Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħareġ skart mill-Isptar Mater Dei fl-2024 u kemm minnu kien riċiklabbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5556 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 350 tat-Tlieta, 3 ta’ Ġunju 2025)
San Pawl il-Baħar/Buġibba — Vannijiet tal-POYC ipparkjati matul il-lejl
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27522, jista’ l-Ministru jgħid kif trakk bit-tabella li tgħid “Health Department” “POYC” ikun ipparkjat fit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar/Buġibba, wara l-ħin tax-xogħol u fil-weekend?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Għandi l-konferma li t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27522 hi korretta. Is-servizz tat-trasport u ġarr tal-mediċini tal-POYC huwa rregolat minn kuntratt li jispeċifika li dan is-servizz għandu jingħata sa mhux aktar tard mis-7:00 ta’ filgħaxija fil-ġranet ta’ xogħol. Wara dan il-ħin, Ir-responsabbiltà tal-vetturi taqa’ f’idejn il-kuntrattur rispettiv.
Ħal Qormi u Birkirkara — Ċentri tas-Saħħa - Diskrepanza fl-ispiża fuq xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27789 dwar investigazzjoni marbuta mad-diskrepanza ta’ miljuni fl-ispiża fuq rinnovazzjoni taċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u ta’ Birkirkara, fejn ġie mwieġeb li “bħalissa jinsabu għaddejjin proċeduri ta’ dixxiplina relatati ma’ dan il-proġett”, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ proċeduri għaddejjin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi relatati ma dan il-proġett, bħalissa għaddejjin proċeduri ta’ dixxiplina, fit-termini ta’ Regolament 17 (1) tar-Regolamenti ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kontra persuna waħda u għaddejjin proċeduri ta’ dixxiplina, fit-termini tal-Proċeduri ta’ Dixxiplina tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, kontra persuna oħra.
Kull informazzjoni aktar minn hekk, f’dan l-istadju, tista’ tippreġudika l-proċeduri.
Jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ippjanat fiż-żona tal-Blata l-Għolja fil-Mosta, hekk kif ġiet itterminata kirja ta’ raba’ fl-istess żona, kif spjegat fl-Avviż Nru 1271 tal-Gazzetta tal-Gvern datata t-23 ta’ Settembru 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi din il-mistoqsija parlamenari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li xi djar tal-anzjani mhux qed iħallu lill-anzjani residenti joħorġu waħedhom anke jekk m’għandhomx problemi ta’ saħħa mentali severa jew dimenzja? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità għall-Istandards ta’ Persuni Anzjani (OPSA) f’dan ir-rigward u jekk din il-prattika hix aċċettabbli għalih? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-pożizzjoni hix ikkomunikata mad-djar tal-anzjani kollha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija ma’ daħal l-ebda rapport f’dan ir-rigward lill-Awtorità għall-Istandards ta’ Persuni Anzjani (OPSA). Fil-linji gwida tagħha l-Awtorità fi ‘Standard 1: Id-Drittijiet tar-Residenti’, l-artikli 4.4 u 4.5 fl- indikaturi ta’ prestazzjoni, jindirizzaw dan id-dritt. Kull Residenza ta’ l-Anzjani li hija liċenzjata għandha d-dmir ukoll li żżomm ‘log book’ ta’ meta resident/a joħroġ/toħroġ u jidħol/tidħol lura. Kull residenza għall-anzjani lliċenzjata mill-OPSA żżomm kopja ta’ dawn il-linji gwida kif ukoll l’istess linji gwida qegħdin fuq il-website ta l-Awtorità.
