Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif toroq fil-kampanja, li jgħaqqdu irħula flimkien, jistgħu jingħataw wiċċ bit-tarmac, bħalma ngħatat riċentament it-triq li mir-Rabat twassal għas-Siggiewi, proprju biex jiġi assigurat li filwaqt li jiġu evitati ħafna ilmenti, il-kunsilli lokali, li m'għandhomx fondi biżżejjed għal dan ix-xogħol ma jibqgħux jiġu akkużati li mhux qed iwettqu dmirhom sew?
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra u jgħid kemm saru devoluzzjoni ta' proprjetà lill-kunsilli lokali f'Għawdex, kull proprjetà devoluta għaliex qed tintuża u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' kunsilli lokali minn Għawdex għal devoluzzjoni ta' proprjetà?
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li Triq id-Dwejra, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien wiegħed li se jirranġa ?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp — Konsultazzjonijiet
Question
B'referenza għall-applikazzjonijiet msemmija fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 u b'mod partikolari l-applikazzjoni PA 0560/06 li kienet ġiet aċċettata bħala valida mill-awtorità fit-30 ta' Marzu, 2006, jista' l-Prim Miistru jgħid meta l-awtorità għamlet l-ewwel konsultazzjoni meħtieġa ma' dipartimenti jew aġenziji governattiv, u sa meta kellhom isiru dawn il-konsultazzjonijiet ħalli l-perijodu meħud biex tingħata risposta minn dawn id-dipartimenti jew l-aġenziji ma jkunx meqjus bħala parti miż-żmien oriġinali jew estiż, skont is-subartikoli 36 (1) jew 36 (7), li fih l-awtorità kellha tieħu deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li PA 560/06 ġiet aċċettata bħala valida mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-30 ta' Marzu, 2006. Fit-28 t'April 2006 saret laqgħa mal-perit u l-applikant fejn intalab aktar informazzjoni u emendi għall-pjanti li mingħajrhom l-ipproċessar ma setax isir. Dawn ġew sottomessi kważi sena wara, jiġifieri fis-26 ta' Marzu, 2007. L-Awtorità rċeviet diversi oġġezzjonijiet minn terzi fuq dan l-iżvilupp li kienu jinpinġu fuq l-andament ta' l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni u rriżulta fi ħruġ t'Avviż għal Waqfien u ta' Twettiq - ECF 640/07. Għaldaqstant, il-konsultazzjonijiet ma' dipartimenti jew aġenziji governattivi saru fil-5 ta' Novembru, 2007.
Kien hemm talba skond Art 36(6)(f) li ma kinitx milqugħa fuq parir legali. Sadanittant l-applikant kien ukoll issottometta mandat ta’ inibizjoni liema mandat ma kienx milqugħ mill-Qorti fl-1 ta’ Awwissu 2008. L-applikazzjoni kienet irrifjutata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp u issa qegħda pendenti għal rikonsiderazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari 7045 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juri l-informazzjoni mitluba.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus li ġabret l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS sa l-aħħar ta' Frar 2009 u għadu ma sarx użu minnhom huwa ta EUR 9,731,470.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont maqsum skond il-lokalità.
proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma tal-kunsilli lokali u meta sejra tiġi pubblikata? Din ir-riforma sejra ġġib tibdil fis-sistema tal-kunsilli? F'liema settur sejra tbiddel is-sistema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Rapport dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali qiegħed fl-istadju ta’ diskussjoni fil-Kabinet.
Hu maħsub li t-tibdiliet isiru f’diversi setturi tal-operat tal-Kunsilli Lokali ħalli dawn il-kunsilli lokali jinfetħu dejjem aktar għall-bżonnijiet tal-lum.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi differenti li joffru is-servizzi tagħhom lil kunsilli lokali fejn jidħol tiswija ta' toroq, tindif u servizzi rigward il-ġonna pubbliċi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti tal-kunsilli lokali jistennew il-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jibdew? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proġetti?
Issa li wara tant dewmien ġie deċiż li jitwaqqaf kif suppost Environment Impact Assessment Consultants’ Register, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji se jkun hemm dwar l-eliġibilità ta' dawk li jistgħu japplikaw?
Jaħseb li għandhom jiġu esklużi
a priori
persuni li jaħdmu f’awtoritajiet regolatorji bħalma huma l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?
X’
policy
se jimxi biha l-bord dwar nies li telqu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar riċentement biex jiġi eliminat kull
notion of conflict of interest
u/jew
undue influence
?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Bord ġie kostitwit fis-16 ta’ Jannar, 2009 u beda x-xogħol tiegħu biex jistabillixi l-kriterji fuq ir-reġistrazzjoni tal-konsulenti. Is-suġġerimenti li għamel l-Onorevoli Interpellant huma meħuda inkonsiderazzjoni.
