Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7113 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestoni ta' kopji miżżewġa responsabbli mid-dixxiplina fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy li qed tiġi addottata dwar sitwazzjonijiet fejn uffiċjali għolja f’Dipartimenti jew Aġenziji tal-Gvern ikollhom żwieġhom responsabbli mid-dixxiplina fis-servizz pubbliku fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jaħseb il-Prim Ministru li dan jista’ joħloq sitwazzjonijiet mhux ġusti fil-konfront ta’ ċerti mpjegati li jinqabdu f’każ ta’ dixxiplina bejn dawn iż-żewġ uffiċjali? Jaqbel li dawn l-anomaliji għandhom jispiċċaw ħalli fuq naħa waħda ħadd ma jħossu mpotenti biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu / tagħha u min naħa l-oħra jħossu komdu li se ssir ġustizzja miegħu f’xi każ ta’ dixxiplina? Jekk iva, x’rimedji qed jieħu biex din is-sitwazzjoni li tista’ toħloq inġustizzja tiġi eliminata? Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l- policy li qed tigi addottata mill-Ufficju tal- Prim Ministru dwar sitwazzjonijiet fejn ufficjali gholja f’ Dipartimenti jew Agenziji tal- Gvern ikollhom zwieghom responsabbli mid- dixxiplina fis-servizz pubbliku fl-OPM? Jahsibx il-Prim Ministru li dan jista’ johloq sitwazzjonijiet mhux gusti fil-konfront ta’ certi mpjegati li jinqabdu f’ kaz ta’ dixxiplina bejn dawn iz-zewg ufficjali? Jaqbel il-PM li dawn l-anomaliji ghandhom jispiccaw halli fuq naha wahda hadd ma jhossu mpotenti biex jiddefendi d-drittijiet tieghu / taghha u min naha l-ohra jhossu komdu li se ssir gustizzja mieghu f’xi kaz ta’ dixxiplina? Jekk iva, x’ rimedji qed jiehu biex din is-sitwazzjoni li tista’ tohloq ingustizzja tigi eliminata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7114.
Leg 11 PQ #7162 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — devoluzzjoni ta' proprjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kunsilli lokali li għamlu talba biex tiġi devoluta proprjetà pubblika lilhom? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta għamlu t-talba? X'inhu l-iskop tad-devoluzzjoni ta' kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7162 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-applikazzjonijiet li l-Kunsilli Lokali għandhom għad-devoluzzjoni għall-proprjetà pubblika, meta saru u għal liema skop. Nirreferi lill-Onorevoli Membru wkoll għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6335 fejn tajt lista tad-devoluzzjonijiet kollha li saru sa Frar ta’ din is-sena.
Leg 11 PQ #7425 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċumnija ta' fabbrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7030 u jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7481 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessment Consultants’ Register

Question

Issa li wara tant dewmien ġie deċiż li jitwaqqaf kif suppost Environment Impact Assessment Consultants’ Register, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji se jkun hemm dwar l-eliġibilità ta' dawk li jistgħu japplikaw? Jaħseb li għandhom jiġu esklużi a priori persuni li jaħdmu f’awtoritajiet regolatorji bħalma huma l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi? X’ policy ser jimxi biha l-bord dwar nies li telqu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar riċentement biex jiġi eliminat kull ‘ notion of conflict of interest u/jew undue influence ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7503 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7285 u 7045 u jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7504 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7284 u 6986 u jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7536 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7561 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — nefqa totali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien kienet in-nefqa totali f’Għawdex tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta kull sena mill-1999 ‘l hawn? Fuqiex kienet kull nefqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’huwiex possibli li tiġi kwantifikata f’ċifri n-nefqa li saret mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f’Għawdex waqt il-perjodu msemmi, għas-sempliċi raġuni li n-nefqa għal Għawdex mhux dejjem issir b’mod esklussiv. Minbarra nfieq dirett fuq promozzjonijiet speċifiċi u eżerċizzji ta’ żvilupp ta’ prodott u taħriġ għall-ħaddiema mpjegati fis-settur, il-Gżira Għawdxija tibbenefika wkoll minn ammonti sostanzjali ta’ nvestiment li jkopri l-Gżejjer Maltin fit-totalità tagħhom. Dan ta’ l-aħħar jagħmel parti sewwa mit-total li jintefaq mill-MTA fuq Għawdex. Għaldaqstant, ma tistax tiġi kwantifikata l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #7564 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti Infrastrutturali f'Għawdex — Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5947, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijet li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma tatx l-approvazzjoni meħtieġa f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7565 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Reġjonali tal-MCESD — rakkmandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’deċiżjonijiet ittieħdu u x’rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern mill-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat tal-istess kumitat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7566 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Casino - tender

