Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7900 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

High Rise Buildings

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7410 u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-High Rise Buildings?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8267.
Leg 11 PQ #8057 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Toroq fil-kampanja

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif toroq fil-kampanja, li jgħaqqdu irħula flimkien, jistgħu jingħataw wiċċ bit-tarmac, bħalma ngħatat riċentament it-triq li mir-Rabat twassal għas-Siġġiewi, proprju biex jiġi assigurat li filwaqt li jiġu evitati ħafna ilmenti, il-kunsilli lokali, li m'għandhomx fondi biżżejjed għal dan ix-xogħol ma jibqgħux jiġu akkużati li mhux qed iwettqu dmirhom sew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern hu konxju li jeżistu ċirkostanzi partikolari f’kull lokalità li għalihom il-Kunsill ma jkollux fondi meħtieġa biex jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu dwarhom. Kull lokalità hi differenti u għandha ċirkostanzi partikolari li jeħtieġu rimedji speċjali. Għal dan il-għan, din is-sena, il-Gvern alloka nofs miljun ewro (€ 500,000) bħala Fondi Speċjali għall-bżonnijiet speċjali. Fil-fatt din l-iskema, li l-applikazzjonijiet għaliha jagħlqu fl-aħħar ta’ Mejju 2009, ġiet imnedija u kull Kunsill hu liberu li japplika għal dawn il-fondi.
Leg 11 PQ #8069 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — devoluzzjoni ta' proprjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra u jgħid kemm saru devoluzzjoni ta' proprjetà lill-kunsilli lokali f'Għawdex, kull proprjetà devoluta għaliex qed tintuża u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' kunsilli lokali minn Għawdex għal devoluzzjoni ta' proprjetà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi d-devoluzzjonijiet ta’ propjetà li saru lill-Kunsilli Lokali f’Għawdex u għalxiex dawn qed jintużaw, u lista li turi l-applikazzjonijiet minn Kunsilli Lokali f’Għawdex li għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #8078 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Triq id-Dwejra - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li Triq id-Dwejra, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien wiegħed li se jirranġa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dipartiment ikkonċernat ġibed l-attenzjoni tal-Kunsilli Lokali Rabat.
Leg 11 PQ #8145 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċumnija ta' fabbrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7425 u 7030 u jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7030.
Leg 11 PQ #8278 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises - applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7860 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn Għawdex taħt il -Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises taħt l-ERDF? Kemm hemm fondi Ewropej u fondi nazzjonali allokati għal din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għoxrin proġett ġew sottomessi għall-proġetti li jistgħu jibbenefikaw lil Għawdex. Wieħed mill-proġetti kien sottomess minn operatur Malti. Total ta’ €10 miljun ġie allokat għall-iskema ta’ EU Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises li €8.5 miljun ġejjin minn fondi Ewropej u €1.5 miljun ġejjin minn fondi nazzjonali.
Leg 11 PQ #7263 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Insib

Question

Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 6204 u jgħid: - i) X'inhi r-raguni li l-Gvern waqqaf l-insib għall-gamiema, pluviera, summiena u mlievez meta dawn huma permessi li jiġu kkaċċjati u meta l-Kumitat Ornis qabel li l-insib ta' dawn l-ispeċi ma jikser l-ebda regolament Ewropew u l-Gvern jista' japplika deroga biex dan isir? ii) Skont il-ftehim mal-Unjoni Ewropeja, il-Gvern kellu jagħmel studju biex sal-aħħar tal-2008 jistabbillixxi n-numru ta' għasafar tal-għana li jistgħu jiġu maqbuda mis-selvaġġ. Sar dan l-istudju? Jekk iva, ġie stabbilit kif u min jista' jaqbad dawn l-għasafar? iii) Jista' jgħid fiex wasal l-istudju li qed isir dwar il-migrazzjoni tal-gamiema u s-summiena? Kemm hemm nies /osservaturi li qed jieħdu sehem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li d-direttiva 79 (Birds Directive) tal-Unjoni Ewropea tipprojbixxi kwalunkwe teħid ta’ għasafar mis-selvaġġ fi żmien ir-rebbiegħa l-Gvern ddeċieda li ma jiftaħx l-istaġun ta’ l-insib anke fuq dawn l-ispeċi. L-istudju li ssemma mill-Onorevoli Interpellant jinsab għaddej iżda mhux konkluż. L-istudju tal-migrazzjoni tal-gamiem u summien beda fir-rebbiegħa tal-2007 u mistenni jiġi konkluż sa l-aħħar tal-2009. Hemm 75 osservatur qed jieħdu sehem.
Leg 11 PQ #7459 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

