Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8009 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7695 u 7290 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsijq Parlamentari Numru 7290.
Leg 11 PQ #8024 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruiseships lejn Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm cruise tourists mistennija jżuru Għawdex mill- cruiseships li se jidħlu Għawdex din is-sena u fis-sentejn 2009-2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4761 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa f'safar

Question

Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4523, 4012, 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #6679 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa biex żamm l-immigranti illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-Gvern Malti (kollox inkluż) biex żamm, tema, ikkura, opera, nefaq fuq servizz tad-dawl u l-ilma, tiswijiet ta' toilets u showers, tiswija u tibdil ta' fryers u televisions, trasport, li jinkludu wkoll pagi ta' suldati, pulizija, casual officers, fizzjali u nurses mal-immigranti illegali mill-2002 sal-2008 sena b'sena? Min iħallas u f'liema proporzjon għal dan kollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7375.
Leg 11 PQ #6986 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7234 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjeta' skedata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jghid kemm giet skedata propjetà sena b’sena mill-1993 sa l-2008 u din kif kienet maqsuma bħala kategoriji bejn bini storiku, siti arkeoloġiċi, siti ta’ interess ekoloġiku, siti ta’interess xjentifiku u siti ta’ valur panoramiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7360.
Leg 11 PQ #7238 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tħaddem 19 (dsatax)-il Spettur mad-Direttorat tal-Ħarsien ta’ l-Ambjent. Meta d-Dipartiment tal-Ħarsien ta’ l-Ambjent ingħaqad mal-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm disa’ (9) Environmental Inspectors . Fl-2002 u fl-2004 dan in-numru żdied bi tmien (8) u wieħed (1) Spetturi rispettivament.
Leg 11 PQ #7316 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6756 u jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6756.
Leg 11 PQ #7420 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7238 u jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7238.
Leg 11 PQ #7434 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6703, 5705 u jgħid kemm-il hotel, villa, restaurant u appartament kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma naħsibx li r-riżorsi limitati li għandu d-dipartiment għandhom jintużaw sabiex tinġabar l-informazzjoni peress li dan l-eżerċizzju jirrikjedi ħafna ħin.
Leg 11 PQ #7639 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enforcement order

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara fir-rigward tal-enforcement order,li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li baqgħet qatt ma ġiet inforzata? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għaliex l-flat in kwistjoni baqa' jitħalla jservi bħala post tat-talb mhux uffiċjali minkejja d-diversi ilmenti ripetutament mir-residenti tal-madwar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Enforcement Notice indikata huwa pendenti għall-azzjoni neċessarja li tittieħed fil-ħin opportun mill-Awtorità.
Leg 11 PQ #7712 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7780 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Greenhouse gas emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar liema żieda fil-greenhouse gas emissions (CO2 equivalents) ġiet assenjata Malta sas-sena 2020 bis-sena 1990 bħala base line? Jista' jgħid mill- base line year 1990 sal-lum b’kemm żdiedu effettivament l-emissjonijiet tagħna ta’ greenhouse gases ? Jikkonferma li dawn digà żdiedu b’madwar 50%?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz ta' l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 (Effort Sharing Decision), li ġiet addottata f'Diċembru 2008, Malta ġiet allokata żieda ta' mhux aktar minn 5% fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn ċerti setturi, sas-sena 2020 komparat mal-livell ta' emissjonijiet fl-2005. Id-determinazzjoni ta' dan il-persentaġġ ta' emissjonijiet permessi f'termini ta' tunellati kull sena għad irid jiġi stabbilit skond deċiżjonijiet li jiġu addottati mill-Kummissjoni Ewropea b'konsultazzjoni mal-Istati Membri. Ta’ min ifakkar li hemm ukoll id- Direttiva dwar l-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ( European Union Emissions Trading Scheme ) li f'Malta sa llum tkopri emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-impjanti ta' ġenerazzjoni ta' l-elettriku operati mill-Korporazzjoni Enemalta. Fir-rigward ta' emissjonijiet li jaqgħu taħt din id- Direttiva, jiġi stabbilit limitu kollettiv ta' emissjonijiet permessi għall-Komunità Ewropea, li imbagħad jiġi allokat fost l-intrapriżi industrijali kollha li jaqgħu taħt l-iskema u li jistgħu jittrasferixxu parti mill-kwoti rispettivi tagħhom bejniethom skond il-bżonn. Għall-perjodu 2013 sa 2020, il-limitu ta' emissjonijiet globali f'termini ta' tunellati kull sena se jiġi stabbilit fuq livell ta' Komunità u dan skond il-proviżjonijiet stabbiliti fl-emendi ta' din id-Direttiva kif addottati f'Diċembru 2008. L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, jistabbilixxi r-rekwiżiti għar-rappurtar annwali lill-Kummissjoni Ewropeja tal-Inventarju Nazzjonali dwar l-Emissjonijiet ta’ Gassijiet b’Effett Serra. Malta riċentament irrappurtat lill-Kummissjoni Ewropea dan l-Inventarju Nazzjonali. Kif imsemmi f’dan l-istess Inventarju, tul il-perjodu 1990 ( base line year ) sas-sena 2007, f’Malta l-emissjonijiet ta’ Gassijiet b’Effett Serra żdiedu b’998,400 tunnellata ekwivalenti ta’dijossidu tal-karbonju (CO 2 eq .), li jfissru żieda ta’ 49.0% bejn dan l-istess perjodu. Kull sena dan l-Inventarju Nazzjonali jiġi aġġornat biex jinkludi l-aħħar informazzjoni disponibbli. Għaldaqstant, filwaqt li l-Inventarju nazzjonali jagħti riżultat ta' l-emissjonijiet totali ta' Malta, mira nazzjonali globali li tkopri l-emissjonijiet kollha minn Malta mhix provduta mill-liġijiet Ewropej dwar il-bdil fil-klima; dan għaliex miri relevanti għal Malta huma stabbiliti skond il-mod kif setturi differenti jiġu ndirizzati mill-politika Ewropea dwar il-bdil fil-klima.
Leg 11 PQ #7794 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttiva tal-Unjoni Ewropea — ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż - nitrati

