Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8407 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — numru ta' vakanzi f'kull grad

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vakanzi f'kull grad ta' impjegati fis-Servizz Ċivili? Kemm huwa n-numru ta' impjegati fis-Servizz Ċivili fil-grad ta' clerk, senior clerk, executive officer, assistant principal, principal, senior principal, assistant director, officer in scale five, director, officer in scale four, director general, officer in scale three? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vakanzi fil-gradi tas-Servizz Pubbliku mhuwix fiss, iżda jinbidel kontinwament skont l-esiġenzi tas-Servizz. In-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku fil-gradi kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kf jidhru hawn taħt: Grad/Pożizzjoni Irġiel Nisa Total Direttur Ġenerali 28* 7 35 Uffiċjal fi Grad 3 1 0 1 Direttur 75 27 102 Uffiċjal fi Grad 4 9 1 10 Assistent Direttur 124 28 152 Uffiċjal fi Grad 5 65 9 74 Uffiċjal Prinċipali Anzjan 100 75 175 Uffiċjali Prinċipali 363 191 554 Assistent Uffiċjal Prinċipali 158 362 520 Uffiċjal Eżekuttiv 129 426 555 Skrivan Azjan 241 500 741 Skrivan 442 593 1035 Total 1735 2219 3954 * Jinkludi wkoll persuna fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali Designate
Leg 11 PQ #8408 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal Director General, Directors u Assistant Directors

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjonijiet għal mili ta' vakanzi fil-post ta' Director General, Director u Assistant Director fis-Servizz Ċivili minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm applikazzjonijet għal kull post ta' director general, director, u assistant director fid-dipartimenti li għalihom saru sejħiet għall-applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli ‘A’ u ‘B’ li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #8409 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Media officers impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Media Officers impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu is-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hemm żewġ Media Officers impjegati mal-Ministeri: waħda fil-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u l-oħra fis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. It-tnejn huma nisa, u mħallsin fuq il-massimu ta’ skala ta’ salarju 7. Barra dawn, kull segretarjat privat tal-Ministri u Segretarji Parlamentari għandu uffiċjal tal-Komunikazzjoni.
Leg 11 PQ #8426 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8428 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8131, 7703 u 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8131.
Leg 11 PQ #8450 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7922 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8453 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7571 u jgħid kemm kien l-ammont ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2008? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar u maqsuma taħt it-tliet bordijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett tabelli li jagħtu l-figuri mitluba. Tabella A hija dwar applikazzjonijiet li telgħu quddiem il-Kummissjonijiet għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp u l-persentaġġ tal- overturning fl-ewwel deċiżjoni. Tabella B huma applikazzjonijiet li telgħu quddiem il-Kummissjonijiet għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp u l-persentaġġ tal- overturning f'rikonsiderazzjoni. Tabella C hija ġabra tat-totali ta’ l-applikazzjonijiet li telgħu quddiem il-Kummissjonijiet għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp tul l-2008 u l-persentaġġ ta’ overturnings bħala medja.
Leg 11 PQ #8468 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cameras tat-traffiku — ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8227 u 8045 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastrattura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet fl-ewwel tliet xhur tas-sena minn kull waħda mill-cameras tat-traffiku? Jista’ jagħti l-figuri xahar b’xahar u jgħid ukoll kemm ingħataw ċitazzjonijiet is-sena li għaddiet fl-istess xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #8469 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenzi f'Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7866 li kienet tirrigwarda inizjattivi għal konferenzi f'Għawdex u fejn intqal li għadu kemm ġie pubblikat "Gozo Mini Guide" li jinkludi informazzjoni ġenerali u speċifiku għas-settur tal-konferenzi u inċentivi, jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub mill-Onor Interpellant.
Leg 11 PQ #8486 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

nuqqas ta’studenti barranin li jiġu Malta biex jitgħallmu l-Ingliż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Federation of English Language Teaching Organisations Malta dwar kif tista' tingħata għajnuna biex ma jkomplix in-nuqqas ta’studenti barranin li jiġu Malta biex jitgħallmu l-Ingliż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Segretarjat Parlamentari tat-Turiżmu jiltaqa’ mal-FELTOM regolarment. Matul dawn il-laqgħat jiġu kkunsidrati u diskussi affarijiet li jħallu impatt, pożittiv jew negattiv, fuq dan is-settur hekk importanti. Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu jsegwi dawn il-laqgħat b’azzjoni mmirata biex tindirizza l-punti li jitqajmu waqt dawn il-laqgħat. Hekk biex nagħti eżempju, wara li l- FELTOM u operaturi turistiċi oħra qajmu il-punt fuq il-ħruġ ta’ Visas, saru laqgħat mas- Central Visa Unit fejn ġew iċċarati numru ta’ punti u maqbula soluzzjonijiet.
Leg 11 PQ #5411 Sitting 112 2009-05-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ċentri privati - IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3980 u 2979 u jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini humiex kollha aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8126 Sitting 112 2009-05-13 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

għajnuna u sapport għas-settur turistiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7205 u jgħid kemm huwa mbassar li jżuruna turisti matul is-sena 2009? Il-gvern qed jippjana xi għajnuna u sapport għal dan is-settur ħalli r-riċessjoni internazzjonali ma taffettwax lil din l-industrija? Kemm hemm proġetti turistiċi ġodda għal matul is-sena 2009? Kemm huwa l-baġit tal-Gvern biex jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-industrija tat-turiżmu internazzjonali għaddejja minn żmien diffiċli kawża tar-riċessjoni globali. F’dawn iċ-ċirkostanzi huwa diffiċli wieħed jagħmel tbassir. Il-Gvern żied il-baġit tal-MTA bi tlett miljun u nofs euro għas-sena 2009 u permezz tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, kontinwament jistħarreġ u jimplimenta miżuri sabiex jaġevolaw lis-settur. Il-Gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu qed iwettaq numru ta’ inizjattivi li għandhom iħallu impatt pożittiv fuq l-industrija. Fost dawn ta’ min isemmi: l-moratorju ta’ sena fuq ħlas ta’ pagamenti kapitali lill-banek mil-lukandi, l-iskema ta’ sussidju fuq l-imgħax għall-self intiż għal proġetti ta’ tiġdid jew estenzjonijiet ta’ lukandi, l-iskema ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea għall-Intrapriżi turistiċi, skema ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea għat-taħriġ għal min jaħdem fl-industrija u numru ta’ proġetti oħra f’diversi lokalitajiet. Maltul l-2009 il-fondi li għandha l-MTA għall-marketing tal-Gżejjer Maltin huwa ta’ ftit inqas minn wieħed u għoxrin miljun euro.
Leg 11 PQ #8127 Sitting 112 2009-05-13 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti — sigħat tax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7202 u jagħti rapport ta' x'inhu mistenni li jkun ix-xogħol li għandhom il-konsulenti li għandhom f'kull ministeru? Huma marbutin ma sigħat ta' xogħol jew ħidma produttiva? Il-ħlasijiet tagħhom huma fissi jew ivarja skond il-ħin li jagħtu fil-konsulenza tagħhom? Il-ħlas huwa miftiehem minn qabel jew dawn jibagħtu l-kont wara li jlestu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7964 Sitting 111 2009-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l -Prim Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miltuba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #4523 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa f'safar

Question

Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4012, 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4761.
Leg 11 PQ #6537 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power station ta' Delimara — Emissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-emissjonjiiet mill-power station ta' Delimara matul is-sena 2008 u fis-sena 2009 sal-lum, partikolarment dwar particulate matter li spiss nirreferu għalih bħala trab fin? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Statement of Defence tal-4.8.08 li Malta bagħtet lill-Unjoni Ewropea bi tweġiba għall-infringement 2006/2407 li jikkonċerna d-direttiva 2001/80/KE tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni u dan b'rabta ma' l-operazzjoni ta' l-impjant ta' l-istim Fazi Nru 1 tal-power station ta' Delimara u tal-power station tal-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6905.
Leg 11 PQ #6740 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power station ta' Delimara — Emissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6537 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-emissjonjiiet mill-power station ta' Delimara matul is-sena 2008 u fis-sena 2009 sal-lum, partikolarment dwar particulate matter li spiss nirreferu għalih bħala trab fin? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Statement of Defence tal-4 ta' Awissu 2008 li Malta bagħtet lill-Unjoni Ewropea bi tweġiba għall-infringement 2006/2407 li jikkonċerna d-direttiva 2001/80/KE tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni u dan b'rabta ma' l-operazzjoni ta' l-impjant ta' l-istim Fazi Nru 1 tal-power station ta' Delimara u tal-power station tal-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6905.
Leg 11 PQ #7289 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-Hexagon house

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xtratx l-uffiċċju Hexagon House mill-fondi tagħha jew irrikorrietx għall-fondi mill-banek?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7693.
Leg 11 PQ #7410 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

High Rise Buildings

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-high rise buildings?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8267.
Leg 11 PQ #7891 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

twaqqif ta' bord tal-appell — oggezzjonijet fuq art mhix inkluża fl-iskemi tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitwaqqaf il-bord tal-appell li kellu jsir sabiex jindirizza l-oġġezzjonijiet ta' dawk li l-art tagħhom ma ġietx inkluża fl-isklemi tal-bini meta sar l-ischeme rationalization excercise?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3962.