Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8110 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Area ta' Search and Rescue

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7920 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħħal flus il-pajjiż minn kwalsijasi transazzjoni jew użu li jsir mill-area ta' Search and Rescue madwar Malta u minn fejn jidħlu preċiżament dawn l-ammonti ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda dħul assoċjat ma’ l-arja ta’ Search and Rescue.
Leg 11 PQ #8131 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7703 u 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8133 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa/Blata l-Bajda — Rwejjaħ

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7694 u jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8163 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Linji tal-Arju — sussidju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5898 u jgħid kif taħdem is-sistema ta' sussidju li tingħata lil-linji tal-ajru? Jista' jgħid min huma dawk il-kumpanniji li rċevew u qed jirċievu dawn is-sussidji? Għal liema rotot u kemm ingħataw sussidju kull kumpannija matul is-sentejn li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8180 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7510, peress li fit-tweġiba datata 1 ta' April, il-Prim Ministru ta l-impressjoni li ma jafx fuqiex qed issir mistoqsija parlamentari 7510, nixtieq nirreferih għal mistoqsija parlamentari 6731. Filwaqt li fil-Parlament fit 23 ta' Marzu, il-Ministru responsabbli wieġeb li l-informazzjoni mitluba għal mistoqsija parlamentari 6731 qed tinġabar (u s'issa din baqgħet ma ġietx imwieġba), kważi l-informazzjoni kollha mitluba fil-mistoqsija parlamentari kienet pubblikata fil-ġurnal The Times fil-ħarġa tat-3 ta' Marzu, fejn il-ġurnalist indika li kiseb l-informazzjoni mingħand ir-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan l-atteġjament fil-konfront tal-ħidma parlamentari tad-deputati fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni huwiex aċċettabbli għalih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8192 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7146 u jagħti dettalji dwar kemm hemm kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq? Kif inhuma komposti? Kemm-il darba iltaqgħu? Kemm isir infieq b'mod dettaljat f'kull kumitat minn meta inħolqu? Min hu l-kordinatur jew project manager ta' kull kumitat u kemm jaqla' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rotot tal-ajru operati lejn Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-rotot tal-ajru operati lejn Malta mill-pajjiżi differenti mill-2004 'l hawn u minn liema linja tal-ajru sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Persuni li jitgħallmu l-Ingliż f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew persuni miċ-Ċina, mir-Russja u pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea mill-2004 'l hawn biex jitgħallmu l-Ingliż f'Malta sena b'sena, nazzjonalità b'nazzjonalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8235 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li jaħdmu maċ-Ċivil — half pay

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni maċ-Ċivil li jinsabu sospiżi fuq half pay minħabba li hemm proċeduri dixxiplinarji kontrihom jew bil-PSC jew il-Qorti jew it-tnejn? Minn liema dipartiment ġejjin? Kemm ilhom sospiżi imma xorta baqgħu jitħallsu nofs paga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi illi b’sospensjoni, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal interdizzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom liema interdizzjoni tkun fuq nofs paga. Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 44 uffiċjal pubbliku li huma interdettjati minħabba proċeduri dixxiplinarji jew kriminali u li jinsabu fuq nofs paga. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8254 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

twaqqif ta' bord tal-appell — oggezzjonijet fuq art mhix inkluża fl-iskemi tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7891 u jgħid meta hu ppjanat li jitwaqqaf il-bord tal-appell li kellu jsir sabiex jindirizza l-oġġezzjonijiet ta' dawk li l-art tagħhom ma ġietx inkluża fl-isklemi tal-bini meta sar l-ischeme rationalization excercise?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 3962.
Leg 11 PQ #6921 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7030 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċumnija ta' fabbrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dawrha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni fil-fabbrika msemmija. Ma rriżultax li hemm ċumnija iżda extractor li jarmi arja wara li din tkun iffiltrata. Għalkemm ma kinux jidhru emissjonijiet riċenti, il- management ġie mitlub iżid filter addizzjonali sabiex żgur jiġi eliminat xi nkonvenjent li seta’ jkun hemm.
Leg 11 PQ #7312 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Settur Pubbliku - ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’ jaqsamhom taħt dipartimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi u entitajiet/organizazzjonijiet indipendenti statutorji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni fis-Settur Pubbliku li kienu jaħdmu Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru, 2008 huwa kif jidher f’din it-tabella: Diċembru 2008 Dipartimenti tal-Gvern 3065 Entitajiet/Organizazzjonijiet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji 306 Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Ishma Pubbliċi 256 Total 3627
Leg 11 PQ #7425 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċumnija ta' fabbrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7030 u jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7030.
Leg 11 PQ #7445 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kaċċa li tgħaddi minn fuq Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex qed jiġi monitered kemm tgħaddi kaċċa minn fuq Malta u Għawdex? Kif qiegħed jiġi mwettaq dan il-monitering? Kemm hemm nies li qed jieħu sehem f'dan l-eżerċizzju? Kemm ilu sejjer dan il-monitering? X'kienu r-riżultati li nstabu? Kemm ġej jiswa b'kollox? Min sejjer iħallas dawn l-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed isir studju fuq kemm ipassu summien u gamiem. Dan l-istudju qed jiġi mmexxi minn Professur Grieg intiż sewwa f’dan il-qasam. Apparti l-Professur u team tiegħu, li qed janalizza d- data miġbura, hemm 73 osservatur mqassmin ma’ Malta u Għawdex jagħmlu l-osservazzjonijiet. L-istudju ilu għaddej minn Settembru tal-2007 u mistenni li jispiċċa f’Awissu 2010. Għad ma hemmx riżultati għaliex dawn jiġu evalwati fl-aħħar ta’ l-istudju. Il-Professur li qed jagħmel dan l-istudju ser jitħallas Euro 23,000 (Lm 9,874) liema spejjeż ser jitħallsu mill-Gvern.
Leg 11 PQ #7564 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti Infrastrutturali f'Għawdex — Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5947, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijet li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma tatx l-approvazzjoni meħtieġa f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjonijiet li jikkonċernaw proġetti infrastrutturali f’Għawdex għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #7837 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu — għajnuna fuq slielem, bins u faċilitajiet oħra turistiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta’ Malta tat-Turiżmu matul l-istaġun tas-sajf li ġej tagħti l-għajnuna tagħha biex fl-inħawi ta’ Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar, is-slielem ta’ ħdejn il-baħar, il-bins fuq il-bajjiet u faċilitajiet turistiċi oħra jitwaħħlu kmieni biżżejjed qabel l-istaġun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-responsabbiltà ta’ twaħħil ta’ slielem u bins fuq ix-xtut ma taqax taħt l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu iżda taħt is-sezzjoni tindif tax-xtut. Ta’ min igħid li minn din is-sena din is-sezzjoni saret tagħmel parti mis-C.S.D. taħt il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali li ħadet taħt idejha n-nies li kienu jiffurmaw is-sezzjoni. Ninsab infurmat ukoll li x-xogħol f’dan ir-rigward hu fil-proċess li jitwettaq.
Leg 11 PQ #7900 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

High Rise Buildings

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7410 u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-High Rise Buildings?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8019 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessment Consultants’ Register

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7481 u cioè: issa li wara tant dewmien ġie deċiż li jitwaqqaf kif suppost Environment Impact Assessment Consultants’ Register, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji se jkun hemm dwar l-eliġibilità ta' dawk li jistgħu japplikaw? Jaħseb li għandhom jiġu esklużi a priori persuni li jaħdmu f’awtoritajiet regolatorji bħalma huma l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7481.
Leg 11 PQ #8022 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7503, 7285 u 7045 u jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7045.