Università ta' Malta — studenti li jistudjaw il-liġi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti preżentement jistudjaw il-liġi fl-Università ta’ Malta u tagħti d-dettalji ta' kemm hemm studenti sena b’sena? Tista’ tgħid x’inhuma l-kwalifiki rikjesti sabiex wieħed jibda l-kors tal-liġi? Tista’ tgħid kif persuna tikkwalifika bħala mature student? Tista’ tgħid kemm hemm mature students fil-kors tal-liġi sena b'sena? Tista’ tgħid min huma l-lecturers kemm dawk part-time kif ukoll full-time fil-kors tal-liġi u min minnhom għandu t-titlu ta’ professur jew associate professor? Tista’ tgħid min hu d-Dean attwali tal-Fakultà tal-Liġi? Jidhrilha li l-kwalifiki rikejsti sabiex wieħed jibda kors tal-liġi huma baxxi ħafna, speċjalment meta komparati mal-kwalifiki rikjesti f’korsijiet oħrajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il social impact assessment sar tul dawn l-aħħar 23 sena? Kemm ġew jiswew? Min ikkumissjonahom u għal liema raġuni kienu ġew kummissjonati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il educational impact assessment sar tul dawn l-aħħar 23 sena? Kemm ġew jiswew? Min ikkummissjonahom u għal liema raġuni kienu ġew kummissjonati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn barranin, kemm li ġejjin mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minbarrra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li jaħdmu fl-industrija tal-bini u li għandhom permess biex jagħmlu dan? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn il-barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm barranin li ġejjin minn barra mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom permess biex jaħdmu f'Malta u Għawdex? F'liema settur jistgħu jaħdmu dawn u minn liema pajjiż ġejjin dawn il-ħaddiema li għandhom permess biex jagħmlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ items politiċi fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2008, l-2009 u l-2010, sena b’sena b’mod separat, li kienu jikkoncernaw lill-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, lill-Prim Ministru bħala Kap tal-PN, lill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, lill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari, lill-Assistenti Parlamentari u lill-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ intervisti mal-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Prim Ministru bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, mal-Ministri u mas-Segretarji Parlamentari, mal-Assistenti Parlamentari u mal-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista, li kienu mxandra fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2008, l-2009 u l-2010, sena b’sena b’mod separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm fil-każ tal-infringement notice mill-Unjoni Ewropea dwar it-tnaqqis mill-pensjoni lokali jekk individwu jkollu ukoll pensjoni tas-servizz Ingliz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S ’issa l-Kummissjoni Ewropea bagħtet Ittra ta’ Notifika Formali lil Gvern Malti dwar il-mod ta’ kif dawn il-pensjonijiet huma ikkunsidrati fil-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali Maltija.
Il-Gvern Malti kien ngħata sal-aħħar ta’ Jannar 2011 biex ikun jista’ jwieġeb lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-każ u fil-fatt il-Gvern diġà bagħat it-tweġiba u spjega ta’ kif qed jaderixxi mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropeja f’dan ir-rigward.
Il-Kummissjoni qegħda bħalissa tikkonsidra it-tweġiba tal-Gvern Malti fil-kuntest tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurta’ soċjali sabiex tiddeċiedi dwar il-każ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni ġew impjegati mal-Public Broadcasting Services matul din is-sena, b'liema kundizzjonijiet, f'liema impjiegi, b'liema kwalifiki u x'tip ta' proċeduri ta' reklutaġġ intużaw biex jiġu impjegati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena ġew impjegati 3 Sales Persons b’sejħa pubblika fuq kuntratt definit. ETC Permit 205/2010 MPO/70/2005/04.
studenti li jattendu fi skola differenti mil-lokalità tagħhom
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' sħiħa ta' kemm tfal f'kull skola primarja statali f'Malta jattendu kindergarten u skola primarja mhux fil-lokalità fejn jgħixu, f'liema klassi jattendu u x'inhuma r-raġunijiet li jattendu l-iskola fejn jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
kindergarten u iskejjel primarji statali — studenti
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' tal-kindergarten u skejjel primarji statali ta' Malta li turi kemm f'kull wieħed/waħda minnhom jattendu tfal li ma jgħixux fil-lokalità fejn tinsab l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Proċeduri biex studenti jattendu fi skola differenti mil-lokalità tagħhom
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-proċeduri u l-mekkaniżmu li bihom ġenituri japplikaw biex jibagħtu lill-uliedhom f'kindergarten u fi skola statali primarja f'lokalità differenti minn fejn jgħixu u tgħid min jiddeċiedi kull applikazzjoni u kif id-deċiżjoni tinkwadra fl-Att tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ġenituri li jixtiequ jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skola f’lokalità differenti minn fejn joqogħdu jridu japplikaw fl-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ fejn jixtiequ jibagħtu lil uliedhom. Kull applikazzjoni tiġi evalwata bejn il-Prinċipal u d-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi. L-ewwel dritt għal postijiet fl-iskejjel tal-Istat huwa tat-tfal li jgħixu fil-lokalità fejn hemm l-iskola. Jekk fi skola hemm biżżejjed spazju biex jilqgħu dawn it-talbiet, it-tfal ikunu aċċettati, tkun xi tkun ir-raġuni. Ir-realtà hi li għandna numru ta’ skejjel li jifilħu biss in-numru ta’ tfal ta’ dik il-lokalità. Jekk jifdal xi ftit postijiet jintużaw dawn il-kriterji (u f’din l-ordni):
1. Jiġu aċċettati tfal li għandhom l-aħwa diġa’ fl-iskola (sabiex tiġi ffaċċilitata l-ħajja tal-familja u t-tfal imorru l-istess skola)
2. Jiġu aċċettati t-tfal tal-istaff tal-iskola u l-Kulleġġ.
3. Jiġu aċċettati tfal li l-ġenituri tagħhom ikollhom raġunijiet validi għat-trasferiment konness ma’ post ta’ xogħol u/jew trobbija ta’ tfal.
4. Jiġu aċċettati tfal b’raġunijiet oħra.
Genituri li applikaw biex studenti jmorru fi skola differenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm matul din is-sena kien hemm ġenituri li applikaw biex jibagħtu lil uliedhom f'kindergarten u fi skola primarja statali differenti minn fejn jgħixu huma? Għal liema kindergarten u skola primarja statali applikaw? Kemm minnhom ġew aċċettati u f'liema kindergarten u skola? Kemm minnhom ġew rifjutati u għal liema kindergarten u skola kienu applikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid, f’Malta u f’Għawdex separatament, kemm kien fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn:
a) Il-
labour supply
; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) in-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika, u
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid b’kollox kemm huwa mifhum li kienu jaħdmu Maltin fil-Libja sakemm feġġet il-kriżi hemmekk? Kemm minnhom hu mifhum li kienu jaħdmu ma' kumpaniji b’investiment Malti, kif ukoll kemm minnhom kienu jaħdmu ma' kumpaniji totalment barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-marka medja nazzjonali fis-suġġetti kollha mgħallma fl-iskejjel sekondarji tal-istat u x'inhi l-marka medja miksuba f'kull suġġet mill-istudenti f'kull kulleġġ fl-eżamijiet li saru fis-sena skolastika 2009 - 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm konkorrenza għal programmi BUDZ u Embark For Life minn meta bdew s'issa u tgħid minn liema lokalitajiet kien hemm konkorrenti, l-età tagħhom u s-sess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24061, tista' l-Ministru tpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika li għaliha qed tirreferi fit-twegiba mogħtija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.