Tista' l-Ministru tindika x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar il-Carnival Village li ilu jiġi mwiegħed fil-manifesti elettorali tal-Partit Nazzjonalista b'mod ripetut? Fejn se jsir dan il-villaġġ? Kemm se jiġu allokati fondi għalih? F'liema stadju wasal dan il-proġett?
Tista' tindika wkoll jekk hux se jiġi provdut post alternattiv għad-dilettanti tal-karnival biex jippreparaw il-karrijiet minflok il-Forti Sant'Iermu? Huwa veru li qed jinbnew hangars fejn id-dilettanti jkunu jistgħu jaħdmu? Jekk iva, fejn? F'liema daqs? Saret konsultazzjoni mad-dilettanti?
Tista' tindika għaliex m'huwiex jingħata ċans lil żgħażagħ ġodda li jipparteċipaw fil-karnival bħala parteċipanti?
Tista' tiddikjara jekk il-premjijiet tal-karnival humiex se jiġu riveduti 'il fuq peress li dawn ilhom ma jiġu riveduti snin twal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kulleġġ tal-MCAST hux se jniedi xi korsijiet lill-istudenti fuq tiswijiet u servizzi anċillari tal-vapuri, għax fi żmien meta t-tarznari kienu tal-istat kienu joffru taħriġ lill-apprentisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Istitut Marittimu ta’ l-MCAST joffri kors full time għal studenti li huma mħajjra jieħdu karriera ta’ inġiniera fuq bastimenti merkantili. Dan huwa kors inizjali ta’ tlett snin li jalterna b’sena fuq il-baħar.Wara dan il-kors u perjodu ta’ żmien fuq il-baħar, wieħed jista’ wkoll ikompli bit-taħriġ biex isir Second Engineer u Chief Engineer.
Għar-rigward ta’ korsijiet aħra fuq tiswijiet u servizzi anċillari ta’ vapuri li mhumiex fuq livell ta’ enġinerija, l-MCAST għad ma kellux id-domanda biex jorganizza korsijiet ta’ din ix-xorta għalkemm diġa qed joffri diversi korsijiet fuq xogħol ta’ metal u injam f’diversi istituti oħra tiegħu, imma dawn mhux fuq livell purament marittimu.
Liaisoning bejn dipartiment tal-edukazzjoni u dipartiment tal-politika socjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ liaisoning jeżisti bejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Politka Socjali biex ikun hemm follow-up ta’ dawk it-tfal li jfallu ta’ spiss mill-iskola? Tista’ tagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm każijiet ta’ assenza fit-tul minn mindu fetħu l-bibien din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel ikollu kuntatt mal-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Politika Soċjali. Hemm kuntatti kontinwi bejn is-servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel u Aġenziji ta’ ħidma soċjali li jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Politika Soċjali. Il-kuntatt mad-Dipartiment tal-Politika Soċjali jsir biex tinkiseb informazzjoni li tista’ tkun ta’ għajnuna fl-interventi ta’ Social Workers.
Ir-records miżmuma dwar każijiet ta’ assenza fit-tul mill-bidu tas-sena skolastika (2008 – 2009) huma għax-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2008. Matul dan il-perjodu kien hemm 357 każ ta’ assenteiżmu, fejn il-ġenituri tagħhom ittellgħu jew għadhom ser jittellgħu l-Qorti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal fl-iskejjel primarji tal-istat, bniet u subien, skola bi skola f’Malta u f’Għawdex matul din is-sena skolastika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kienx hemm xi pressjoni mill-Malta Union of Teachers sabiex ikun hemm aċċessibilità fil-binjiet kollha tal-MCAST u jekk sarux diskussjoni mal-union fit-tfassil tal-proġett li l-amministrazzjoni qed tipproġetta biex tbiddel xi bini u tibni bini ġdid fil-campus tal-MCAST ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li waqt