Question

B'referenza għad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż ikkawżat minn nitrati ġejjin minn sorsi tal-agrikultura (19/676/EEC), jista' l-Prim Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: a) id-dettalji tal-kodiċi ta' prattika aċċettata fl-agrikultura li l-Gvern kellu jibgħat lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, u jgħid jekk kellux xi kummenti mill-Kummissjoni fuq din il-kodiċi? b) dawk il-programmi ta' azzjoni li ġew imfassla mill-Gvern biex jilħaq l-għanijiet speċifikati fid-direttiva fil-konfront tal-inħawi vulnerabbli li ġew mgħoddija lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea? ċ) ir-riżultati ta' konċentrazzjoni ta' nitrati fl-ilma tal-pjan, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u f'Kemmuna, li kelhom jinġabru minn mindu Malta saret membtru tal-Unjoni Ewropea? d) ir-rapport li kellu jintbagħat lill-Kummisjoni tal-Unjoni Ewropea skond it-tagħrif mitlub mid-Direttiva indikat f'Annex V?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7833 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tniġġiż tal-arja — Studji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studji saru dwar it-tniġġiż tal-arja lokalità b’lokalità, jew fuq bażi reġjonali, jew fuq bażi nazzjonali? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jippreżentahom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għandha erba’ (4) stazzjonijiet li jkejjlu il-konċentrazzjoni ta' ċerti sustanzi inkwinanti fl-arja. Dawn huma: L-istazzjon Tal-Msida li tqiegħed f'sit li huwa trfaffikuż, dan l-istazzjon ikejjel il-konċentrazzjoni ta' dijossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOX), trab fin (kemm PM10 u PM2.5), komposti organiċi volatli (VOCs), ozonu u monossidu tal-karbonju (CO). L-istazzjon taż-Żejtun li tqiegħed f'żona urbana fin-naħa t'isfel ta' Malta u li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10 u PM2.5, VOCs, ozonu, CO u merkurju gassuz (gaseous mercury). L-istazzjon ta’ Għawdex (background station) li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10 u PM2.5, VOCs, ozonu u CO. L-istazzjon ta' Kordin li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10, VOCs, ozonu u CO. Id-data għall-ewwel tlett stazzjonijiet hija aċċessibbli għal kullħadd (real time) minn fuq il-website tal-MEPA. Bħalissa qed isir xogħol sabiex tiġi mqegħda fuq il-website d-data ġġenerata mill-istazzjon ta' Kordin. Il-MEPA qegħda wkoll taħdem sabiex tistalla l-ħames stazzjon f'Attard. Il-MEPA tkejjel ukoll l-ammont ta' SO2, NOx, Ozon, Benzene, Xylene u Toluene bis-sistema tal-Passive Diffusion Tubes f' 44 lokalità f'Malta u Għawdex. Ma huwiex prattiku li tiġi ppreżentata d-data kollha li tiġi ġġenerata min dan il-moniteraġġ estensiv madwar Malta u Għawdex kollu. Pero din id-data hi kollha disponibbli mill-MEPA għal min jiġi bżonnha f'lokalitajiet partikolari. Din l-informazzjoni qiegħda wkoll tiġi ppublikata permezz tar-Rapport dwar l-Istat ta' l-Ambjent u l-booklets b'indikaturi li jinħarġu kull sena. Dawn jistgħu jinkisbu minn www.mepa.org.mt. (http://www.mepa.org.mt/Environment/index.htm?SOER/SOEI%202007/mainframe.htm&1
