Legislature:
Category:
Reset
Active:

materjal li jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni — impatt negattiv fuq l-ambjent u saħħet il-bniedem

Question

Jista' l-Prim Ministru jghid jekk il-Gvern għandux policy ambjentali fir-rigward ta' l-impatt negattiv fuq l-ambjent u ssussegwentement fuq saħħet in-nies, fir-rigward ta' materjal li jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fejn tidħol kimika u s-saħħa tal-bniedem, il-policy tal-Gvern hi bbażata fuq ir-Regolament tar-REACH li jieħu ħsieb is-sustanzi/preparazzjonijiet kimiċi jew artikli li fihom sustanzi kimiċi. REACH huwa r-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi Kimiċi. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2007 biex jiġi organizzat u mtejjeb il-qafas leġislattiv li kellha l-Unjoni Ewropea (UE) dwar is-sustanzi kimiċi. Hawn Malta dan ir-regolament ġie implementat permezz ta’ A.L. 61 ta’ 2008 mill-MSA. REACH jgħabbi l-industrija b'responsabbiltà akbar fil-kontroll tar-riskji li s-sustanzi kimiċi jista' jkollhom fuq is-saħħa u l-ambjent. Bħala prinċipju REACH japplika għas-sustanzi kimiċi kollha: mhux biss sustanzi kimiċi li jintużaw fil-proċessi industrijali imma wkoll fil-ħajja tagħna ta' kuljum, per eżempju fil-prodotti tat-tindif, żebgħat kif ukoll f'oġġetti bħalma huma ħwejjeġ, għamara u tagħmir elettriku. Dan ir-regolament għalhekk japplika għall-industrija tal-kostruzzjoni bħal żebgħat, glues , fillers u polishes . Il-miri ta' REACH huma: - Titjib fil-protezzjoni ta' saħħet il-bniedem u ta' l-ambjent mir-riskji li jġibu magħhom is-sustanzi kimiċi. - Tkabbir tal-kompetittività ta' l-industrija tal-kimiċi fl-UE, settur ewlieni għall-ekonomija ta' l-UE. - Promozzjoni ta' metodi alternattivi għall-valutazzjoni tal-perikli tas-sustanzi. Assigurazzjoni ta' moviment liberu ta' sustanzi fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #7271 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema għal Proġetti Turistiċi — fondi strutturali ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6340 li oriġinarjment saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-€10 miljun li ġew allokati għall-Iskema għal Proġetti Turstiċi minn fondi strutturali Ewropej hux se jibbenifikaw minnhom operaturi turistiċi Għawdxin? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-operaturi li jistgħu jibbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Operaturi turistiċi Għawdxin jistgħu japplikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema. L-operaturi li jistgħu jibbenefikaw iridu jkunu intrapriżi. Iktar informazzjoni dwar l-iskema tinstab fuq www.tourismschemes.gov.mt
Leg 11 PQ #7278 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6921 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7284 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6986 u jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7336 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-istadju fejn waslu l-applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar li l-MEPA għandha quddiemha bħalissa.
Leg 11 PQ #7419 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7420 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7238 u jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7423 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' kopja li jaħdmu ma' l-uffiċju tal-Prim Ministru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7114 u jikkonferma jekk hemmx każ ta' Direttur Ġenerali li tiġi l-mara ta' wieħed mill-uffiċjali għolja fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli għad-dixxiplina fis-servizz pubbliku? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx xi każi ta’ dixxiplina fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni u jekk dan l-uffiċjal huwiex inkarigat minn dawn il-każi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob l-Onorevoli Membru tara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7114.
Leg 11 PQ #7424 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestoni ta' kopji miżżewġa responsabbli mid-dixxiplina fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7113 u jgħid x’inhi l-policy li qed tiġi addottata dwar sitwazzjonijiet fejn uffiċjali għolja f’Dipartimenti jew Aġenziji tal-Gvern ikollhom żwieġhom responsabbli mid-dixxiplina fis-servizz pubbliku fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jaħseb il-Prim Ministru li dan jista’ joħloq sitwazzjonijiet mhux ġusti fil-konfront ta’ ċerti mpjegati li jinqabdu f’każ ta’ dixxiplina bejn dawn iż-żewġ uffiċjali? Jaqbel li dawn l-anomaliji għandhom jispiċċaw ħalli fuq naħa waħda ħadd ma jħossu mpotenti biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu / tagħha u min naħa l-oħra jħossu komdu li se ssir ġustizzja miegħu f’xi każ ta’ dixxiplina? Jekk iva, x’rimedji qed jieħu biex din is-sitwazzjoni li tista’ toħloq inġustizzja tiġi eliminata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru tara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7114.
Leg 11 PQ #7474 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi ġodda

