Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nisa reġistrati li jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa irreġistrati li jaħdmu mis-sena 2010 sas-sena 2017, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li huma rreġistrati li jaħdmu Full Time u Part Time bħala xogħol ewlieni tagħhom mis-sena 2010 sas-sena 2017, maqsuma xahar b’xahar, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt. L-aħħar ċifri ppubblikati dwar l-impjiegi huma dawk ta’ Ġunju 2017. Nisa fl-Impjieg 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Jannar 62,874 65,350 68,760 72,053 75,833 80,386 84,524 90,249 Frar 63,030 65,563 68,914 72,348 76,206 80,759 85,116 90,573 Marzu 62,818 65,101 68,580 72,390 76,609 81,283 85,612 91,063 April 63,969 66,560 69,679 73,195 77,306 81,760 86,108 91,355 Mejju 64,327 67,298 70,215 73,710 77,911 82,152 86,872 92,165 Ġunju 64,725 67,470 70,345 74,493 79,446 83,314 88,209 93,346 Lulju 66,133 69,061 72,148 75,816 80,759 84,944 89,572 Awwissu 66,100 69,052 72,134 75,612 80,593 84,893 89,907 Settembru 65,192 67,928 71,018 75,063 80,361 84,464 89,396 Ottubru 65,747 68,555 71,447 75,442 80,211 84,324 89,426 Novembru 65,423 68,831 71,732 75,558 80,262 84,678 89,992 Diċembru 64,684 67,960 71,531 75,469 80,162 84,424 89,722

Raħal Ġdid – użu mil-librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna għamlet użu mil-librerija pubblika f’Raħal Ġdid fl-2016 u fl-2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-total ta’ persuni li għamlu użu mil-Librerija Pubblika f’Raħal Ġdid f’dawn l-aħħar sentejn, hu kif se nsemmi: 2016 – total ta’ 27,803 2017 – total ta’ 27,221

Ħal Għaxaq – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Ħal Għaxaq tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Ħal Għaxaq tul is-sena 2017 inxtraw 191 ktieb ġdid filwaqt li 369 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 211 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 9,767 ktieb.

NGO – lista

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-NGOs kollha u jgħid kemm għandha membri reġistrati magħha kull NGO?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji aġġornata sas-17 ta’ Jannar 2018. Rigward il-membri reġistrati ma’ dawn l-organizzazzjonijiet volontarji, infurmat li n-numru ta' membri f’organizzazzjonijiet volontarji jinbidel ta’ sikwit u mhux dejjem jingħata lill-Kummissarju.

American University of Malta – boroż ta’ studju mogħtija

Question

Fir-risposta mogħtija mill-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 3387, il-Ministru wieġeb li l-boroż ta’ studju ngħataw fuq bażi ta’ gwida u tal-eleġibbilità tas-sejħa. Jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tal-gwida u tal-eleġibbilità tas-sejħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kopja tal-gwida li ħarġet mal-iskema msemmija qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-regoli tal-eliġibilità huma inklużi f’sezzjoni 4 tal-gwida.

American University of Malta – boroż ta’ studju mogħtija

Question

Fir-risposta mogħtija mill-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 3387, il-Ministru wieġeb li wħud minn dawk l-istudenti li ngħataw borża ta’ studju għadhom qed isegwu l-istudju tagħhom fl-Università Amerikana f’Malta. Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-11 il-student li ngħataw borża ta’ studju għadhom isegwu l-istudju tagħhom f’din l-Università u jgħid jekk humiex Maltin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ir-rwol tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kien speċifikament biex jinnomina numru ta’ scholarships offruti lill-Gvern mill-Università Amerikana ta’ Malta (AUM). Kif diġà ġie mwieġeb, il-Gvern ippropona 11-il applikazzjoni għall-evalwazzjoni tal-AUM. Għalhekk l-informazzjoni li għandu l-Ministeru hi dik li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 3387.

Internal constitution and internal regulations of the American University of Malta

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3385, jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tal-Internal Constitution and Internal Regulations of the American University of Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kif diġà ngħad fir-risposta għat-tweġiba Parlamentari 3385, dak hu dokument li għadda lill-NCFHE biex jigi skrutinizzat b’mod awtonomu mill-Gvern.