Leg 11 PQ #7912 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjon Elettorali — miżuri għal nies neqsin mid-dawl biex jivvutaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Kummissjoni Elettorali biex fl-elezzjonijiet li ġejjin, persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot mingħajr ħtieġa tal-intervent tal-AEC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-elezzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni Elettorali ser tipprovdi l-istess faċilitajiet li ngħataw lill-persuni neqsin mid-dawl fl-elezzjoni ġenerali u fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-8 ta’ Marzu, 2008. Dawn ikunu jistgħu jimlew huma stess il-polza tal-votazzjoni permezz ta’ template tal-Braille f’wieħed mill-kompartamenti fl-istess kamra tal-votazzjoni mingħajr għajnuna diretta tal-Assistenti Kummissjonarji. Ma’ din ikun hemm ukoll, għal min jixtieq, audio cd fejn wieħed jista’ jisma’ privatament, dejjem fil-kompartament, il-qari tal-polza tal-vot b’mod adegwat.
Leg 11 PQ #8035 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Interim From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrendi — rimi ta' radam fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-triq bl-isem ta' Ħal Lew il-Qrendi inħariġx fuqha jew hija koperta b'permess sabiex isir rimi ta' radam fiha? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kelliex permess tarmi radam fi Triq Ħal Lew il-Qrendi wara li l-kuntrattur tagħha fit-8 ta' Jannar ġabar l-istess minn Triq Ħaġar Qim Qrendi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1815 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm-il elezzjoni saret għall-kunsilli lokali? Meta saret kull elezzjoni? Kemm-il kandidat ikkontesta kull elezzjoni? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kellu kandidati kull partit f'kull elezzjoni? Kemm kienu eletti kandidati f'kull elezzjoni u f'isem min kienu eletti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mit-twaqqif tagħhom ’l hawn sa llum saru b’kollox 350-il elezzjoni għall-kunsilli lokali. Wara l-ewwel sensiela ta’ elezzjonijiet li kienu saru bejn l-20 ta’ Novembru, 1993 u l-14 ta’ Mejju, 1994, l-elezzjonijiet baqgħu jsiru skond it-Tieni Skeda ta’ Att XV tal-1993 u Artiklu 8 ta’ l-istess liġi. Id-dati ta’ dawn l-elezzjonijiet, kemm ikkontestaw kandidati u kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa jidhru fil-lista f’tabella ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numri ta’ kandidati, ma’ liema partiti ħarġu, kemm kienu eletti u f’isem min kienu eletti l-kandidati jidhru fil-lista f’tabella ‘B’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5248 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4968 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fir-round ta’elezzjonjiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu x’kien il-persentagg ta’ votanti f’kull lokal ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-persentaġġi ta' votanti li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' tliet snin ilu f'kull lokalità.
Leg 11 PQ #5249 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li rriżenjaw, mil-liema partit politiku u min ġie elett minflokhom.