Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5250 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persentaġġi ta' voti akkwistati minn kull partit politiku f'kull lokal fl-elezzjonijet tal-kunsilli lokali ta' tliet snin ilu huma elenkati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7198 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti li jaħdmu mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti miegħu bħala Gvern, ministeru b'ministeru? Kemm għandhom salarju dwan il-konsulenti? Għandhom benefiċċji oħra barra s-salarju? Dawn il-konsulenti huma b'kuntratt jew le? Kemm huma twal dawn il-kuntratti li għandhom il-konsulenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7202 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti — sigħat tax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rapport ta' x'inhu mistenni li jkun ix-xogħol li għandhom il-konsulenti li għandhom f'kull ministeru? Huma marbutin ma sigħat ta' xogħol jew ħidma produttiva? Il-ħlasijiet tagħhom huma fissi jew ivarja skond il-ħin li jagħtu fil-konsulenza tagħhom? Il-ħlas huwa miftiehem minn qabel jew dawn jibagħtu l-kont wara li jlestu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7205 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

għajnuna u sapport għas-settur turistiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa mbassar li jżuruna turisti matul is-sena 2009? Il-gvern qed jippjana xi għajnuna u sapport għal dan is-settur ħalli r-riċessjoni internazzjonali ma taffettwax lil din l-industrija? Kemm hemm proġetti turistiċi ġodda għal matul is-sena 2009? Kemm huwa l-baġit tal-Gvern biex jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7626 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Esportazzjoni ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid Malta kemm tipproduċi non-organic waste bħala medja fis-sena? Jista' jispjega l-fatt li filwaqt li fil-gazzetta Sunday Times l-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qal li l-waste tagħna nesportawh l-aktar lejn iċ-Ċina, l-Prim Ministru qal fil-Parlament li dan jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea, primarjament lejn il-Ġermanja? Jista’ jgħid x'volum ta’ hazardous waste nipproduċu u kemm minnu jiġi esportat? Dak li ma jiġix esportat xi jsir minnu? Kemm nesportaw e-waste? X’persentaġġ mill-waste tagħna jiġi esportat għad-disposal u kemm minnu huwa esportat għar-recovery? Kif nassiguraw li l-waste treatment fir-receiver countries ikun aktar environmentally friendly milli f’pajjiżna stess, jiġifieri l-pajjiż tal-oriġini? Billi l-EU Waste Framework Directive tistipula li l-istati membri għandhom ikunu awto-suffiċjenti f’dak li huwa waste disposal capacity, jista' jgħid jekk dan huwiex il-każ fejn għandu x’jaqsam pajjiżna? Billi l-esportazzjoni ta’ hazardous waste for recovery mill-Unjoni Ewropea lil pajjiżi non-OECD huwa projbit, jista' jassigura li Malta qiegħda żżomm ma' dawn ir-regolamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Malta tipproduċi madwar 2.7 miljun tunellata ta’ skart mhux organiku fejn il-maġġor parti ta’ dan l-iskart jirriżulta mill-qasam tal-kostruzzjoni. Huwa l-iskart perikoluż li jiġi esportat primarjament lejn il-Ġermanja, filwaqt li skart mhux perikoluż bħal plastik u metall jiġi esportat lejn iċ-Ċina kif ukoll pajjiżi oħra skond Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart u skond il-konvenzjoni ta’ Bazel. L-aħħar figuri juru li Malta tipproduċi madwar 53,000 tunellata ta’ skart perikoluż fis-sena fejn fl-2006 ġew esportati 1,346 tunellata. Il-kumplament qed jiġi maħżun f’imħażen awtorizzati sakemm jiġi esportat. Fir-rigward tal- e-waste, Malta għadha qatt ma esportat dan il-ġeneru ta’ skart. Ħamsa fil-mija ta’ l-iskart esportat jiġi esportat għall-operazzjonijiet tar-rimi filwaqt li l-95% l-oħra jiġu esportati għar-rkupru. L-awtoritajiet kompetenti Maltin jassiguraw ruħhom li l- waste management fir- receiver countries ikun aktar environmentally friendly milli f’pajjiżna stess, billi l- producer ta’ l-iskart jipprovdi d-dokumenti meħtieġa kif mitluba minn Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta’ skart qabel ma jingħata l-kunsens tagħhom għal vjaġġ ta’ skart destinat għal operazzjoni ta’ rkupru jew rimi temporanja. Malta mhiex kompletament awto-suffiċjenti f’dak li huwa rimi ta’ l-iskart kif ukoll irkupru ta’ skart, dan għaliex iċ-ċirkostanzi ġeografiċi u l-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart, ma jippermettux biex Malta tilħaq dan il-għan. Dan bl-ebda mod ma jmur kontra l-proviżjonijiet ta’ l- EU Waste Framework Directive fejn huwa stipulat li l-għan li l-istati Membri jkunu awto-suffiċjenti għandu jsir b’kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart. L- EU Waste Framework Directive tkompli billi tistipula li l-prinċipji tal-viċinanza u ta’ l-awto-suffiċjenza ma jfissrux li kull Stat Membru għandu jkollu l-firxa kollha ta’ faċilitajiet ta’ rkupru finali f’dak l-Istat Membru. Qabel ma l-awtoritajiet Maltin jagħtu l-kunsens tagħhom għal skart perikoluż destinat għall-operazzjoni ta’ rkupru, il- producer għandu jipprovdi lill-awtoritajiet ikkonċernati d-dokumenti meħtieġa kif mitluba skond Regolament (KE) Nru 1013/2006. Dan isir biex l-awtoritajiet Maltin jassiguraw ruħhom li l-iskart huwa destinat lejn pajjiż ta’ OECD u li l-vjaġġ isir skond l-istess imsemmi regolament u skond il-konvenzjoni ta’ Bazel.
Leg 11 PQ #7655 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumitati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Kumitati Iltaqa’ Ma ltaqgħax National Sovereignty and Jurisdiction Committee X Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali X Kumitat Ko-ordinativ għall-Bio-Sigurtà X Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju (NHAC u CHAC) X Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar X MEPA Kumitat tal-Uteni X Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali ta’ Tniġġiż X Kumitat ORNIS X
Leg 11 PQ #7703 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il- premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7844 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Land Registry — użu ta' mapep aġġornati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Uffiċju tal-Land Registry biex dan ta' l-aħħar jibda juża l-mapep (site plans) aġġornati li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7860 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises - applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn Għawdex taħt il -Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises taħt l-ERDF? Kemm hemm fondi Ewropej u fondi nazzjonali allokati għal din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7866 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — inivzjattivi għal konferenzi