Bormla — Pjazza Santa Margerita - bini ta' underground car park
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-bini ta' underground car park taħt Pjazza Santa Margerita Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni PA 3366/08 (Renewal of Outline Development permit PA2243/02 - Proposed multi-level car park) ġiet deċiża mill-Bord tal-MEPA fl-4 ta' Diċembru 2008.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’deċiżjonijiet ittieħdu u x’rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern mill-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat tal-istess kumitat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex iltaqa’ diversi drabi u ddiskuta numru ta’ temi li kollha huma konnessi mill-qrib mas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika attwali ta’ Għawdex, il-lista tal-laqgħat li saru s’issa ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7050.
L-Onorevoli Interpellant bla dubbju huwa nfurmat illi kemm l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali kif ukoll l-Kumitati tiegħu (Il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u l-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili) m’għandhomx funzjoni eżekuttiva u skond il-liġi r-rwol ewlieni tagħhom huwa dak li jressqu pariri u rakkmandazzjonijiet lil Gvern.
Fost ir-rakkmandazzjonijiet li bgħatt l-Kumitat Reġjonali għal Għawdex, hemm proposti relatati ma bżonn ta’ aktar attenzjoni fir-rigward ta’ Statistika Reġjonali għal Għawdex, proposti għall-baġit tal-2009, proposti biex proġetti kapitali għal Għawdex jiġu mpoġġija fuq
fast track
u suġġeriment li jsir
feasibility study
biex eventwalment tittieħed deċizjoni fuq il-bini ta’
airstrip
f’Għawdex u fost oħrajn proposti relatati mar-riforma tat-trasport pubbliku fil-gżira.
Għat-talba biex jitpoġġew il-minuti tal-laqgħat fuq il-mejda tal-kamra, jien nfurmat illi l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill u tal-Kumitati huma aċċessibli biss għall-membri rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Kummissjonijiet
Iltaqa’
Ma ltaqgħax
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
X
Kummissjoni dwar l-Impjiegi
X
Kummissjoni Elettorali
X
Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli
X
Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp
X
Direttiva tal-Unjoni Ewropea — ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż - nitrati
Question
B'referenza għad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż ikkawżat minn nitrati ġejjin minn sorsi tal-agrikultura (19/676/EEC), jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar:
a) Liema huma dawk l-inħawi vulnerabbli fil-gżejjer Maltin li minnhom inixxu n-nitrati mill-iskart tal-annimali (bħall-baqar u l-ħnieżer) li jistgħu jikkontaminaw l-ilma tal-pjan, li l-Gvern kellu l-obbligu li jiddikjara lill-Komunità Ewropea skond din id-direttiva?
b) Il-programm ta' monitoraġġ adattati u kif dawn qegħdin jiġu implementati biex ikun magħruf kemm huma effettivi dawn il-programmi ta' azzjoni msemmija aktar il-fuq?
ċ) X'miżuri qed jittieħdu mill-gvern dwar il-numri kbar u evidenti ta' munzelli ta' demel biswit irziezet tal-baqar u tal-ħnieżer, li kollha qegħdin f'dawn l-inħawi vulnerabbli u li mingħajr dubju qed iżidu b'mod allarmanti l-ammont ta' nitrati fl-ilma tal-pjan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali, fir-ranks ta' Lieutenant-Colonel, Maġġur, Kaptan u Logutenent fil-Forzi Armati ta' Malta - AFM - li bħalissa qegħdin jirċievu pagi u benefiċċji oħra li huma ogħla minn dik strettament applikabbli għall-iskala tar-rank sostantiv tagħhom? Jekk hemm minn dawn il-każi, min huma l-uffiċjali konċernati, u fuq liema bażi jew kriterji qed jingħataw dawn il-pagi/benefiċċji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li erba’ uffiċjali qed jirċievu salarju jew xi benefiċċji ogħla minn dawk strettament applikabbli għall-iskala tar-rank sostantiv tagħhom kif inhu muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
twaqqif ta' bord tal-appell — oggezzjonijet fuq art mhix inkluża fl-iskemi tal-bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu ippjanat li jitwaqqaf il-bord tal-appell li kellu jsir sabiex jindirizza l-oġġezzjonijiet li dawk li l-art tagħhom ma ġietx inkluża fl-isklemi tal-bini meta sar l-scheme rationalization excercise?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?