Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema – Sejħa għal żvilupp tax-Chalet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa MSPP/02/2022 li għalqet fil-15 ta’ Marzu 2023 ‘Concession for the regeneration and design, management, operation, maintenance and transfer back of the Ex-Chalet site, Sliema as a Superior Quality Catering and Entertainment Establishment’ u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din l-istess sejħa u meta hu maħsub li jingħalaq u jinbeda x-xogħol mitlub?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16668 u jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandu fis-seħħ l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Belt Valletta – sejħa għal żvilupp ta’ Evans Building

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa MSPP/02/2022 li għalqet fit-28 ta’ April 2023 ‘Concession for the regeneration and design, management, operation, maintenance and transfer back of the Evans building (Valletta) site as a superior quality tourism accommodation establishment’ u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din l-istess sejħa u meta hu maħsub li jingħalaq u jinbeda x-xogħol mitlub?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra, ninsab ukoll infurmat li hadd minn dawn ma jipprattika professjoni privatament. Għal aktar tagħrif nirreferi ukoll lill-Onor . Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 391.

Ġnien b’tifkira ta’ Jean Paul Sofia

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11189 fejn intqal: “Il-familja ta’ Jean Paul Sofia kienet esprimiet ix-xewqa li fuq is-sit tal-inċident isir ġnien. Il-Gvern huwa miftuħ għal din l-idea.” Jista’ l-Prim Ministru jiċċara: a. Meta ser jibda jippjana mal-familja ta’ Jean Paul Sofia biex jibda x-xogħol fuq dan il-ġnien? b. Meta hemm il-ħsieb li x-xogħol fuq dan il-ġnien ikun lest u inawgurat? ċ. Jekk dan il-ġnien hux ser ikollu xi siġar fih?

Response (ABELA, ROBERT)

L-impenn tal-gvern li dan il-ġnien isir huwa ċar, kif jirriżulta mid-dettalji li ngħataw fis-seduta nru 213 li nżammet fid-29 ta’Frar 2024.

Sejħa pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għandux il-ħsieb li jieħu inizjattiva simili għal dik li l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ħarġet snin ilu ta’sejħa pubblika biex persuni juru espressjoni ta’ interess biex iservu fuq bordijiet pubbliċi, ħalli nies kwalifikati u b’esperjenza f’ċerti oqsma jkollhom l-opportunità juru interess u fl-istess ħin il-Gvern ikollu database ta’ nies interessati, kwalifikati u ta’ esperjenza?

Response (ABELA, ROBERT)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qed tħawwad dak li kien intqal li se jsir ma dak li ġara fir-realtà. Fil-fatt ma kien hemm l-ebda tibdil fil-proċeduri tal-ħatra tal-bordijiet.

Ġieħ ir-Repubblika — Kriterji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom persuna tingħata Ġieħ ir-Repubblika u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura u xi scoring sheets li jintużaw f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-kandidati għal unuri u dekorazzjonijiet stabbiliti permezz tal-Att dwar Ġieh ir-Repubblika (Kap. 251) jiġu proposti mill-Kumitat tan-Nomini mwaqqaf skont artikolu (18) tal-istess liġi.

Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-American University of Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11891 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li hemm li jirregolaw il-ftehim bejn il-Gvern u l-American University of Malta (AUM) ġaladarba l-art li qed tokkupa din l-Università hija art pubblika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti rreġistrati bħalissa fl-AUM?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat, nirreferiha ukoll għal-mozzjoni nru 59 ta’ dan il-Parlament.

Monument lil Daphne Caruana Galizia

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jibdew it-taħdidiet mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia biex isir monument għal din il-ġurnalista Maltija, assassinata u ta’ fama dinjija? Jista' jgħid ukoll: a. Fejn ser isir dan il-monument? b. Meta ser jinbeda x-xogħol fuq dan il-monument? ċ. Min ser ikun l-artist/a? d. Meta ser jiġi inawgurat?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor..Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11200.

