Pitkalija – bejgħ ta’ prodotti agrikoli mhux imkabbra f’Malta – każijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi fejn ittieħdu passi kontra persuni li ppruvaw ibiegħu fil-pitkalija prodotti agrikoli mhux imkabbra f’Malta? Jekk kien hemm każi simili, x’passi ttieħdu fil-konfront tal-persuni involuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm numru ta’ każijiet li ġew segwiti iktar mill-qrib u tkompliet iktar investigazzjoni, għalkemm sa llum ma kien hemm l-ebda każ ikkonfermat. Ta’ min wieħed jgħid li permezz tal-ħidma viġilanti tagħha, l- Unita’ tas-Sorveljanza qed twassal messaġġ ċar li l-kontrolli u l-verifiki qed isiru kontinwament. Fejn ikun meħtieġ lil-Malta Food Agency ser tkun qed timplimenta l-miżuri maħruġa mill-liġijiet rispettivi u l-proċeduri interni stabbiliti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm irziezet tan-nagħaġ u/jew mogħoż reġistrati f'Għawdex? Jista' jagħti kemm hemm minn dawn l-irziezet f'kull lokalità f'Għawdex? Jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' nagħaġ u/jew mogħoż li kull wieħed minn dawn l-irziezet jista' jżomm?
San Pawl il-Baħar – triq/moll taħt Triq San Pawl — manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq/moll li jinsab taħt it-triq prinċipali (Triq San Pawl) u li jwassal sal-Veċċja (il-parti fejn hemm il-luzzijiet), jiġi rranġat qabel jitkisser iktar, hekk kif dan qiegħed ta' periklu għal kull min irid jgħaddi minn hawnhekk?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qegħdin jittieħdu sabiex il-bagħal taż-żunżan (hornet) ma jkomplix jagħmel aktar ħsara u sabiex il-popolazzjoni ta’ dan l-insett, ma tiżdiedx? Liema azzjonijiet ġew ikkomunikati sabiex jiġi kkontrollat l-impatt ta’ dan l-insett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġà ġie spjegat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2959, id-Direttorat tal-Agrikoltura qiegħed isegwi mill-qrib l-iżvilupp ta’ din is-sitwazzjoni. Konxji li dan is-sajf il-popolazzjoni ta’ dan l-insett żdiedet b’mod esponenzjali u kien hemm impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tan-naħal f’Malta.
Għaldaqstant il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli qiegħed f’taħdidiet ma’ esperti fil-Mediterran. Infatti, fil-25 u 26 ta’ Novembru saru żewġ laqgħat ta’ informazzjoni dwar il-bagħal taż-żunżan fejn ġie spjegat x’jista’ jsir u x’miżuri jistgħu jittieħdu. Matul dawn il-laqgħat ġew murija t-tip ta’ nases li jistgħu jinbnew biex jinqabad il-bagħal taż-żunżan. Ġie wkoll spjegat li n-nasses għandhom jintużaw speċjalment fir-rebbiegħa sabiex jinqabdu l-irġejjen.
Iktar tard dan ix-xahar ser inkunu qed nipproduċu wkoll fuljett informattiv dwar il-bagħal taż-żunżan sabiex l-informazzjoni mogħtija waqt dawn il-laqgħat tkun tista’ tiġi ddiseminata u tilħaq firxa akbar ta’ nies primarjament fi ħdan is-settur tal-agrikoltura.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — biċċeriji privati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4845 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' biċċeriji privati, reġistrati mal-Ministeru u fejn jinsabu lokalità b’lokalità? Liema annimali/tjur huma awtorizzati li jinqatlu f'dawn il-biċċeriji privati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm ħames biċċeriji privati, reġistrati mal-Ministeru, tliet biċċeriji awtoriżżati biex joqtlu tjur u dawn jinsabu l-Qrendi, Burmarrad u s-Siġġiewi u żewġ biċċeriji awtorizzati biex joqtlu fniek u dawn jinsabu ż-Żurrieq u l-Magħtab.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tal-majjal
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rziezet tal-majjal reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalita? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' majjali reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tat-tiġieġ tas-simna
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rziezet tat-tiġieġ tas-simna reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tiġieġ tas-simma reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tat-tiġieġ tal-bajd
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tat-tiġieġ tal-bajd reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tiġieġ tal-bajd reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tal-mogħoż
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tal-mogħoż reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' mogħoż reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tan-nagħaġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tan-nagħaġ reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' nagħaġ reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – benefiċċji u għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni tal-films lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4713 u jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw l-ebda għotja finanzjarja taħt xi forma jew oħra.
Bumunqar – miżuri biex ma jattakkax siġar tal-Palm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-bumunqar ma jibqax jattakka s-siġar tal-palm f'pajjiżna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-bumunqar l-aħmar huwa regolat permezz tal-liġi sussidjarja 433.32 – Regolamenti Dwar Control of the Red Palm Weevil u l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern numru 765 tal-2019.
Għawdex – dgħajjes reġistrati bħala MFC minn persuni residenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2869 u 3678 u jgħid kemm kien hemm dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex fl-aħħar tas-sena 2015 u kemm kien in-numru ta' dawn id-dgħajjes irreġistrati f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena minn dakinhar sal-lum? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — biċċeriji privati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' biċċeriji privati, reġistrati mal-Ministeru u fejn jinsabu lokalità b’lokalità? Liema annimali/tjur huma awtorizzati li jinqatlu f'dawn il-biċċeriji privati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tal-baqar tal-ħalib
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rziezet tal-baqar tal-ħalib li hemm reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' baqar reġistrati f'dawn l-irziezet?
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 819, 2985 u 4430, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-baġit għat-tieni nofs ta’ din is-sena f’dak li għandu x’jaqsam ma’ reklamar tal-prodott lokali?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-somma totali għar-reklamar tal-prodott lokali huwa stmat li jammonta għal €202,827.72.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2987 u 4429, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta’ Awwissu 2022 li fuqha hemm kif inhu kompost il-Bord Food Safety Commission?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord Food Safety Commission hu kompost minn Chairperson u 10 membri.