it-taħdidiet li l-MCAST kellu mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilita’(KNPD) kien iċċarat il-punt dwar kollaborazzjoni sħiħa li ser ikun hemm waqt it-tfassil tal-MCAST Master Plan u fl-implementazzjoni tiegħu . Iż-żewġ naħat qablu li l-KNPD tevalwa l-aċċessibilita’ ta’dan il-campus il-ġdid sabiex tipprovdi b’mod kemm jista’ jkun prattiku din l-aċċessibilita’.Fit-taħdidiet mal-Malta Union of Teachers l-MCAST qatt ma kellu ebda pressjoni f’dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal fl-iskejjel primarji tal-Knisja, bniet u subien, skola bi skola f’Malta u f’Għawdex fis-sena 2008 - 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
MALTA
Skola
Subien
Bniet
Total
De La Salle College
563
0
563
Mater Boni Cons. Paola
0
171
171
Our Lady Immaculate Hamrun
0
328
328
Sacred Heart Convent
0
473
473
St. Albert College
156
0
156
St. Benild’s Sliema
154
0
154
St. Dorothy’s Zebbug
0
178
178
St. Dorothy’s Sliema
0
304
304
St. Francis Birkirkara
176
152
328
St. Francis Cospicua
274
217
491
St. Francis Msida
171
153
324
St. Joan Antide Gudja
0
301
301
St. Joseph Blata l-Bajda
0
361
361
St. Joseph Sliema
0
306
306
St. Monica Birkirkara
0
374
374
St. Monica Gzira
0
346
346
St. Monica Mosta
0
103
103
Stella Maris Balzan
517
4
521
Stella Maris Gzira
322
0
322
T. Nuzzo Marsa
171
140
311
TOTAL
2,504
3,911
6,415
GHAWDEX
Skola
Subien
Bniet
Total
Bishop Conserv. Gozo
67
84
151
Laura Vicuna Ghasri
86
77
163
St. Francis Victoria
80
86
166
St. Theresa Kercem
61
59
120
TOTAL
294
306
600
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir biex l-iskejjel ikunu miftuħa għall-komunita' wara l-ħin tal-iskola? Xi programm u x’policy għandha l-ministru tal-edukazzjoni biex tikkonforma u tkun compliant mas-sostenibbiltà tal-lokalità fit-tfassil tal-programm kif espress fl-aħħar baġit ? X’miżuri se jieħu l-ministeru f’dan ir-rigward meta wara sena li nfetħu l-kulleġġi ta’ San Benedettu u dak ta’ San Ignazju, ġew iffrankati eluf ta’ ewros mid-dawl u mill-ilma u issa jidher aktar ċar li hemm ħtieġa li l-iskejjel jitmexxew biex iħaddnu l-prinċipji tal-ekoloġija waqt li jkun sodisfatt ukoll l-użu ta’ enerġija alternattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskejjel jilqgħu diversi talbiet mill-komunita’ għall-użu ta’ l-iskejjel wara l-ħin ta’ l-iskola. Dawn it-talbiet huma evalwati sabiex jiġi assigurat li primarjament il-kontenut tal-attivita’ hija waħda edukattiva u ta’ benefiċċju għall-komunita’. Wara dan, l-iskejjel ifasslu ftehim ma’ l-għaqda kkonċernata dwar l-obbligi u r-responsabbilitajiet li ż-żewġ postijiet għandhom lejn xulxin.
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi diġa ta bidu għal diversi inizjattivi biex jitħaddnu il-prinċipji tal-ekoloġija. Dawn jistgħu jitqassmu f’diversi livelli:
1 Fuq livell ta’ binjiet tad-Direttorat
Madwar tliet snin ilu nħatar
Green Leader
fil-grad ta’ Assistent Direttur responsabbli biex jieħu ħsieb jara li l-bini tad-Direttorat u tal-Ministeru jadottaw diversi prattiċi biex jitnaqqas il-
carbon footprint
għall-livell li jżomm fil-mira tiegħu it-
targets
ta’ Lisbona.
2. Fuq livell ta’ skejjel li ilhom mibnija
Diġa nbdew diversi inizjattivi fl-iskejjel f’dawn l-aħħar snin, kollha mmirati lejn it-
target
ta’ tnaqqis tal-
carbon footprint
, fosthom, il-proġett Ekoskola, separazzjoni ta’ l-iskart, is-separazzjoni tal-karti, plastic u metal bi ħsieb ta’ riċiklaġġ, ir-riċiklaġġ ta’
cartridges
tal-linka tal-printers u tal-
photocopiers
, tnaqqis fl-użu ta’ ilma u l-enerġija, bdil ta’ sorsi tad-dawl għal oħrajn li jaħlu anqas, eċċ.