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 3230 u 7307, jista l-Prim Ministru jgħid f’liema data l-Gvern kien ħareġ sejħa għal tender u x’inhuma l-kriterji li jistabbilixxu meta jkun iż-żmien propizju biex tinħareġ tender ġdida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi s-sejħa għal tender imsemmija fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 3230 saret f’Settembru ta’ l-1997.
Leg 11 PQ #7646 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7693 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-Hexagon house

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7289 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xtratx l-uffiċċju Hexagon House mill-fondi tagħha jew irrikorritx għall-fondi mill-banek?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma rrikoriet għall-ebda self mill-Banek sabiex inxtrat Hexagon House.
Leg 11 PQ #7695 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7290 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7735 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6917 u cioè: Bħala persentaġġ mill-art kollha Maltija u Għawdxija, jista' jgħid kemm hemm art (i) xagħri (ii) saqwi (iii) żviluppat? Kemm tikkompara din ir-rata ma' għaxar snin, 20 sena u 30 sena ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7764 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pijunieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ftit taż-żmien ilu ħarġux xi fondi għal dawk li kienu fil-pijunieri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7764 ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta ma ħarġu l-ebda fondi lil dawk li kienu impjegati fil-pijunieri.
Leg 11 PQ #7837 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu — għajnuna fuq slielem, bins u faċilitajiet oħra turistiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu matul l-istaġun tas-sajf li ġej tagħti l-għajnuna tagħha biex fl-inħawi ta’ Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar, is-slielem ta’ ħdejn il-baħar, il-bins fuq il-bajjiet u faċilitajiet turistiċi oħra jitwaħħlu kmieni biżżejjed qabel l-istaġun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7838 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Beach cleaners — kontribuzzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li s-sezzjoni tal-beach cleaners matul dan is-sajf, tagħti l-kontribut tagħha biex il-bajjiet f’Malta uf’Għawdex jinżammu kemm jista’ jkun nodfa, u fejn hemm bżonn twettaq ħidma neċessarja flimkien mal-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sezzjoni tal-beach cleaners għaddejja b’ħidma kontinwa u bir-riżorsi kollha għad-dispożizzjoni, biex ix-xtut jitnaddfu għall-istaġun tas-sajf. Ninsab infurmat li minn dejjem eżistiet koperazzjoni mal-Kunsilli Lokali f’dan il-qasam.
Leg 11 PQ #7839 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu — investiment għal benefiċċju għar-residenti u turistiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu tikkoordina aktar il-ħidma tagħha mal-kunsilli lokali biex l-investiment li twettaq ikun tal-aħjar benefiċċju għar-residenti u għat-turiżmu in ġenerali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6318 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, minn stħarriġ li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jirriżulta li mill-applikazzjonijiet li tagħhom ingħatat data tal-agenda għas-smiegħ, id-deċiżjoni dwar 33 minnhom ittieħdet f'data sussegwenti jew għada ma ttieħditx. Jista' l-Prim Ministru jiċċara mal-awtorità jekk dawn id-deċiżjonijiet ġewx diferiti? Jekk dan mhux il-każ jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega għaliex ma ttieħditx deċiżjoni fid-data indikata fir-risposta msemmija qabel? Fil-każ ta' dawk id-deċiżjonijiet li ġew diferiti, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra liema minn dawn id-diferimenti saru bil-kunsens tal-applikant?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6317.