Persuni li qegħdin fil-lista tal-qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' persuni li kienu fil-lista tal-qgħad mill-2011 sa tmiem l-2017? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma li l-iktar sabu impjiegi, dawk il-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u kienu fir-reġistru tal-qgħad?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru xahar b’xahar mill-2011 sa Novembru 2017. 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Jannar 6,797 6,714 7,237 7,789 6,384 4,710 2,889 Frar 6,960 6,921 7,279 7,753 6,190 4,511 2,766 Marzu 6,662 6,966 7,350 7,644 5,894 4,033 2,649 April 6,585 6,773 7,176 7,291 5,568 3,751 2,577 Mejju 6,366 6,698 7,292 7,141 5,333 3,511 2,502 Ġunju 6,212 6,697 7,279 6,751 5,209 3,441 2,432 Lulju 6,510 6,664 7,298 6,834 5,062 3,360 2,499 Awwissu 6,465 6,821 7,457 6,698 4,914 3,261 2,489 Settembru 6,554 6,869 7,619 6,599 4,924 3,207 2,472 Ottubru 6,538 7,013 7,594 6,596 4,916 3,166 2,319 Novembru 6,592 7,098 7,639 6,501 4,760 3,021 2,246 Diċembru 6,587 6,811 7,401 6,287 4,615 2,912 L-aħħar ċifri ppubblikati huma dawk ta’ Novembru 2017. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-oqsma tal-impjiegi ta’ dawk il-persuni li kienu fuq ir-reġistru tal-qgħad u sabu xogħol. Din l-informazzjoni hi meħuda skont il-formola tal-bidu u t-tmiem tal-impjieg li tirċievi l-Jobsplus.

Nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' nisa li kienu fid-dinja tax-xogħol mill-2011 sa tmiem l-2017? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma li l-iktar sabu impjiegi dawk in-nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-istess snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus in-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom, fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011 sal-2016 u f’Ġunju 2017 hu kif muri fit-tabella A li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella B turi dawk in-nisa li daħlu ġodda kif ukoll dawk li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara 5 snin jew aktar bejn Diċembru 2011 u Ġunju 2017.

Investiment tal-Gvern għal Childcare b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment tal-Gvern minn mindu daħal il-Childcare b'xejn u kemm gawdew tfal minnu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2239 u 3349.

Proġett tat-tablets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġett tat-tablets? Kemm tfal gawdew minnu s’issa u kemm ingħataw tablets din is-sena? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif għal liema suġġetti jew għal liema tagħlim qed jintużaw dawn it-tablets?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti ġodda fir-Raba’ Sena li bdew igawdu mill-inizjattiva one tablet per child matul is-sena skolastika 2017-2018 huwa ta’ 4,432. Ma’ dawn hemm 4,387 tablet li tqassmu fl-ewwel sena u li allura għas-sena skolastika 2017-2018 huma fil-Ħames Sena . L-għalliema għandhom madwar 35 app magħżula minn għalliema speċjalizzati li fasslu wkoll ideat marbutin magħhom kif jintużaw fil-klassi, 13-il app li ġew mat-tablets, kollha marbuta ma’ ‘l fuq minn 360 lezzjoni mifruxa fuq is-suġġetti kollha. Il-ktieb tal-qari bil-Malti Buffuri ssuplimentat b’realtà awmentata (Augmented Reality AR) u programmi oħra li nxtraw f’tender separat li jmissu l-Coding, Videos-logħob u kwiżżis interattivi-concept mapping li jkopru x-xjenza, matematika, qari, kitba, mużika u arti, app oħra li tgħin lit-tfal fil-kitba tal-Malti u l-Ingliż flimkien ma’ app għal qari minn kotba llivellati bl-ingliż. Il-maġġoranza tal-apps mhumiex drill-and-practise imma miftuħa u għaldaqstant jistgħu jintużaw f’diversi sitwazzjonijiet u suġġetti.