Fix-xhur li ġejjin se ssir kampanja aktar intensiva fuq inizjattivi ta’ aktar Edukazzjoni biex inwessgħu l-
awareness
ta’ l-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri biex ikompli jonqos dejjem aktar l-użu ta’ l-enerġija. Hemm il-ħsieb li jsiru programmi fuq il-mezzi tax-xandir edukattiv u nazzjonali f’din id-direzzjoni. Se jsiru
audits
fuq l-użu ta’ l-ilma u l-enerġija fl-iskejjel, jintbagħtu kontijiet virtwali lill-iskejjel u jiġu ssetjati
targets
ibsin li jridu jintlaħqu fil-futur qarib. Se jiġu mnedija inizjattivi li jaġevolaw lil dawk l-iskejjel li jilħqu livelli għolja ta’
good practice
f’din id-direzzjoni. Se ninfurzaw li mhux inqas minn 15% tal-finanzi li jingħataw lill-iskejjel iridu jindirizzaw it-
target
li rridu nilħqu biex nnaqqsu l-użu ta’ l-enerġija b’mhux anqas minn 15% sal-2010.
Dwar l-ilma hemm bidu ta’ kampanja biex indarru l-istudenti jużawh b’aktar attenzjoni.
Il-messaġġi jkunu kollha mmirati li l-istudenti jwassluhom fid-djar. B’hekk ikollna l-
multiplier effect
mixtieq.
Tista' l-Ministru tgħid mill-2003 sas-sena li għaddiet, sena b’sena, kemm kien l-ammont li għadda l-Gvern lill-Knisja għall-iskejjel tagħha? L-ammont tħallas kollu? Tista' tgħid ukoll kemm hu previst li se jingħata għal din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont li l-Gvern għadda lill-Knisja għall-iskejjel tagħha bejn l-2003 u l-2008 huwa kif ġej:
Sena €
2003 23,108,418
2004 25,390,170
2005 26,787,794
2006 29,699,511
2007 32,028,884
2008 32,116,000
L-ammont dovut għadu ma’ tħallasx kollu.Għal din is-sena ġie vvutat l-ammont ta’ €33,000,000.
Tista' l-Ministru tgħid min kienu n-nies impjegati mal-Foundation for Tomorrow School minn mindu bdiet u li kienu jieħdu s-salarju mill-Foundation for Tomorrow School, wieħed b'wieħed? X'kienet il-pożizzjoni tagħhom fl-Foundation for Tomorrow School? X'kien is-salarju ta' kull wieħed sena b'sena? Kemm hemm fil-preżent impjegati mal-Foundation for Tomorrow School ? X'inhi l-pożizzjoni ta' kull wieħed? X'inhu s-salarju ta' kull wieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ mpjegati ta’ l-FTS li telenka s-salarji bażiku ta’ kull impjegat, sena b’sena, għal dawn l-aħħar ħames snin. Il-lista rispettiva turi wkoll x’inhi l-pożizzjoni ta’ kull impjegat/a.
Foundation for tomorrow schools — short/long term plan
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema skejjel huma inklużi fix-short term u l-long term plan biex issirilhom refurbishment mill-Foundation for Tomorrow Schools? Kemm skejjel kienu refurbished matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena u skola b'skola? X'sar f'kull skola waħda waħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-committed projects li l-Foundation for Tomorrow’s Schools qegħdha taħdem fuqhom kif indikat hawn taħt:
Ninu Cremona, Skola Sekondarja ġdida Subien, Għawdex
Skola Sekondarja ġdida Subien, Żokrija, Mosta
Skola Primarja ġdida, Pembroke
Is-Sala ta’ l-Iskola Primarja Ġużeppina Deguara, Marsaxlokk
Is-Sala ta’ l-Iskola Sekondarja Subien, San Benedittu, Kirkop
Refurbishment ta’ Dun Ġużepp Żammit, Junior Lyceum Subien, Brighella/Ħamrun
Fir-rigward ta’ long term plan qiegħed jiġi mħejji pjan mid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni li jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ xogħolijiet li jridu jsiru fl-iskejjel.
