Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8266 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7712, 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8267 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

High Rise Buildings

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7900 u 7410 u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-High Rise Buildings?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellantli l-policy tal-Gvern dwar bini għoli (High Rise Buildings) hija kif spjegata fid-dokument tal-MEPA “Policy and Design Guidance 2007”, speċifikament policy 2.10 ‘Application of the Floor Area Ratio’. Din il-policy tidentifika ż-żoni fejn bini għoli mhux permissibbli kif ukoll il-kriterji li jintużaw meta tkun qed tiġi evalwata applikazzjoni għal żvilupp ta’ bini għoli. Il-MEPA qegħda tirrevedi din il-policy sabiex tistabbilixxi jekk hemmx il-ħtieġa li tiġi mibdula.
Leg 11 PQ #8268 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal permessi ambjentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8269 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8023 u 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8275 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi tal-Arju bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7529, 7062, 6431 u 5528, u jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7529.
Leg 11 PQ #8354 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Kunsill Lokali f'Malta (wieħed, wieħed) għamel toroq bit-tarmac f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5705 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-hotel, villa, restaurant u appartamenti kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 snea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7434.
Leg 11 PQ #6703 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5705 u jgħid kemm il-hotel, villa, restaurant u appartamenti kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 snea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7434.
Leg 11 PQ #7451 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Patrol Boats, helicopters u ajruplani — kuntrabandu/traffikar ta' nies

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif huma protetti x-xtajta tagħna? Kemm għandna patrol boats, helicopters, ajruplani li x-xogħol tagħhom huwa speċifikament dan? Kif jassiguraw li ma jidħolx kuntrabandu/traffikar ta' nies u armi permezz tal-baħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Forzi Armati joperaw sistema għall-ħarsien tal-kosta bbażata fuq numru ta’ radar u sistemi oħra ta’sorveljanza li huma kkontrollati ċentralment mill-Operations Centre li wkoll għandha sistema wiesgħa ta’ komunikazzjoni. Barra minn hekk il-FAM tħaddem ukoll disa’ (9) patrol boats ta’ diversi daqsijiet, l-akbar fosthom hija ta’ 54 metru. Minn naħa ta’ l-ajru, hemm żewġt (2) Maritime Patrol Aircraft, tlett (3) helicopters u erba’ (4) ajruplani żgħar. Ta’ min isemmi li hemm diversi proġetti oħra ppjanati sabiex tittejjeb il-kwalità u n-numru tas-sistemi għad-dispożizzjoni tal-FAM. L-ewwel proġett, li diġà tħabbar pubblikament, hu dak tax-xiri ta’ erba’ (4) patrol boats ta’ 21 metru. Iż-żewġ proġetti l-oħra jikkonċernaw xiri ta’ sistema moderna u sigura ta’ komunikazzjoni u ajruplan ġdid għas-sorveljanza. Dawn il-proġetti se jiġu ffinanzjati mill-External Borders Fund ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti. Fil-każ tal-proġetti tal-Patrol Boats u s-sistema ta’ komunikazzjoni dawn huma mistennija li jkunu konklużi sa l-aħħar ta’ din is-sena fil-waqt li l-proġett ta’ l-ajruplan hu mistenni li jkun konkluż sa Diċembru 2010. Huwa stmat li dawn il-proġetti flimkien se jiswew ftit inqas minn 23 miljun ewro. Minbarra l-operazzjonijiet numerużi u kontinwi li tagħmel il-FAM fuq il-baħar, ikun hemm ukoll operazzjonijiet speċifiċi flimkien mal-Pulizija u d-Dwana mmirati fuq l-oqsma partikolari bħat-traffikar tad-droga u kuntrabandu.
Leg 11 PQ #7453 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sejħa għal għajnuna minn dgħajjes, laneċ u opri tal-baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-għajnuna minn dgħajjes, laneċ u opri tal-baħar saret fl-2008 meta dawn kienu fuq il-baħar? Kemm minn dawn is-sejħiet ingħataw l-għajnuna regolari? Biex aħna armati bħala pajjiż ħalli nagħtu din l-għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-sena 2008 il-FAM irċeviet total ta’ 637 – il sejħa għall-għajnuna. Dawn kienu jkopru firxa wiesgħa ta’ każijiet minn vapuri, dgħajjes żgħar fosthom tas-sajd, baħrin mweġġgħa, immigranti irregolari jew għawwiema. Bosta minn dawn ġew riżolti mingħajr il-ħtiega li jintbgħatu mezzi tal-ajru jew tal-baħar. F’każi oħrajn ir-Rescue Coordination Centre ta’ l-FAM talbet l-intervent ta’ mezzi ta’ pajjiżi oħra jew ta’ vapuri merkantili. F’134 każ intbgħatu mezzi Maltin. Ir-Rescue Coordination Centre tal-FAM topera sistema tal-Vessel Traffic Monitoring Information System li permezz ta’ numru ta’ radar u sistemi oħra tas-sorveljanza żżomm sorveljanza fuq il-bastimenti li jbaħħru fil-viċinanzi ta’ xtutna. Huwa magħruf li f’diversi drabi l-FAM avżat vapuri biex ibiddlu r-rotta biex jevitaw perikolu li kienu dehlin fih. Il-FAM ukoll topera il-Malta Coast Radio Station li tforni informazzjoni ta’ tbassir tat-temp u nformazzjoni ta’ safety għaċ-ċentru tal-Mediterran u żżomm sorveljanza lejl u nhar fuq frekwenzi tar-radju għal sejħiet ta’ distress. Barra minn hekk il-FAM tħaddem ukoll disa’ (9) patrol boats ta’ diversi daqsijiet żewġ (2) Maritime Patrol Aircraft, tlett (3) helicopters u erba’ (4) ajruplani żgħar. Kollha jistgħu jintużaw f’salvataġġ jew tfittxija minn żmien għal żmien skond iċ-ċirkostanzi.
Leg 11 PQ #7454 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajnuna fuq laneċ tas-sajd Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega x'jiġri wara li jidħol messaġġ fit-turetta li lanċa tas-sajd Maltija għandha bżonn l-għajnuna għaliex qed tiġi attakkata minn lanċa oħra mhux identifikata? Kemm jikkalkula li ddum biex tasal din l-għajnuna jekk il-lanċa Maltija tkun 40 kilometru fuq ir-riħ t'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'ċirkostanzi kif deskritti mill-Interpellant, meta tidħol sejħa għal għajnuna fl-Operations Centre tal-FAM, tittieħed azzjoni immedjata biex jintbgħatu mezzi fuq il-post indikat fl-anqas ħin possibbli. Minn naħa l-oħra jinġabru dettalji relevanti minn diversi sorsi li jkunu jistgħu jgħinu f’intervent. Dak li jissejjaħ reaction time jiddependi minn diversi fatturi, l-ewwel fosthom hu dak ta' availability. Il-FAM dejjem ikollha ta' l-anqas patrol boat waħda fuq ir-ronda mal-kosta lejl u nhar, u drabi oħra patrol boats oħra aktar il-barra. Mezzi oħra tal-baħar ikunu standby fil-bażi u jkunu jistgħu jsalpaw fi ftit ħin. Minn naħa l-oħra dejjem ikun hemm helicopter u ajruplani standby. Fatturi oħra importanti jinkludu kundizzjoni tal-baħar, fejn kienet tinsab il-patrol boat tar-ronda meta daħlet is-sejħa għall-għajnuna, jekk kinitx impenjata fuq xogħol ieħor, jekk kienx bil-lejl jew bi nhar, il-visibilità eċċ. Bosta drabi il-FAM tkun tista' tintervjeni mill-ajru ferm aktar malajr milli bil-baħar, għaliex il-helicopters u l-ajruplani huma aktar veloċi u l-kundizzjonijiet tat-temp jaffettwawhom anqas. B'hekk sakemm tasal patrol boat, aktar iva milli le jintbgħat mezz ta’ l-ajru ħalli jintervjeni jew jirraporta fuq is-sitwazzjoni attwali tal-inċident.
Leg 11 PQ #7529 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi tal-Arju bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7062, 6431 u 5528, u jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa m’hemmx sejħa miftuħa taħt public service contract għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex. Biex jingħata sussidju wieħed ikun irid jonora r-regoli ta’ kompetizzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern mhux jeskludi din il-possibiltà.
Leg 11 PQ #7695 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7290 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7290.
Leg 11 PQ #7721 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Minisitru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7490 u 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8025 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8027 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7420 u 7238 u jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7238.
Leg 11 PQ #8029 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strategic Environmental Assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 7473 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u cioè: billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7239, l-Prim Ministru żvela li l-Ministru diġà qabbad konsulenti privati biex iħejju l-istudji li huma neċessarji biex isir l-iStrategic Environmental Assessment jista' jgħid: F'liema data rriżenja l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, mill-Istrategy Team li fassal l-abbozz ta' konsultazzjoni dwar l-iStrateġija għall-Immanġġjar ta' l-Iskart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata tat ir-riżenja fit-2 ta’ Frar 2009.
Leg 11 PQ #8062 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu — investiment