Tfal tal-primarja — Software edukattiv li ngħata mat-tablet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ software edukattiv ingħata mat-tablet lit-tfal tal-primarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tablets magħruf bħala One Tablet Per Child (OTPC) laħaq it-tieni fażi jiġifieri bdejna t-tieni sena fejn f’Lulju u f’Settembru 2017 kompla t-taħriġ tal-għalliema ġodda li bdew jgħallmu l-Ħames sena tas-sena skolastika 2017-2018 fil-proġett. It-taħriġ sar minn 26 għalliem speċjalizzat. Matul dan it-taħriġ tqassmu tablets lill-għalliema u materjal ieħor li se jgħin lill-għalliem fil-klassi. Tqassmu 511-il tablet bis-software stallat lest. Barra mis-software li bih l-għalliema jkunu jistgħu jikkontrollaw il-klassi u jwasslu l-oġġettivi tat-tagħlim bl-aktar mod effettiv u effiċjenti, l-għalliema u t-tfal għandhom madwar 35 app li l-għalliema speċjalizzati għażlu u fasslu ideat marbutin magħhom kif jintużaw fil-klassi, 13-il app li ġew mat-tablets kollha marbuta ma’ ‘l fuq minn 360 lezzjoni mifruxa fuq is-suġġetti kollha. Il-ktieb tal-qari bil-Malti Buffuri ssuplimentat b’realtà awmentata (Augmented Reality AR) u programmi oħra li nxtraw f’tender separat li jmissu l-Coding, Videos-logħob u kwiżżis interattivi-concept mapping li jkopru x-xjenza, matematika, qari, kitba, mużika u arti, u app oħra li tgħin lit-tfal fil-kitba tal-Malti u l-Ingliż. Il-maġġoranza tal-apps mhumiex drill-and-practise imma miftuħa u għaldaqstant jistgħu jintużaw f’diversi sitwazzjonijiet. F’Jannar qed jitqassam software ieħor ta’ kotba tal-qari livellat bl-ingliż. Tender ieħor se joħroġ biex jinxtara software ta’ kotba tal-qari livellat fil-Malti.

Scholarships — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' boroż ta' studju li ngħataw mill-iScholarships Unit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mill-2011 sal-lum u l-ammont ta' investiment li ntefaq? X'hemm ipproġettat għas-sena d-dieħla?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-2011 sal-2017 ingħataw 2,342 borża ta’ studju f’diversi livelli u suġġetti kif ukoll boroż ta’ studju għar-riċerka u innovazzjoni kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Raħal Ġdid tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Raħal Ġdid tul is-sena 2017 inxtraw 175 ktieb ġdid filwaqt li 242 ktieb ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 27,221 ktieb.

Santa Luċija – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Santa Luċija tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Santa Luċija tul is-sena 2017 inxtraw 97 ktieb ġdid filwaqt li 190 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 349 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 12,406 kotba.

Il-Birgu – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Birgu tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fil-Birgu tul is-sena 2017 inxtraw 131 ktieb ġdid filwaqt li sitt (6) kotba ngħataw mill-Kunsill Lokali u 133 ktieb ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 2,897 ktieb.

Wied il-Għajn – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Wied il-Għajn tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Wied il-Għajn tul is-sena 2017 inxtraw 188 ktieb ġdid filwaqt li 378 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 2,638 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 23,168 ktieb.

Iż-Żejtun – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa ż-Żejtun tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fiż-Żejtun tul is-sena 2017 inxtraw 208 ktieb ġdid filwaqt li 519-il ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 607 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 24,306 kotba.

Marsaxlokk – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Marsaxlokk tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Marsaxlokk tul is-sena 2017 inxtraw 228 ktieb ġdid filwaqt li 161 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 419 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 30,144 ktieb.

American University of Malta – għażla ta’ studenti li jgawdu minn boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qegħdin jiġu magħżula dawk l-istudenti li jgawdu minn boroż ta’ studju mogħtija lill-Gvern mill-American Univesity of Malta, u jgħid jekk hemmx bord maħtur għal dan l-iskop u min huwa maħtur fuq dan il-bord? Jekk ma hemmx bord maħtur għall-għażla u deċiżjoni dwar studenti li jistgħu jingħataw dawn il-boroż ta’ studju, jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel deċiżjonijiet dwar l-għażla ta’ studenti u ta’ korsijiet li huma jsegwu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħal ma jiġri f’kull skema ta’ boroż ta’ studju, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xoghol ħatar bord apposta biex jivverifika l-applikazzjonijiet kollha li jidħlu. Dan il-bord appuntat ad hoc għall-iskema msejjħa kien magħmul minn: Prof Angela Xuereb, Dr Mario Balzan, Mr Mario Cassar u Ms Tanya Formosa.