Jista' l-Ministru jgħid kull meta qed issir manutenzjoni ta' Ġnien Cottonera, Bormla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru għandu gang ta’ ħaddiema allokati biex kontinwament jagħmlu xogħol ta’manutenzzjoni ġenerali u tindif f’dan il-ġnien. