Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8269, 8023 u 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċini tal-Hexagon House bdew jintużaw min-nofs l-2008 mill-MEPA. Bħala parti minn proċess li tiġi stabbilita proċedura ta’ evakwazzjoni, il-management qiegħed iħejji proċedura, liema proċedura qiegħda preżentament tiġi diskussa mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq is-saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.
Kif din il-proċedura ta’ evakwazzjoni tkun approvata, jibdew isiru sessjonijiet ta’
training
u
drills
. Ta’ min isemmi li xi membri għadhom kemm ġew iċċertifikati
First Aiders
u
Fire Fighters
. Dawn se jkollhom sehem kruċjali fil-
fire drills
bil-għajnuna wkoll ta’ entitajiet esperti f’dan ir-rigward.
Għaldaqstant għadhom ma saru l-ebda
fire drills
. L-istess jista’ jingħad fuq l-uffiċini ta’ St Francis Ravelin.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 7529 dwar servizzi tal-ajru bejn l-ajruport ta’ Malta u
Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ħalla dan is-servizz wieqaf u ma fetaħx sejħa għal
public service
contract
? Meta mistenni li tinfetaħ din is-sejħa?
Jista’ l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8024 u jgħid kemm
cruise tourists
mistennija jżuru Għawdex din is-sena u fis-sentejn 2010 u 2011?
Jista' l-Prim Mininstru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni strateġika min-naħa tal-Gvern (suġġetta għall-konsultazzjoni) biex il-Parlament jibqa' kif originarjament maħsub li jsir fis-sit tal-ex opera house?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — enforcement notice
Question
Jista' l-Prim Ministru jindika kemm suppost jgħaddi żmien minn meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ enforcement notice għal meta tittieħed azzjoni mill-istess awtorità jekk l-ordni tagħha tkun ġiet injorata?
B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi spezzjoniet fuq l-impjanti kollha li jaħżnu ż-żejt fl-akwati tal-Marsa/l-Blata l-Bajda u fil-preżent qegħda tittieħed azzjoni biex jiġi aċċertat l-aktar mod effettiv biex neliminaw l-irwejjaħ, liema azzjonijiet mhux neċessarjament limitati għal infurzar.
Fir-rigward ta' permessi ta' l-
Integrated Pollution Prevention and Control
(IPPC) li għandhom x'jaqsmu ma pproċessar u ħażniet ta' żejt li jinstabu fl-inħawi tal-Marsa, kienu saru dawn l-applikazzjonijiet hawn taħt imsemmijin:
Inċineratur (għal skart perikoluż
u skart tal-biċċerija) - Il-permess ħareġ f'Diċembru 2007.
Falzon Waste Oils - L-applikazzjoni ġiet sottomessa f'Lulju 2008. Din l-applikazzjoni waslet għall-fażi ta' konsultazzjoni mal-pubbliku.
Marsa
Power Station
- Ittieħdiet deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni f'Marzu 2009.
MOBC (ħażna u tqassim ta’ żjut magħrufa bhala
fuel oil
u
gas oil) -
Din l-applikazzjoni qegħda għand l-applikant u għandha tiġi sottomessa lill-MEPA fil-jiem li ġejjin.
EORC
(Biodiesel)
- Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa f'Mejju 2008 u qegħda tiġi pproċessata mill-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Libjani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Tuneżini li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal “other”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Eġizzjani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal “other”.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Palestinjani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu zgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal “other”.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7703 u 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi.
B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti.
Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan kien għamel rapport lill-pulizija u s-sidien ġew imġegħla jtellgħu ħajt sabix il-pubbliku ma jidħolx f’dan il-bini abbandunat.
Madankollu ser jerġa’ jsir rapport lill-pulizija sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7694 u jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7694.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7510, peress li fit-tweġiba datata 1 ta' April, il-Prim Ministru ta l-impressjoni li ma jafx fuqiex qed issir mistoqsija parlamentari 7510, nixtieq nirreferih għal mistoqsija parlamentari 6731. Filwaqt li fil-Parlament fit-23 ta' Marzu, il-Ministru responsabbli wieġeb li l-informazzjoni mitluba għal mistoqsija parlamentari 6731 qed tinġabar (u s'issa din baqgħet ma ġietx imwieġba), kważi l-informazzjoni kollha mitluba fil-mistoqsija parlamentari kienet pubblikata fil-ġurnal The Times fil-ħarġa tat-3 ta' Marzu, fejn il-ġurnalist indika li kiseb l-informazzjoni mingħand ir-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan l-atteġjament fil-konfront tal-ħidma parlamentari tad-deputati fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni huwiex aċċettabbli għalih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-artiklu li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalih, ma jinkludix informazzjoni kollha mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari 6731, inkluż informazzjoni dwar liema proġetti rċevew finanzjament u kif kienet maqsuma l-kontribuzzjoni ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-rotot tal-ajru operati lejn Malta mill-pajjiżi differenti mill-2004 'l hawn u minn liema linja tal-ajru sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant diġà hija kollha pubblikata u tista’ tinkiseb faċilment mir-Rapporti Annwali tal-MIA li jinstabu fis-sit tal-internet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, www.maltairport.com
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew persuni miċ-Ċina, mir-Russja u pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea mill-2004 'l hawn biex jitgħallmu l-Ingliż f'Malta sena b'sena, nazzjonalità b'nazzjonalità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi n-National Statistics Office ma jippubblikax informazzjoni fuq iċ-Ċina.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8133 u 7694 u jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7694.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 7796, jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar:
(a) Fuq liema kwalifiki u kriterji dawn l-individwi intgħażlu għal dawk il-pożizzjonijiet u benefiċċji?
(b) Jekk qabel ma ntgħażlu saritx sejħa interna għal individwi oħra fl-istess
rank
sostantiv tagħhom sabiex japplikaw għal dak ix-xogħol?
(c) Min kien finalment responsabbli għal dawk l-għażliet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-każ ta’ Commander Detention Services, Acting SOI Air and Maritime Operations u Acting Commanding Officer Maritime Squadron l-għażla sabiex jimtlew dawn l-appointments kienet ibbażżata fuq l-esperjenza u l-kwalifiki relatati ma’ l-appointment konċernat. Fil-każ ta’ l-għażla tal-Aide de Camp din issir mill-Uffiċċju tal-President wara li jiġu ppreżentati lilu numru ta’ kandidati disponibbli biex jimlew il-post.
Fir-rigward ta’ (b) m’hiex prattika militari li toħroġ sejħa nterna sabiex jimtlew dawn l-
appointments
. Il-prerogattiva hija tal-Kmand tal-FAM li jikkonsidra persuna għandhiex il-ħiliet neċessarji biex taqdi doveri speċifiċi fl-interess tas-servizz.
Fir-rigward ta’ (c) il-Kmand tal-FAM, bl-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, huwa responsabbli biex jagħmel dawn l-għażliet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern, nies b'kuntratt (jew li kellhom il-kuntratt imġedded) matul is-sena 2008 sal-lum? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu s-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u kemm minnhom għandhom iktar min 61 sena?