għasafar tal-għana — proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġett li kien qiegħed jsir fuq għasafar tal-għana li jpassu minn fuq Malta u Għawdex u t-tkattir tagħhom għadux għaddej? X'kienu r-riżultati miksuba mill-istess studju s'issa? X'inhuma l-konklużjonijiet li waslu għalihom s'issa? Kif beħsiebu jiżviluppa dan l-istudju? Kemm ġie jiswa dan il-proġett s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nifhem li l-proġett li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu l-proġett ta’ tkattir tal-għasafar tal-għana. Dan il-proġett ilu sejjer għal dawn l-aħħar erba’ snin ġewwa l-Għammieri. Is-sena l-oħra, dan il-proġett beda wkoll f’Għawdex. Bħala riżultati ta’ tkattir tal-għasafar, nista’ ngħid li l-proġett rnexxielu jkattar mis-sitt speċi ta’ għasafar tal-għana mis-seba’ tipi t’għasafar li qed inrabbu ġewwa l-Għammieri. Jidher ukoll li l-proġett qed iservi biex iżid interess fost in-nies rigward it-tkattir u trobbija tal-għasafar. Il-proġett sa issa ġie jiswa’ Euro 41,500 li jkopri bini ta’ guvi fuq żewġ siti waħda Malta u waħda Għawdex, xiri ta’ l-għasafar u żriegħ.
Leg 11 PQ #7844 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Land Registry — użu ta' mapep aġġornati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Uffiċju tal-Land Registry biex dan ta' l-aħħar jibda juża l-mapep (site plans) aġġornati li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern bħalissa qiegħed iħares lejn il-finanzjament tal-MEPA fl-isfond li l-Gvern iqis li din l-Awtorità trid tiġi self-financing. Is-servizzi li l-MEPA tagħti lill-Gvern huma parti mid-diskussjonijiet li għaddejjin f’dan ir-rigward.
Leg 11 PQ #7860 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises - applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn Għawdex taħt il -Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises taħt l-ERDF? Kemm hemm fondi Ewropej u fondi nazzjonali allokati għal din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għoxrin proġett ġew sottomessi għall-proġetti li jistgħu jibbenefikaw lil Għawdex. Wieħed mill-proġetti kien sottomess minn operator Malti. Total ta’ €10 miljun ġie allokat għall-iskema ta’ EU Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises li €8.5 miljun ġejjin minn fondi Ewropej u €1.5 miljun ġejjin minn fondi nazzjonali.
Leg 11 PQ #7866 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — inivzjattivi għal konferenzi