Question

Settur turistiku li Għawdex jista' jgawdi minnu huwa s-suq tal-konferenzi. Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi qed tieħu l-unit tal-konferenzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, biex konferenzi, b'mod partikolari dawk ta' daqs żgħir u medju, ikunu jistgħu jsiru f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7867 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta u Għawdex — prodott turistiku - fondi għar-riżorsi umani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti, kemm b'fondi nazzjonali u fondi Ewropej, hemm maħsub bħala viżjoni fit-tul fuq il-prodott turistiku kemm f'Malta u f'Għawdex fl-aspett tar-riżorsi umani u dan sabiex nibqgħu niffukaw fuq il-ħtieġa li Malta u Għawdex ikunu dejjem aktar destinazzjonijiet li joffru valur tajjeb għall-flus li jħallsu t-turisti biex jiġu fostna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7871 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim MInistru — energy efficiency audits

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa twettqu tliet energy audits f’dipartimenti/awtoritajiet li jifformaw parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Wieħed sar fil-binja ta’ 3 Castille Place, li bħalissa hi okkupata mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, l-i Staff Development Organisation u d-Dipartiment għaċ-Ċittadinanza u Nies Barranin, b’dan tal-aħħar jaqa’ taħt ministeru ieħor. Ir-rapport ta’ dan l- audit tlesta f’Awissu tas-sena l-oħra u b’riżultat ta’ xi rakkomandazzjonijiet li saru, ittieħdet azzjoni biex kemm hu possibbli jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, bħal per eżempju tnaqqis ta’ dawl fl-uffiċċji u kurituri kif ukoll tifi ta’ water heaters . Suġġerimenti oħra li ħarġu mill- audit iridu jiġu studjati u, fejn hu l-każ, jitwettqu maż-żmien in vista tal-ispiża kapitali li jinvolvu. Studju ieħor kien sar mill-Awtorità tax-Xandir fis-sena 2001 u jien infurmat li twettqu numru ta’ rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan l- audit . L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ukoll kienet għamlet studju intern dwar l-użu ta’ l-enerġija, u għalkemm twettqu xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport, dan l- audit bħalissa qiegħed jiġi aġġornat mill-istess engineer li kien jagħmel l-ewwel studju fl-2002. Ta’ min iżid li l-Gvern bħalissa qed jipprepara biex iniedi eżerċizzju li permezz tiegħu ser isiru energy audits fil-binjiet tad-dipartimenti u entitajiet fis-settur pubbliku bl-iskop li jiġu studjati x-xejriet fil-konsum tal-enerġija u jsiru rakkomandazzjonijiet dwarkif ikun jista’ jitnaqqas dan il-konsum. Fil-fatt, bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand uffiċjali pubbliċi li għandhom il-kwalifiki neċessarji u li huma interessati jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju bħala energy auditors . Hu ippjanat li dawn l- audits jibdew hekk kif jiġi ffinalizzat il-proċess tal-għażla.
Leg 11 PQ #7922 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Ġnien li kien jagħmel parti mill-Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta ħarget il-permessi għal bini tal-ġnien li fl-antik kien jaghmel parti mill-Ghassa tal-Pulizija, Ħal Qormi u li nbniet fiż-żmien il-kavallieri, ħadetx in konsiderazzjoni li wara dan il-bini li qed ikun żviluppat hemm bini ieħor li huwa parti mill-binja antika ta' l-għassa u għaldaqstant ħaditx il-prekawzjonijiet meħtiega biex dan ma jiġġarrafx? Jekk iva, x'għamlet? Jekk le, x'se tagħmel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1681 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: MARLENE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi mill-UE lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kunsilli lokali li rċevew fondi jew xi għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea? Għalfejn intużaw dawn il-fondi? Kemm kienu l-ammonti? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li t-talba tagħhom għall-fondi għadha ma ntlaqgħetx? Hemm kunsilli lokali li qatt ma applikaw għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Liema huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1681, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li turi il-fondi li l-Kunsilli Lokali rċevew mill-Unjoni Ewropea u għalixiex intużaw u Tabella B li turi l-applikazzjonijiet pendenti li għandhom il-Kunsilli għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #4947 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb il-Belt u Teatru Rjal — Bini mill-ġdid