Question

Billi ftit ilu l-Prim Ministru ddikjara li nħolqu 7000 impjieg, jista' jagħti breakdown tagħhom, jgħid kemm minnhom huma full time u/jew part-time, jekk il-figura hijiex waħda grossa jew netta u liema perijodu jkopri dan kollu ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din iċ-ċifra toħroġ mill-istatistika dwar il-Gainfully Occupied Population ta’ Ġunju 2008. Skond din l-istatistika, iż-żieda tal-gainfully occupied minn Ġunju 2007 kienet ta’ 4953 (3426 full time u 1527 part time). Ma’ dawn wieħed irid iżid l-2,033 redundancy li kien hemm fl-istess perjodu (li ovvjament ġew replaced b’impjiegi ġodda għax kieku l-gainfully occupied population kienet tiċkien). Dan iwassal għal 6,986 impjieg ġdid.
Leg 11 PQ #7694 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa/Blata l-Bajda — Rwejjaħ

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7833 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tniġġiż tal-arja — Studji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studji saru dwar it-tniġġiż tal-arja lokalità b’lokalità, jew fuq bażi reġjonali, jew fuq bażi nazzjonali? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jippreżentahom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3727 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — nefqa fuq kotba ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li saret mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex fuq kotba ġodda għall-libreriji lokali skond il-ftehim bejn il-kunsilli lokali u d-dipartiment tal-libreriji? Jista' jagħti dan it-tagħrif mis-sena 1999 meta daħal fis-seħħ il-ftehim ta' koperazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall Mistoqsija Parlamentari Numru 3727 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-ammont ta’ flus li l-Kunsilli Lokali nefqu mill-1999 sal-2008 fuq kotba ġodda għall-libreriji li kienu devoluti lilhom.
Leg 11 PQ #6073 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Avviż biex tieqaf u ta' twettiq