Question

Settur turistiku li Għawdex jista' jgawdi minnu huwa s-suq tal-konferenzi. Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi qed tieħu l-unit tal-konferenzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, biex konferenzi b'mod partikolari dawk ta' daqs żgħir u medju ikunu jistgħu jsiru f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kemm il-unit tal-konferenzi u inċentivi, kif ukoll il-unit dedikat għal promozzjoni ta’ Għawdex, jaħdmu id f’id, biex joħolqu sinerġiji fil-ħidma tagħhom, li minnhom tista’ tgawdi l-gżira t’Għawdex. Għadu kemm ġie ppubblikat ‘GOZO Mini Guide ’ li jinkludi informazzjoni ġenerali u speċifika għas-settur tal-konferenzi u inċentivi. Dan il- Guide Book ser jitqassam għall-ewwel darba mal-pubblikazzjoni Ingliża CIT Travel , fl-akbar fiera tal-Konferenzi u Inċentivi, IMEX li ser tinżamm fi Frankfurt, il-Ġermanja bejn is-26 u d-29 ta’ Mejju. Barra minn hekk, 1000 kopja oħra ser jingħataw lil MTA, biex jintużaw fil-promozzjoni kontinwa ta’ Għawdex li ssir mill-uffiċċji tal-MTA diffużi madwar l-Ewropa. Numru ta’ ġurnalisti jiġu mistiedna mill-MTA biex iżuru l-gżejjer Maltin, bħala parti mill-ftehim li lħaqna, meta nnegozzjajna il- Joint MICE Advertising Campaign għas-sena 2009. Din il-kampanja pubbliċitarja hija ffinanzjata kemm mill-MTA u minn numru ta’ lukandi 5 Star , u r-riklami jidhru fis-swieq prinċipali għall-gżejjer Maltin, li huma l-Italja, l-Ingilterra, l-Ġermanja, Franza, l-Belġju u l-Olanda. Allavolja l-ebda lukanda Għawdxija 5 Star ma aċċettat li tikkontribwixxi finanzjarjament għal din l-inizjattiva ta’ reklamar, xorta qed tingħata importanza lill-gżira Għawdxija fl- advertorials u l- editorials, li ġibna bħala parti mill-pakkett. F’dawn l-artikli u fil-laqgħat mal-ġurnalisti, din il-gżira hija ppreżentata kemm: - bħala destinazzjoni distinta għall-konferenza ta’ daqs żgħir u medju, speċjalment għal laqgħat ta’ livell għoli, bħal Executive Board meetings ta’ kumpaniji kummerċjali internazzjonali, - kif ukoll, bħala estensjoni għal programmi li jiġu organizzati ġewwa lukandi jew swali tal-konferenzi f’Malta. Barra minn hekk, l-MTA toffri għajnuna finanzjarja lill-aġenti speċjalizzati f’dan is-settur, meta dawn jorganizzaw żjara edukattiva għal numru ta’ aġenziji u kumpaniji kummerċjali, biex iħajruhom jikkunsidraw il-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni addattata għall-konferenzi jew inċentivi. Waħda mill-kundizzjonijiet li l-MTA timponi fuq l-aġenti lokali biex igawdu mis-sussidju, hi li jinkludu żjara lil Għawdex, dejjem jekk il-ħin u t-temp ikun jippermetti. Kull sena, il- unit tal-konferenzi u inċentivi jikkoordina u jkun preżenti fuq l-i stand li tippromwovi l-gżejjer Maltin, fil-fieri u workshops internazzjonali u speċjalizzati f’dan is-settur li jinkludu: Confex, Londra, Frar Confec Red, 2009 Malta, Frar Taste of Malta, 2009 Londra, Marzu Meedex, Parigi, April IMEX, Frankfurt, Mejju Shock the Monkey, Italja, Mejju EIBTM, Barcelona, Dicembru Il-Gżira t’Għawdex hi ppreżentata bħala l-ġojjell fil-kuruna tal-arċipelagu Malti, waqt il-preżentazzjonijiet li jsiru lil gruppi li jiġu fuq l-i stand u anke waqt il-laqgħat individwali li jkollna ma’ min jinfluwenza id-deċiżjoni fuq l-għażla ta’ destinazzjoni għall-konferenzi u inċentivi.
Leg 11 PQ #7867 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta u Għawdex — prodott turistiku - fondi għar-riżorsi umani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti, kemm b'fondi nazzjonali u fondi Ewropej, hemm maħsub bħala viżjoni fit-tul fuq il-prodott turistiku kemm f'Malta u f'Għawdex fl-aspett tar-riżorsi umani u dan sabiex nibqgħu niffukaw fuq il-ħtieġa li Malta u Għawdex ikunu dejjem aktar destinazzjonijiet li joffru valur tajjeb għall-flus li jħallsu t-turisti biex jiġu fostna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Taqsima għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani fl-Industrija fi ħdan l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, tinvesti fi proġetti ta’ taħriġ u motivazzjoni ta’ nies li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu, u biex tattira persuni sabiex jagħżlu l-industrija tat-turiżmu bħala karriera b’bosta prospetti. Dan isir bi proġetti u attivitajiet varji f'Malta u f'Għawdex fl-oqsma ta’ Taħriġ u Żvilupp tar-Riżorsi Umani, u l-Promozzjoni ta’ l-Impjiegi fit-Turiżmu u l-Edukazzjoni bħal: 1. Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea I. FSE 7 – Tourism and Support Services Training Programmes (Merħba); II. FSE 2.11 – Developing Leaders for Change and Innovation in Tourism ; III. Applikazzjoni għall-Proġett mill-FSE ‘Retaining and Attracting People within Tourism through Diversity Management’ 2. Proġetti ffinanzjati b'fondi nazzjonali I. Seminars u Workshops II. Tourism In-Service Programme għall-għalliema; III. Il-programm CHOICE ; IV. ‘L-Impjegati’ – Documentary style TV series ; Tourism Career Week f’Għawdex

Ħal Qormi — Ġnien li kien jagħmel parti mill-Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta ħarget il-permessi għal bini tal-ġnien li fl-antik kien jaghmel parti mill-Għassa tal-Pulizija, Ħal Qormi u li nbniet fiż-żmien il-kavallieri, ħadetx in konsiderazzjoni li wara dan il-bini li qed ikun żviluppat hemm bini ieħor li huwa parti mill-binja antika ta' l-għassa u għaldaqstant ħaditx il-prekawzjonijiet meħtiega biex dan ma jiġġarrafx? Jekk iva, x'għamlet? Jekk le, x'se tagħmel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onervoli Interpellant li l-permessi li nħarġu mill-MEPA fuq is-sit imsemmi f’PQ 8031 jinkludu permess ‘outline’, fl-applikazzjoni PA 3848/04, u permess ieħor ‘full’ fl-applkazzjoni PA 2840/06. L-Awtorità kienet konxja mill-preżenza ta’ bini ta’ valur kulturali fuq wara tal-binja proposta, tant li waqt il-proċess ta’ l-applikazzjoni ‘outline’ ġew konsultati kemm il Kumitat Konsultattiv għal Wirt Kulturali kif ukoll is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Minħabba li l-bini propost ma kienx jirrikjedi twaqqiegħ ta’ bini eżistenti ta’ valur kulturali ma nstabx oġġezzjoni għat-talba. Filwaqt li l-istabillità strutturali hija responsabbiltà tal perit inkarigat mix-xogħol, ġiet imponuta kundizzjoni mall-permess PA 2840/06 sabiex il ħajt li jħares fuq il-bitħa biswit sala antika ta’ valur, fuq il-proprjetà adjaċenti mas-sit, jiġi trattat sabiex inaqqas l-impatt negattiv viżiv fuq il-madwar. Wieħed tajjeb jinnota li ħareġ ukoll permess ta’ żvilupp fuq is-sit adjaċenti (PA 2397/07), li jinkludi l-imsemmi bini ta’ valur kulturali, fejn jimponi garanzija bankarja ħalli jassigura li dan il-bini jiġi miżmum, integrat u kkonservat.
Leg 11 PQ #8064 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Sirens FC - ground bit-turf

Question

Billi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar identifikat is-sit fejn hemm il-ground tal-football tas-Sirens FC bħala post li fih għandu jkun hemm parking area pubblika, jista' l-Prim Ministru jagħti l-għajnuna tiegħu biex il-Gvern jikkontribwixxi fil-bini ta' dan il-car park għaliex din id-deċiżjoni qegħda żżomm lill-klabb milli jkun jista' jibda l-programm li bih ikun jista' jagħmel il-wiċċ tal-ground bit-turf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8095 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali eletti — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilliera li ġew eletti f'kull elezzjoni li saret tal-kunsilli lokali sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #8098 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — segretarju eżekuttiv - informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu is-Segretarji Eżekuttivi ta' kull kunsill lokali sa mit-twaqqif tagħhom sal-lum u jgħid ukoll il-perijodu li fih servew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #8101 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilliera li rriżenjaw — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsillieri li rriżenjaw mill-kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-perijodi li servew ta' kunsilliera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8221 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — siti tal-marinas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid billi numru sew mis-siti mħabbra għall-użu tal-marinas huma differenti minn dawk li kienu identifikati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-snin 90, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi l-opinjoni tal-Awtorità dwar is-siti identifikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8245 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7316 u 6756 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6756.
Leg 11 PQ #8248 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — passenger terminal

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6756, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fl-20 ta’ April, 2009 qal li l-applikazzjoni għall-bini ta’ passenger terminal fiċ-Ċirkewwa kienet se tiġi sottomessa fil-ġimgħat li ġejjin taħt is-sejħa ristretta għall-Cohesion Funds, meta fl-istess tweġiba kompla jgħid li din is-sejħa fetħet fid-9 ta’ Marzu u kienet diġà għalqet fis-17 ta’ April, 2009? Jista’ jpoġġi kopja ta’ din is-sejħa ristretta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.