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi l-informazzjoni ta’ refurbishment u bini ġdid ta’ skejjel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt ħarġet l-Foundation for Tomorrow Schoolminn mindu ġiet imwaqqfa, sena b'sena? Għalxiex kien kull kuntratt, lil min ingħata u f'liema skola ġie implimentat, sena b'sena? Kemm kien jiswa kull kuntratt? Kemm minn dawk li kienu ngħataw kuntratt weħlu xi forma ta' multa? Min kienu? Ta' kemm kienet kull multa? Għalxiex kienet kull multa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmata li għar-rigward ta’ multi, kienu t-tenderers Electrical & Mechanical Manufacturers Ltd. u Anjo Ltd li ġew immultati Lm150 u Lm160 rispettivament fuq bażi ta’ late delivery.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja il-limitazzjonijiet ta' riżorsi umani u materjali li jeżistu fid-dipartimenti u sezzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, direttur partikulari qed juri nuqqas ta' rispett kbir lejn sezzjoni ta' ħaddiema fil-qasam tal-manutenzjoni u l-gardening? Għaliex dawn in-nies mhux qed jingħatalhom ir-rispett u dinjità li jixirqilhom? Konxja li t-tensjoni li qed tinħoloq b'dan l-aġir tista' toħloq perikli serji fuq il-post tax-xogħol? Min qed jagħti dawn l-istruzzjonijiet lil dan id-direttur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma jirriżultax li hemm xi direttur li qed joħloq tensjoni. Nifhem li jkun hemm min id-dixxiplina ma toġgħbux, imma d-diretturi kollha huma obbligati li jinsistu li kull ħaddiem jagħmel xogħolu.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hi l-paga ta’ dawn l-uffiċjali tal-MCAST : il-Principal, ic-Chief Executive Officer , il-librar, id-diretturi kollha tal-istituti u d-deputati diretturi kollha tal-istituti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid hux qed tikkonsidra li bħalma fil-passat kien ikun hemm tqassim tal-ħalib lit-tfal, kull tifel fil-livell primarju, jingħata frotta kuljum bħala miżura li kull tifel jingħata l-minimu ta’ fibre fl-iżvilupp personali tal-individwu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Unjoni Ewropea għadha kif ħarġet Council Regulation u linji gwidi ġenerali dwar skema ta’ sussidju għall-frott għat-tfal tal-iskejjel. Ir-regoli għall-implimentazzjoni ta’ din l-iskema se joħorġu bħala regolament tal-Kummissjoni. Għadha trid tinħadem strateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel Maltin.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5362 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tara li jitmexxa l-każ ta' tifel li d-dettalji tiegħu qed jinagħtaw separatament, peress li anke peadiatrician privat qal li għandu bżonn facilitator?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Diċembru 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġa hemm fl-iskola sa kemm ikun imissu skond il-lista tar-reġistrazzjoni.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-qasam mediku jinbdew jinżammu f'Malta korsijiet post graduate? F'liema oqsma tal-mediċina hu mistenni li jibdew jinżammu dawn il-korsijiet? Ma liema istituzzjonijiet mediċi internazzjonali hu mistenni li jibdew jiġu organizzati dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-korsijiet li ser jiġu offruti f’Ottubru 2009 huma kif ġej:
Master of Science in Public Health offrut fuq bażi part-time
Master of Science in Pathology offrut fuq bażi full-time jew part-time:
Oqsma:
Molecular Genetics and Haematology
Blood transfusion Science
Neuroscience
Molecular Genetics
Haematology
Microbiology
Master of Science in Family Medicine offrut fuq bażi part-time filgħodu
Master of Science in Pharmacy offrut fuq bażi full-time.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif jekk hux possibli li l-ministeru jieħu passi partikolari biex jgħin fit-twaqqif ta' mużewijiet/wirjiet permanenti mis-settur privat f'oqsma differenti tax-xogħol f'pajjiżna? Tista' l-Heritage Malta tgħin fit-twaqqif ta' wirjiet permanenti jew mużewijiet ta' dan it-tip li fihom ikun hemm investiment mill-privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-każ tat-twaqqif ta’ wirjiet permanenti jew mużewijiet ta’ dan it-tip li fihom ikun hemm investiment mill-privat il-Bord tal-Heritage Malta jikkunsidra t-talbiet li jistgħu jaslu każ b’każ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm iggradwaw avukati sena b'sena mill-1980 sal-lum? Tista' taqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa? Tista' tgħid kemm hemm studenti fil-kors tal-liġi preżenti u taqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.