Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-interventi li saru fi Triq Karmenu Ciantar, fl-Imqabba minn meta tlestiet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġie jiswa kull intervent, meta sar u min ħallas għalih?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25559, jista’ l-Ministru jgħid meta twaħħlet is-sistema tad-dawl fi Trejqet is-Sagħtar, f’Ħad-Dingli?
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti:
Direttiva
Skadenza
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/846 tal-14 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq.
14/02/2025
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni UE) 2025/149 tal-15 ta’ Novembru 2024 li temenda l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar.
30/06/2025
L-ewwel Direttiva ġiet trasposti fil-liġi nazzjonali, filwaqt li t-tieni Direttiva għadha pendenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23004 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-energy management methodology li tiġi osservata f’binjiet pubbliċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25767 fl-intier tagħha dwar rapporti li daħlu fil-Control Room ta' Transport Malta nhar il-Ħadd 9 ta' Frar 2025 u jgħid:
i. x’ħin daħal kull rapport;
ii. x'kien jittratta kull rapport;
iii. x’ħin ittieħdet l-azzjoni neċessarja minn Transport Malta dwar kull rapport; u
iv. x'kienet dik l-azzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25767, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob tikkonċerna dettalji ta' ċittadini privati. L-Onor. Interpellant jifhem ukoll li l-Parlament mhux stamperija tat-tabloids u allura jkun aktar proprju kieku jiċċara liema minn dawn l-aċċidenti qed jipprova jesponi fil-Parlament.
Il-Fgura — Triq is-Summiena, Triq l-Għasfur tal-Bejt u Triq il-Pitirros - Xogħlijiet - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25658 u jgħid kemm ġie jiswa lill-Gvern u/jew Infrastructure Malta x-xogħol li sar fi Triq is-Summiena, Triq l-Għasfur tal-Bejt u Triq il-Pitirros, il-Fgura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol infrastrutturali ta’ dawn it-toroq sar mill-Kunsill Lokali, ħlief għall-aħħar saff ta’ asfalt u road markings, liema xogħol sar minn Infrastructure Malta. Dan ix-xogħol hu stmat li sewa madwar €285,000.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-moll ta’ Ras Ħanżir hux se jkun mgħammar b’rampa RORO? Jista’ jipprovdi l-pjanti għall-moll il-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ Ras Ħanżir għandu l-għan prinċipali li jipprovidi moll li jista’ jintuża għal diversi skopijiet biex l-industrija marittima tagħmel l-aħjar użu minnu, fosthom il-vapuri RoRo. Għaldaqstant se ssir rampa kif muri fil-pjanta li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa lill-vetturi Haul Trucks f’Kordin u fiż-żona tal-Port, kif ukoll in-numru ta’ trakkijiet li ġew imwaħħlin minn Ġunju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2024 sa Frar 2025 inħarġu 209-il kontravenzjoni lill-vetturi Haul Trucks u ġew imwaħħlin 858 trakk f’Kordin u fiż-żona tal-Port. Permezz tal-kontravenzjonijiet in kwistjoni, Transport Malta qed tiżgura l-osservanza tal-liġijiet rilevanti, b’mod partikolari sabiex jiġu salvagwardjati s-saħħa u s-sigurtà tal-eluf ta’ ħaddiema u persuni oħra li jużaw id-diversi faċilitajiet fiż-żona ta’ Kordin. Dawn jinkludu mhux biss faċilitajiet industrijali, iżda wkoll spazji sportivi, skejjel u istituzzjonijiet edukattivi bħall-MCAST, kif ukoll childcare facilities.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-iSkyline Web Camera li hemm mal-Kunsill Lokali tal-Imsida u li tħares lejn il-Monument tal-Ħaddiem intfiet fil-ġranet li għaddew u għadha mitfija sal-mument li qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iSkyline Web Camera mhux responsabilità tal-Aġenzija, madanakollu ġejna nfurmati li din il-camera hi mixgħula u tiffunzjona.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20907 u jgħid kemm-il parkeġġ personalizzat hemm fil-Belt Valletta għall-użu ta’ entitajiet u karigi oħra? Jista' jgħid ukoll f’liema toroq jinsabu dawn il-parkeġġi u min jista’ jużahom?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21460 u jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4 ħaddiema fl-entitajiet li għandhom 'il fuq minn 65 sena. Għar-rigward tal-ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 65 sena fis-Settur Pubbliku nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Karozzi b’livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24459 u jgħid kemm instabu karozzi li kellhom livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli matul it-test tal-VRT? Jista' jgħid ukoll kemm saru checkups għall-istess raġuni fuq karozzi li jkunu waslu Malta qabel jinbiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li nbeda x-xogħol fuq il-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea ta' moll ġdid u xogħol ieħor ġewwa Ras Ħanżir u għaliex il-kuntrattur li kien qed jagħmel ix-xogħol twaqqaf issa? Jista’ jgħid x'tip ta’ xogħlijiet saru s’issa u kemm ġew jiswew, x’xogħlijiet fadal isiru u kemm huma stmati li se jiġu jiswew? Jista’ jgħid meta hu maħsub li t-tender biex isiru l-kumplament tax-xogħlijiet terġa’ toħroġ mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-proġett ser jitlesta kollu kemm hu u jekk humiex ser jintilfu xi fondi mill-EU?
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri permanenti ntalbu jew hemm ippjanati li jintalbu minn Transport Malta biex jitneħħa l-periklu serju meta l-vetturi qed jidħlu u joħorġu mill-Park and Ride għal Triq Ta' Xħajma fil-limiti tan-Nadur/Xewkija kull ħin tal-ġurnata? Jista’ jgħid ukoll meta huma maħsuba li jiġu attwati (xahar u sena) dawn il-miżuri permanenti?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?