Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Airtime u Programmi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Torrijiet (multistorey high-rise buildings)

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12510 dwar torrijiet (multistorey high-rise buildings) f'San Pawl il-Baħar, fejn ingħad illi ma hemm ebda applikazzjoni għall-bini ta' torrijiet f'din il-lokalità, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-minimu ta' għoli li jitqies bħala multistorey high-rise building? Jista' l-Ministru jgħid jekk minn meta ġiet imwieġba dik il-mistoqsija parlamentari kienx hemm applikazzjonijiet għal torrijiet (multistorey high-rise buildings)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li San Pawl il-Baħar ma jikkwalifikax bħala lokalità strateġika fejn jista jiġi kkunsidrat bini ‘high-rise’, liema għoli għal dan it-tip ta’ bini jiġi determinat wara li jkunu saru l-istudji neċessarji. Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar jista jiġi adottat il-“Floor Area Ratio” limitatament għall-‘Medium-rise’ fejn l-għoli massimu huwa dak ta’ 42.3 metri; kif kien diġa ġie spjegat fid-dettal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari preċedenti. L-Awtorità tal-Ippjanar ma ġewx quddiema applikazzjonijiet li jinvolvu bini ta’ torrijiet fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar minn meta twieġbet il-mistoqsija parlamentari numru 12510, sakemm qegħda titwieġeb din it-tweġiba.

Gozo Channel u Transport Malta – Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid skont il-PSO li l-kumpanija Gozo Channel għandha ma' Transport Malta, kemm-il vjaġġ fil-ġimgħa suppost isir minn Għawdex lejn il-Port ta' Marsamxett jew il-Port il-Kbir u lura? Jista' jgħid ukoll jekk dawn hux qed isiru u jekk le, x'passi ser jittieħdu biex jiġi assigurat li l-Gozo Channel timxi mal-obbligi li għandha fil-kuntratt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-PSO, il-kumpanija Gozo Channel m’għandha ebda obbligu li tagħmel vjaġġi minn Għawdex lejn il-Port ta' Marsamxett jew il-Port il-Kbir u lura.

Għajnsielem – Triq Ġużeppi Cauchi

Question

Fid-dawl li parti minn Triq Ġużeppi Cauchi f'Għajnsielem (qabel parti minn Triq Kemmuna), liema parti hija triq skedata u li nfetħet reċentement minħabba diversi żviluppi li saru fiha u għalhekk din l-istess triq (Triq Ġużeppi Cauchi) issa ġiet tingħaqad ma’ Triq Kemmuna, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din it-triq għadha bis-sinjali tad-dead end f'kull tarf tagħha u x’inhi r-raġuni li din it-triq qed tkun ostakolata mill-aċċess liberu għall-pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx proċess ta' esproprjazzjoni u jekk iva, f'liema stadju wasal dan il-proċess biex din it-triq tiġi miftuħa u tkun tista' tiġi surfaced?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li s'issa m'hemmx proċess ta' esproprjazzjoni.

Awtorità tal-Ippjanar — Esekuzzjoni ta’ ‘enforcement notices’ u twaqqigħ ta’ bini illegali – Nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-esekuzzjoni ta’ ‘enforcement notices’ u twaqqigħ ta’ bini illegali fis-sena 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-eżekuzzjoni ta’ ‘enforcement notices’ u twaqqiegħ ta’ bini illegali fis-snin 2022 u 2023 kienet ta’ €357,414.31. €355,767.38 minn din l-ispiża jkunu jistgħu jiġu rkuprati bħala dejn ċivili mill-Awtorità minn għand; il-persuna li f’dak iż-żmien tkun sid l-art, jew minn għand l-okkupant tal-art, jew minn għand persuna responsabbli għall-għemil indikat f’xi avviż, inkluż avviż ta’ ħlas, jew applikant.

Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar — Deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15677 u ċjoè: B’referenza għad-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-6 ta' Ġunju 2023 fejn kien deċiż li: 'At its meeting which was held on the 6th June 2023, the Executive Council agreed that the Planning Authority will only consider garages / parking bays in the computation of parking requirements attached to development proposals. Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements. More importantly, parking provisions has to be provided on site and not elsewhere', jista’ l-Ministru jgħid jekk f’applikazzjonijiet għal bdil ta' użu minn garaxxijiet domestiċi ta' terzi għal użu kummerċjali b’użu lokali, l-applikanti għal bdil ta' użu għandhomx jiġu mġiegħla jħallsu għall-UIF / CCPS meta jintilef spazju ta' parkeġġ minn blokka ta' appartamenti li huma ma humiex is-sidien tagħha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tippermetti li garaxxijiet jew spazji ta’ karozzi li jkunu żejda, jinbidlu għal użu kummerċjali. F’dawn il-każijiet, l-applikanti ma jintalbux iħallsu għall-UIF / CCPS. Fil-każ li jkun qed jintilef garaxx jew spazju ta’ karozza li ma jkunx żejjed, l-applikant jintalab iħallas għall-UIF / CPPS biex jikkumpensa għal dak l-ispazju, u dan irrispettivament hux sid appartement jew aktar mill-blokka. Din id-deċiżjoni ittieħdet fuq diversi applikazzjonijiet li ġew a konjizzjoni tal-Kunsill Eżekuttiv.

Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minuri, maġġuri u dawk illi jinħtiegu Environmental Impact Assessment għand l-Awtorità tal-Ippjanar fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari illi għadhom ma ġewx deċiżi wara li għadda ż-żmien stipulat mill-liġi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

L-Informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsalforn – Cables tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn it-tender biex cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor, jitgħaddew minn ġo culvert taħt l-art li kien sar meta saret il-promenade ta' Marsalforn, għada ma ħarġitx u jekk ħarġet, jista’ jgħid meta ħarġet is-sejħa u meta ser jibdew ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk din it-tender hix ser toħroġ matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender SPD3/2023/011 – Tender to provide cable management systems and laying of Enemalta cable ħarġet f'Mejju 2023, għalqet fis-6 ta’ Ġunju 2023. Il-Ministeru ma rċieva l-ebda sottomissjoni għal din it-tender. Bħalissa qed tiġi abbozzata tender oħra sabiex jiġi inkluż il-promenade ta’ Marsalforn.

Il-Fontana, Għawdex – Triq tal-Għajn — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid Triq tal-Għajn fil-Fontana bejn Pjazza Santu Wistin u l-Knisja Parrokkjali peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista' jgħid jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 2024? Jekk le, jista' jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' din it-triq? Jekk iva, min għamilhom dawn ir-rapporti u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin se tiġi abbozzata t-tender.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — proġett ta' retro fitting

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar il-proġett ta' retro fitting li qed isir fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid taħt liema direttorat/diviżjoni jaqa’ dan il-proġett? Jista’ jgħid ukoll meta nbeda x-xogħol fuq dan il-proġett, x'sar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jagħti break down dettaljat tal-ispejjeż li saru fuq dan il-proġett s’issa? Jista’ jgħid ukoll x’fadal isir u f’liema xahar u sena hu ppjanat li dan il-proġett jitlesta kompletament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpallent li bħalma ċert li jaf sew hu wkoll, il-bini minn fejn jopera il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar hu magħmul minn numru ta’ binjiet antiki, li nbnew f’epoki differenti u li servew għal skopijiet diversi. Bil-ftuħ tal-Isptar Craig fl-1975, l-isptar il-qadim ma kienx baqalu użu u minn dak iż-żmien ’l hawn beda iservi ta’ Ċentru Amministrattiv u aktar riċenti l-Ministeru għal Għawdex. F’dawn l-aħħar ħamsin sena kienu diversi l-interventi li saru fuq dan il-bini, kollha bil-għan li jakkomodaw il-platea ta’ servizzi li jiġu offruti mill-Ministeru lill-pubbliku in ġenerali. Bħalissa għaddej proġett estensiv biex l-ambjent fiżiku ta’ dan il-bini antik jitjieb, il-post minn fejn eluf ta’ membri tal-pubbliku jinqdew isir aċċessibli, mgħammar bl-aħħar teknoloġija tal-informatika bħal wifi, u anke bil-pannelli solari. Dan kollu qed isir waqt li jiġi rispettat l-istat storiku tal-bini. Naturalment proġett bħal dan għandu ħafna sfidi, sfidi li jiżdiedu meta wieħed iqies fejn jinsab dan il-Ministeru jiġifieri f’żona ta’ importanza arkaeoloġika kbira u b’aċċess limitat minn Pjazza San Franġisk. Biżżejjed insemmu is-sejba ftit xhur ilu ta’ oqbra puniċi f’waħda mill-btieħi tal-istess binja. Kull sejba ta’ importanza arkaeoloġika hija aħbar sabiħa, imma naturalment toħloq sfidi kemm għaż-żmien li jinħtieġ sabiex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji kif ukoll għal bidliet fil-pjanijiet li sejbiet bħal dawn iġibu magħhom. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett miexi b’ritmu tajjeb. Il-proġett ta’ retro fitting jaqa’ taħt id-Diviżjoni tal-Operat. Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda fl-aħħar kwart tas-sena 2021. Matul is-sena 2023 beda wkoll ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċati tal-btieħi filwaqt li matul din is-sena se jibda x-xogħol ta’ pavimentar mill-ġdid tal-istess btieħi. Tajjeb li nsemmu li sakemm qed ikun għaddej ix-xogħol, l-uffiċċji qed jiġu rilokati biex is-servizzi kollha li noffru baqgħu jingħataw bla ebda interruzzjoni. Dan huwa ta’ sfida kbira u għalhekk il-proġett qed isir f’fażijiet differenti. Is-sular ta’ fuq ta’ madwar il-bitħa prinċipali tlesta u laqa’ lura fih impjegati li issa qed jaħdmu f’ambjent ferm isbaħ u attrezzat kif meħtieġ. Ix-xogħol fuq l-installazzjoni ta’ tlett liftijiet mistenni li jibda fil-ġimgħat li ġejjien. Kif diġa semmejt permezz ta’ dan il-proġett, iċ-Ċentru Amministrattiv se jsir aċċessibbli għal kulħadd, sigur u attrezzat għaż-żminijiet tal-lum, u bl-aħħar teknoloġija tal-informatika. Dettalji dwar l-ispejjeż li saru fuq il-proġett jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-proġett mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena 2026.