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jkun l-investiment li ser tagħmel l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fil-lokalitajiet turistiċi, u ta' importanza turistika, matul din is-sena? Liema proġetti oħra huma ppjanati li jsiru, fejn ser isiru, u kemm hu mistenni li jqumu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8063 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — għajnuna lil kunsilli lokali - użu minn fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif, il-Gvern, u partikularment il-MUESAC, qed igħin lill-kunsilli lokali biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu minn fondi tal-Unjoni Ewropea għall-proġetti lokali? X'tip ta' proġetti partikolari jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-MEUSAC jgħin lill-kunsilli lokali jagħmlu użu minn fondi tal-UE għal proġetti lokali billi: 1. Jgħaddilhom informazzjoni dwar programmi ta’ fondi tal-UE li jistgħu jkunu ta’ interess għall-lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Dan isir permezz ta’ emails, seminars u newsletters u b’kull mezz possibbli. 2. Joffri assistenza teknika lill-kunsilli lokali biex jidentifikaw programmi ta’ interess għalihom u jgħinhom jiddisinjaw il-programm u jimlew l-applikazzjoni. Il-programmi ewlenin li minnhom jistgħu jibbenefikaw kunsilli lokali huma: a) Lifelong learning programme b) Culture Programme c) Media Programme d) Youth in Action Programme e) Europe for Citizens f) Territorial Cooperation Programmes g) ERDF h) ESF i) ENPI j) Life + k) Leader l) Framework Programme 7 m) CIP n) EAFRD o) Urbact p) Public Health Programme q) Grants diretti oħra mill-Kummissjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #8107 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Promotion assessments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser isiru il-promotion assessments fl-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Promotion Assessments ta’ l-Armata jibdew fi żmien li għad irid jiġi determinat wara li jintemm il-proċess tal-promozzjoni li hemm għaddej bħalissa.