Karin Grech u Raymond Caruana — Inkjesti pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex jibda inkjesti pubbliċi separati fuq il-qtil ta’ Karin Grech u Raymond Caruana biex il-pajjiż ikun jista’ jibda jagħmel rikonċiljazzjoni ma’ din il-memorja kollettiva trawmatika u jiġu stabbiliti miti u fatti?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid: • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li ninsab nfurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Għajnuna lil gazzetti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat għajnuna lill-gazzetti stampati tul dawn l-aħħar sentejn, liema għajnuna kienet intenzjonata biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-karta fis-suq internazzjonali? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hija l-eqdem gazzetta f’Malta, (l-ewwel edizzjoni ħarġet f’Settembru tal-1928) li fuq skala nazzjonali għandha udjenza akbar minn uħud mill-gazzetti li ħadu l-għajnuna, qatt ma gawdiet minn dawn l-għotjiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6650.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandu fis-seħħ l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Employee Sapport Programme – Taħriġ fl-emotional aspects of retirement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15161 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fl-Emotional Aspects of Retirement offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15600.

DIER — Policy li tirregola l-imġieba u etika korretta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg (DIER), bħala korp regolatorju, għandux policy li tirregola l-imġieba u etika korretta ta’ Uffiċjali ta’ trade unions, teħid kont tar-rwol pubbliku li tali uffiċjali għandhom? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux se tiġi formulata tali policy?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

MCESD – Persuni akkużati u/jew misjuba ħatja ta' reat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni akkużati b’aġir kriminali u/jew instabu ħatja ta’ reat, li qed jokkupaw siġġu madwar il-Mejda tal-Malta Council for Economic and Social Development (MCESD)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Crisis Support tal-Employee Support Programme

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15155, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħħa u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li għamlu użu mill-Crisis Support tal-Employee Support Programme mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li servizz ta’ ‘crisis support’ huwa terminu speċifiku li jfisser każijiet ta’ saħħa mentali urġenti eż. Attentat ta’ suwiċidju. L-Employee Support Programme (ESP) mhuwiex servizz ta’ ‘crisis support’ minħabba li mhuwiex drop-in service (24/7). L-ESP joffri ‘crisis intervention’ li, kif spjegat fuq il-website esp.gov.mt, huma sessions dedikati lil dipartimenti wara inċidenti kritiċi jew trawmatiċi ez. Sessions offruti lil uffiċjali tal-korpi dixxiplinati. L-ESP joffri wkoll servizzi ta’ sapport aktar ġenerali li huma l-ewwel kuntatt tal-impjegat mal-ESP. Hawnhekk, l-impjegat jiddiskuti mal-professjonist l-issue li għandu (kemm jekk hija personali jew relatata max-xogħol tiegħu) u jibda jingħata għajnuna kif meħtieġ.

Ħaddiema — Sapport psikoloġiku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15156 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li kienu riferuti għal sapport psikoloġiku mill-Managers jew Kapijiet tad-Dipartimenti fejn jaħdmu mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema li għamlu użu bla ma kienu riferuti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat kif ġej: Sena Nru Totali ta’ Klijenti Voluntarju Formali Riferuti mill-Medical Board 2013 141 N/A N/A N/A 2014 139 N/A N/A N/A 2015 108 N/A N/A N/A 2016 163 N/A N/A N/A 2017 184 149 35 N/A 2018 239 195 44 N/A 2019 310 262 48 N/A 2020 348 306 42 N/A 2021 429 357 55 17 2022* 400 343 50 7 2023 430 385 40 5 *2022 – Totali aġġornati mir-ripsota mogħtija għal PQ Nru 4240 minħabba li data tal-aħhar tas-sena kienet għadha qed tiġi aġġornata meta il-PQ ġiet imwieġba.

Ħaddiema li għamlu talba biex jidhru quddiem il-medical board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15157 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li għamlu talba biex jidhru quddiem il-medical board mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat kif ġej: Sena Numru ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ġew riferuti 2018 204 2019 193 2020 146 2021 179 2022 136 2023 105 Ninsab nfurmat ukoll li l-Bord Mediku beda jaqa’ taħt il-People and Standards Division fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fis-sena 2018.

Employee Sapport Programme – Taħriġ offrut lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15158 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mogħti lili fuq l-Mejda tal-Kamra.