Question

B'referenza għall-Avviż biex Tieqaf u ta' Twettiq li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, datat 10 ta' Ottubru 2007, jista' l-Prim Ministru jistħarreġ għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar damet sas-7 ta' April 2008 biex tirtira dan l-Avviż meta l-allegat "ksur ta' kontroll ta' l-ippjanar" kien ġie rimedjat kważi tliet xhur qabel, hekk kif joħroġ minn dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament? Jista' l-Prim Ministru jistħarreġ jekk kienx hemm xi reżistenza minn xi sezzjonijiet tal-Awtorità għall-irtirar ta' dan l-avviż minkejja illi, kif jidher mid-dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament, is-sezzjoni kompetenti, jiġifieri l-Enforcement Unit, kien diġa' dehrilha li ma kienx hemm iktar "ksur ta' kontroll ta' l-ippjanar" saħansitra fis-17 ta' Jannar 2008, jiġifieri kważi tliet xhur qabel ġie rtirat l-Avviż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mis-sezzjoni ta’ l-infurzar tal-MEPA iltaqgħu fuq is-sit flimkien ma’ l-iżviluppatur u rappreżentanti oħra tiegħu fis-17 ta'Jannar 2008 fejn hemmhekk ġie spjegat minn naħa ta’ l-iżviluppatur għaliex il-kundizzjonijiet 1(i) u 1(r) ma japplikawx għal dan l-iżvilupp. Uffiċjali tal-MEPA qablu mal-prinċipju kif ġie spjegat lilhom iżda riedu jsiru l-verifiki neċessarji ma’ sezzjonijiet oħra fi ħdan il-MEPA fosthom mas-sezzjoni tal-Pjanijiet Lokali rigward dak li ntqal mill-iżviluppatur biex jiġi stabbilit u mfisser dak li jgħid il-Pjan Lokali għal Għawdex f'policy GZ-URCO-2. Ir-risposta mis-sezzjoni tal-Pjanijiet Lokali waslet fil-25 ta' Frar 2008 u biha ġew issanati kundizzjoni 1(i) u 1(r). Wasal ukoll iċ-ċertifikat tal-Awtorità tat-Turiżmu ( Design Standards Compliance Certificate ) maħruġ fit-23 ta'Jannar skond ir-requiżiti ta' kundizzjoni 10. Dawn l-affarijiet kollha ġew evalwati mis-sezzjoni ta' l-infurzar u abbażi ta’ dan ġie deċiż li l-avviż ta' infurzar ma jibqax aktar fis-seħħ fl-4 ta' Marzu 2008. Il- file ECF 640/07 intbagħat (fl-4 ta' Marzu 2008) f'sezzjoni oħra biex jingħalaq u jsiru l-aġġornamenti meħtieġa fuq is-sistema tal-kompjuter skond il-proċeduri addottati abitwalment u dan sar fis-6 ta' April 2008.
Leg 11 PQ #6305 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gazzetta tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-Gvern biex joħroġ il-Gazzetta tal-Gvern printjata? Kemm tinxtara din il-gazzetta? Kemm isir qliegħ jew telf fuq l-istess gazzetta? Hemm il-ħsieb li tibda ssir anke issa li għandna E-Government?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ persuni abbonati fil-Gazzetta tal-Gvern ivarja minn xahar għall-ieħor, imma bejn wieħed u ieħor, ras għal ras, in-numru jitla’ għal 600 abbonat fis-sena. Meta tiżen sew l-ispejjeż tal-produzzjoni biex tiġi ppreparata u stampata l-Gazzetta tal-Gvern, wieħed mill-ewwel jinduna li d-dħul ġenerat mill-bejgħ tal-Gazzetta ma jkoprix l-ispejjeż tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-verżjoni elettronika tal-Gazzetta tal-Gvern li wieħed isib fuq is-sit elettroniku tad-DOI fl-istess ġurnata li tiġi stampata, hija bla ħlas. Irid jingħad ukoll, li barra l-obbligi legali biex tiġi stampata din il-pubblikazzjoni, il-Gvern iqis li parti mill-kontenut tal-Gazzetta hu ta’ natura soċjali. Qed ninkludi ukoll rendikont dettaljat tal-ispejjeż u d-dħul relatat mal-Gazzetta tal-Gvern għas-Sena 2008 li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6322 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 mogħtija fis-seduta 71 tal-15 ta' Jannar, 2009 fejn jirriżulta li t-talbiet biex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att ġew kollha rifjutati minħabba li l-applikazzjonijiet jew kienu barra miż-żona ta' żvilupp jew ma kenux mibgħuta skont kif tipprovdi l-liġi, u b'mod partikolari b'riferenza għall-applikazzjoni PA 2734/08, li kienet sempliċiment talba biex jiġi mġedded t-terminu ta' permess għal iżvilupp b'referenza PA 1235/03 maħruġ mill-awtorità fl-2003, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega għaliex ma nħariġx l-permess relattiv għall-applikazzjoni PA 2734/08 skont il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) peress li din l-applikazzjoni ma kenitx barra miż-żona ta' żvilupp u kienet mibgħuta skont kif tipprovdi l-liġi, tant li ġiet approvata mill-awtorità fil-21 ta' Ottubru, 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li b'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari PQ 6315, fejn ġie spjegat il-proċedura li ġiet esegwita fl-ipproċessar tat-talba għal permess skond artikolu 36 ta' l-Att, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar issostni dan li ġej: Waqt il-laqgħa tat-30 ta' Settembru 2008, fil-preżenza ta' l-applikant u l-perit tiegħu, ġie deċiż li l-applikazzjoni PA 2734/08 timxi u tiġi deċiża flimkien ma' l-applikazzjoni PA 560/06. Minħabba l-ipproċessar li kien għad hemm bżonn fl-applikazzjoni PA 560/06, inkluż talba għal pjanti ġodda, tibdil fir-rapport u rakkommandazzjoni mis-Sanità, l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tal-21 t'Ottubru 2008. F'din is-seduta l-applikazzjoni PA 2734/08 ġiet milqugħa.
Leg 11 PQ #6756 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

