ikel jiġi ppreparat fiċ-Ċentru stess, flimkien mal-klijenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Aġenzija Sapport – Servizz Star 25

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4613, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz Star 25 mogħti mill-Aġenzija SAPPORT?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament, is-servizz Star 25 mogħti mill-Aġenzija Sapport b’kollaborazzjoni mal-Inspire, jingħata lill-adulti li għandhom diżabilità intellettwali severa. Dan is-servizz jingħata għal ħames siegħat kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgha. Il-klijenti jirċievu diversi servizzi ta’ terapija, li jinkludu physiotherapy, occupational therapy, speech & language pathology u hydrotherapy . Dawn il-klijenti jibbenefikaw ukoll minn servizzi ta’ terapija fil- multisensory room. Il-klijenti jiġu ssapportjati wkoll sabiex jipparteċipaw f’diversi attivitajiet varji, bħal xogħol bl-idejn, xogħol ta’ fuħħar, tisjir, human-animal interaction, mużika, kif ukoll l-użu tat-teknoloġija tal-informatika. Il-klijenti li jagħmlu użu minn dan is-servizz, jiġu provduti b’servizz individwalizzat.

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – anzjani – servizz ta’ home help

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li preżentament qed jingħataw is-servizz tal-home help (lokalità b’lokalità) fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ residenzi li qed jirċievu s-servizz tal-Home Help fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar huwa kif ġej : Mellieħa 49 San Pawl il-Baħar 24 Naxxar 63

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – lista ta’ stennija għas-servizz ta’ home help

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija ta’ persuni li talbu s-servizz tal-home help (lokalità b’lokalità) fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ każijiet li qed jistennew is-servizz tal-Home Help fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar huwa kif ġej : Servizzi ġodda approvati: Mellieħa 1 San Pawl il-Baħar 2 Naxxar 5 Servizzi li waqfu u qed jistennew jerġa’ jibda s-servizz: Mellieħa 9 San Pawl il-Baħar 6 Naxxar 1 Każijiet li qed jistennew biex jarahom il-bord: Mellieħa 1 San Pawl il-Baħar 2 Naxxar 1 Każijiet li qed jistennew li jsirilhom assessment minn social worker: Mellieħa 1 San Pawl il-Baħar 4 Naxxar 1 Każijiet li applikaw imma kellhom xi dokumenti neqsin: Mellieħa 1 San Pawl il-Baħar 4 Naxxar 1 Total globali : 40

Meals on Wheels – ħlas għas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-prezz li persuna kienet tħallas għas-servizz tal-meals on wheels, sena b’sena, bejn is-snin 2012 u l-2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz li persuna kienet tħallas għas-servizz tal-meals on wheels, għal kull ikla, bejn is-snin 2012 u 2018 huwa kif ġej : 2012 - €2.21 2013 - €2.21 2014 - €2.21 2015 - €2.21 2016 - €2.21 (mit-3 ta’ Novembru 2016 l-prezz għal meals on wheels sar €2.20) 2017 - €2.20 2018 - €2.20

San Vinċenz de Paul – Kap Eżekuttiv

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4449 fejn irreferejtni għal sensiela ta’ tweġibiet mogħtija fil-leġiżlatura preċedenti li, fis-sustanza jgħidu li l-persuna li isimha ngħata minni separatament kienet ingħatat l-awtorizzazzjoni tas-Segretarju Permanenti biex tagħmel xogħol privat skont kif stipulat fil-Public Service Management Code, wara li fl-1 ta’ Ġunju 2013 kienet ġiet maħtura f'pożizzjoni ta' fiduċja fi rwol ta’ Kap Eżekuttiv fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul, meta dan ix-xogħol privat mill-persuna konċernata jikkonsisti f’xogħol ta’ tabib u t-tmexxija ta’ klinika privata f'San Pawl il-Baħar, liema xogħol jikkonfliġġi b’mod ċar mal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħha bħala Kap Eżekuttiv tar-Residenza msemmija li sservi kemm bħala sptar kif ukoll bħala nursing home, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu biex dan il-kunflitt u dan il-ksur tal-Kodiċi ta’ Etika jitwaqqaf, anke in vista ta’ Paragrafu 6.2.3.1. tal-Public Service Management Code intitolat ‘Private Work’ u ta’ Taqsima B tal-Kodiċi ta’ Etika intitolata “Konflitti ta’ Interess”?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, m’għandi xejn aktar x’inżid mat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 4449, kif ukoll id-diversi tweġibiet li diġà ngħataw fuq l-istess suġġett matul il-leġiżlatura preċedenti.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – ħatriet ta’ Managers

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra l-informazzjoni dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid kemm saru ħatriet fil-gradi minn Manager ‘il fuq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – ħatriet ta’ Managers

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra l-informazzjoni dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid liema kienu l-ħatriet fil-gradi minn Manager ‘il fuq, min inħatar fihom, u x’inhuma r-responsabilitajiet marbuta ma’ kull ħatra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – ħatriet ta’ Managers

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra l-informazzjoni dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid kemm mill-ħatriet fil-gradi minn Manager ‘il fuq saru b’sejħa b’applikazzjoni u kemm saru b’mod dirett?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali – ħatriet ta’ Managers

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra l-informazzjoni dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid x’inhuma l-pakketti finanzjarji u benefiċċji oħra marbuta ma’ kull ħatra fil-gradi minn Manager ‘il fuq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Residenza San Vinċenz de Paul – pet therapy

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4522, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi individwu jew għaqda li qed tipprovdi pet therapy fir-Residenza San Vinċenz de Paul, liema terapija hija tajba għall-anzjani? Jekk iva, min hu jew huma din jew dan l-individwu/għaqda u kemm qed jitħallsu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-servizz ta’ pet therapy qiegħed jingħata minn Service Dogs Malta Foundation. Il-ħlas huwa ta’ €15 is-siegħa.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — position of trust

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 157, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fi ħdan l-Uffiċċju tiegħi u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħti, l-positions of trust huma, dawk fis-segretarjati, fil-customer care units, fil-PQ unit, ministry coordinator, administrative coordinator u electoral manifesto coordinator.