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a. kemm hu n-numru ta' ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kumpanija Gozo Channel u f'liema grad huma impjegati u kemm ilhom impjegati; b. kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-kumpanija tramite kuntratti/direct orders mogħtija lill-kumpaniji privati biex jipprovdu servizz ta' ħaddiema u f'liema oqsma jaħdmu dawn il-ħaddiema; u ċ. liema huma l-kumpaniji li għandhom kuntratt/direct order biex joffru s-servizz ta' ħaddiema, kif ingħataw dan il-kuntratt/direct order u kemm tħallset kull kumpanija matul is-snin 2021, 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa il-kumpanija għanda 182 -il ħaddiem impjegat direttament mal-kumpanija, filwaqt li ħaddiema li jaħdmu mal-kumpanija tramite kuntratti/direct orders hemm 131. Fir-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Interpellant jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar — Enforcement notices maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ‘enforcement notice’ inħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar fis-sena 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Konformita’ u Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, ħareġ 180 avviż ta’ infurzar fl-2022, u 233 avviż ta’ infurzar fl-2023. Dan ifisser total ta’ 413 avviż f’dawn is-sentejn.

Enforcement notices li ġew infurzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ‘enforcement notice’ ġiet infurzata fis-sena 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar inforza 52 avviż ta’ infurzar u 38 billboard f’operazzjoni konġunta ma’ Transport Malta fl-2022, u 90 avviż ta’ infurzar matul l-2023.

Awtorità tal-Ippjanar — Enforcement notices – Penali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ penali illi l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet frott ta’ ‘enforcement notices’ maħruġa fis-sena 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ penali li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet frott ta’ ‘enforcement notices’ - maħruġa fis-snin 2022 u 2023 – huwa ta’ €42,764.

Awtorità tal-Ippjanar — Enforcement notices – Penali dovuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta’ penali dovuti lill-Awtorità tal-Ippjanar fis-sena 2022 u 2023 in konnessjoni ma’ ‘enforcement notices’ maħruġa u pendenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali ta’ penali dovuti lill-Awtorità tal-Ippjanar in konnessjoni ma’ ‘enforcement notices’ maħruġa fis-snin 2022 u 2023, u li għadhom pendenti, huwa ta’ €674,740.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Proġetti ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ambjentali hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex mill-Ministeru matul is-sena 2024 u fiex jikkonsistu u kemm hi stmata li se tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li min-naħa tad-direttorat EkoGħawdex se jkunu qed jinbnew tlett toroq rurali; Triq Ta’ Spiteri, Triq ta’ Għajn Abdul ma’ Triq ta’ Wied Juno u kif ukoll Triq Klula bi spiża stimata ta’ mhux inqas minn Ewro 1,973,281.64 ko-finanzjati minn fondi Ewropej. Se jinbnew ukoll il-ħitan tas-sejjieħ fi Triq San Niklaw bi spiża stimata ta’ Ewro 196,565.04 ko-finanzjata minn fondi Ewopej.

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Gozo Channel jew kumpanija sussidjarji tagħha? F'liema gradi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid jekk dawn ġewx impjegati wara sejħa pubblika u f'kull każ jista’ jqiegħed kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex parti mit-tim legali fil-każ fejn l-Unjoni Ewropea fetħet każ kontra Malta fl-2023 fejn Malta marret kontra l-Bird Directive? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-ħidma tiegħu u jekk dan l-ingaġġ kienx wieħed ta’ direct order jew inkella inħarġitx sejħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll kemm ser ikun qiegħed jitħallas dan l-avukat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.