B'refernza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni oriġinali għall-fondi mill-Unjoni Ewropea, bil-pjanti preċedenti, kienet ġiet sottomessa f’Jannar 2008. Wara li l-pjanti tat-terminal taċ-Ċirkewwa inbidlu, din l-istess applikazzjoni ġiet riveduta, u se tkun sottomessa fil-ġimgħat li ġejjin, taħt is-sejħa ristretta għall-Cohesion Funds li nfetħet għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu u s-17 t’April 2009. L-applikazzjoni tkun tista’ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wara li tkun approvata.
Leg 11 PQ #6862 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħlasijiet mal-kuntratturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħlasijiet għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma' kuntratturi u refunds tal-permessi u kemm ilhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlasijiet pendenti li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha ma' kuntratturi jammontaw għal €718,902.85 u dawn għal perijodu bejn Novembru 2008 sal-31 ta’ Jannar 2009 filwaqt li t-total għar-refunds tal-permessi huwa ta’ €162,671.35 minn Novembru 2008 sat-28 ta’ Frar 2009.
Leg 11 PQ #6990 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — tneħħija ta' ħajt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li mar jagħmel spezzjoni fuq il-post imsemmi sabx strutturi kemm temporanji u/jew permanenti, mibnija illegalment u mingħajr permess u dan b'periklu ċar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li saru investigazzjonijiet, irriżulta li hemm xi strutturi li mid-dehra nbnew snin ilu mingħajr permess, u li fuqhom inħarġet Enforcement Notice b’numru ECF 321/09 - (Building of Garage/Store and loft without permit) Tajjeb li ninforma illi l-vettura imsemmija f' PQ 5987 tneħħiet mill-post. Is-sit ser jibqa’ jkun sorveljat minn żmien għal żmien.
Leg 11 PQ #7050 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malta għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku, iddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kunsill iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kunsill biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta mistenni li din tkun diskussa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kunsill Malti għall-iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ħatar Kumitat għal Għawdex bil-għan li jiġu diskussi materji relatati mal-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ Għawdex u temi oħra ta’ relevanza għal progress tal-gżira. L-għan prinċipali ta’ dan il-Kumitat huwa li jissottometti pariri lill-Gvern għall-konsiderazzjoni tiegħu. Permezz ta’ dan il-proċess il-Gvern wessa’ l-funzjoni tal-MCESD sabiex ikun jista’ jirċievi suġġerimenti u proposti rigward is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta’ Għawdex direttament mill-operaturi Għawdxin. Dan il-Kumitat twaqqaf formalment fit-18 ta’ Settembru 2008 u l-membri tiegħu ġejjien minn oqsma differenti tas-Soċjetà Ċivili Għawdxija. Il-lista tal-ismijiet tal-membri fuq dan il-Kumitat ingħatat f’risposta parlamentari numru 5904. F’perjodu ta’ seba` xhur sa mit-twaqqif tiegħu, l-Kumitat iltaqa’ tlettax-il darba u iddiskutta diversi temi li għandhom impatt fuq il-qagħda soċjo-ekonomika ta’ Għawdex. 1. 3 ta’ Ottubru 2008 2. 10 ta’ Ottubru 2008 3. 22 ta’ Ottubru 2008 4. 30 ta’ Ottubru 2008 5. 21 ta’ Novembru 2008 6. 25 ta’ Novembru 2008 7. 27 ta’ Novembru 2008 8. 11 ta’ Diċembru 2008 9. 22 ta’ Jannar 2009 10. 24 ta’ Jannar 2009 11. 29 ta’ Jannar 2009 12. 5 ta’ Marzu 2009 13. 26 ta’ Marzu 2009 Temi prinċiplali li ġew diskussi waqt dawn il-laqgħat kienu: § Statistika reġjonali għal Għawdex § Riforma tat-trasport pubbliku § Proposti għall-baġit 2009 § Fondi mill-Unjoni Ewropeja § Prospetti fil-qasam turistiku § L-insularità doppja tal-gżira ta’ Għawdex Aġġornament ta’ l-istrateġija tal-immaniġjar ta’ l-iskart