Filwaqt, li d-djar residenzjali kollha li fihom l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tixtri sodod, l-anzjani huma liberi li joħroġu waħedhom mir-residenza fejn joqgħodu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ta’ saħħa li, fuq assessjar mill-professjonisti tas-saħħa, jipprojbixxu dan għall-ġid u s-sigurtà tar-resident innifsu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21290, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Epipen għandhiex tkun parti mill-formolarju biex tingħata b’xejn?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21491 fejn jingħad li “Il-ħidma tal-Kunsill għal dik li hija reġistrazzjoni ta’ tobba u dentisti u funzjonijiet oħra ma ġietx affettwata bid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u għadha għaddejja normali”, jista’ l-Ministru jgħid liema funzjonijiet tal-Kunsill Mediku ġew affettwati bid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-funzjonijiet tal-Kunsill Mediku li ġew affettwati bid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali huma biss dawk relatati ma’ lmenti mressqa u li jkunu jimmeritaw inkjesta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21491 fejn intqal li “s-sentenza li qiegħda ssir referenza għaliha ġiet studjata bir-reqqa u mill-ewwel beda proċess ta’ evalwazzjoni tal-provvedimenti legali li hemm bżonn sabiex tiġi emendata l-liġi li tirregola l-proċess ta’ passi dixxiplinarji li l-Kunsill Mediku u bordijiet oħra jsegwu”, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jispiċċa dan il-proċess ta’ evalwazzjoni u meta ser jiġu implimentati l-passi neċessarji?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proċess baqa' għaddej biex jinvolvi konsultazzjoni kontinwa mal-Kunsill Mediku u Kunsilli regolatorji oħra fil-qasam tas-saħħa, ma' esperti ta' kompetenza legali u proċedurali, kif ukoll bil-għan li miżuri addizzjonali meħtieġa jkunu nkorporati fl-abbozz sħiħ ta' emendi li mistenni jitressaq quddiem il-Kamra fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Orthotics Professionals jaħdmu mal-Gvern u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm impjegat wieħed bħala Orthotist/Prosthetist.
Infurmat ukoll li fl-Università ta’ Malta għaddej kors ta’ MSc fl-Orthotics & Prosthetics, li għalih qed jattendu seba’ (7) professjonisti mill-qasam tas-Saħħa.
Fid-dawl tal-Follow-up Audits Report 2023, Volume 11, tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), b’risposta għar-rakkomandazzjoni tal-NAO li jkun stabbilit ‘an independent multi-disciplinary internal audit team’, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) iddikjarat li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata b’mod sħiħ (The Audit and QA Section was established in August 2020 and carried out audits on residential care homes and on some services provided by AACC. The Audit and QA Section monitors the Facebook page and performs mystery shopping on different services to establish the quality of service provided. - p. 61), jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għandha din is-sezzjoni fuq is-servizzi kollha li jaqgħu taħt l-AACC? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar surveys riċenti li nġabru dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi li jaqgħu taħt l-AACC bis-servizzi li qed jirċievu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, illi d-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq li tgħid li “l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) iddikjarat li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata b’mod sħiħ” ma saritx mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, iżda hija dikjarazzjoni li għamel l-NAO wara li saru l-verifiki neċessarji mill-istess NAO waqt il-Follow-up Audit. Għalhekk din id-dikjarazzjoni saret abbażi tar-rapporti li raw l-NAO. Maħniex infurmati li hemm xi entità li f’rapport li joħroġ l-NAO jiċċertifika lilu nnifsu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25734, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-1,425 persuna li qed tagħmel użu mis-servizz tal-Meals on Wheels tirċievi dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-1,425 persuna li qed tagħmel użu mis-servizz tal-Meals on Wheels tirċievi dan is-servizz f’Malta. Għar-rigward tas-servizz tal-Meals on Wheels f’Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru ikonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li għandhom carer id-dar u li qed jagħmlu użu mill-iskema ‘Carer at Home’? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li għandhom carerid-dar u li qed jagħmlu użu mill-iskema ‘Carer at Home’ huwa ta’ 1,141. F’Malta hemm 992 u f’Għawdex hemm 149 anzjan li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li għandhom is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li hemm 8,095 persuna li qed jingħataw is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar f’Malta. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mir-Respite at Home? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li għamlu użu mis-Servizz tar-Respite at Home, fl-2024, kien ta’ 329 anzjani f’Malta u 38 anzjani f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mir-Residential Respite? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, 242 anzjan għamel użu mir-Residential Respite f’Malta. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid sarux testijiet fuq il-fondazzjoni tal-binja tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei biex jinbnew sulari ġodda fuq din il-binja? Jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.