Question

Wara li xi ġimgħat ilu kien ġie mħabbar li l-proġett ta' Bieb il-Belt u s-sit tat-Taetru Rjal se jinbnew, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqafx xi kumitat ad hoc u min se jkun responsabbli minn dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min huma l-membri tal-kumitat li twaqqaf jew se jiġi mwaqqaf? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett qiegħed jiġi mmaniġjat mill-Grand Harbour Regeneration Corporation. Il-konsultazzjonijiet kollha li huma meħtieġa skond il-liġi sejrin jiġu kollha mwettqa fiż-żminijiet meħtieġa.
Leg 11 PQ #5903 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — toroq bit-tarmac

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali f'Għawdex (wieħed wieħed) għamel toroq bit-tarmac f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5903, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7022 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Azzjoni Industrijali

Question

Billi matul il-ġimgħat li għaddew kien hemm azzjoni industrijali għaddejja fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li għal xi jiem wasslet biex lanqas jiġu aċċettati karti fir-reception tal-Awtorità, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk minn kellu karti li suppost daħlu f'dawk il-jiem fil-fatt hux se jiġu penalizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhiex ser tippenalizza lill-applikanti li setgħu ma daħlux il-karti fil-ħin b’riżultat ta’ l-azzjoni industrijali.
Leg 11 PQ #7035 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Far u Ħal Safi — detention centre - spiża totali ta' ħsarat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-ħsarat li saru fid-detention cenres ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Frar 2009? Min ħallas għal dawn il-ħsarat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ispiza totali tal-ħsarat li saru fid-detention centres ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Frar 2009 tammonta għal madwar € 57,709 u hija mqassma kif jidher fit-tabella hawn taħt: Ser No (a) Items (b) Qty (c) Expenditure (d) 1 Sentry Boxes 2 € 1200.00 2 Mattresses 50 € 1275.00 3 T.V. Sets 21 € 6691.92 4 Fridges 5 € 3100.00 5 Beds 105 € 3593.10 6 Tea Urns 19 € 2825.00 7 T.V. Decoders 4 € 260.92 8 Telephone sets 40 € 618.40 9 Tents Marquis 32 € 29,440.00 10 Geysers 32 € 4,832.00 11 Jugs Electric 57 € 1,311.00 12 Hot Plates 8 € 172.00 13 MCB's 4 € 328.00 14 Toilets 4 € 980.00 15 Window Glass 295 € 1082.34 Grand Total € 57,709.68 Il-fondi ttieħdu mill-vot allokat lill-Forzi Armati ta’ Malta (TCNs Vote) sabiex biex jamministraw lill-immigranti rregolari.
Leg 11 PQ #7095 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

l-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Marittima ta' Malta, — srtudji fuq yacht marinas

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ittemm l-istudji li kienet għamlet mal-Awtorità Marittima ta' Malta, dwar il-yacht marinas f'diversi inħawi ta' Malta? B'mod partikolari, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-istudji li saru dwar il-marina tax-Xemxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-riżultati ta’ l-istudji msemmija se jkunu nklużi fir-rapport ta’ konsultazzjoni li qed jiġi ppreparat mill-Awtorità Marittima, liema dokument se jiġi ppublikat u mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dalwaqt.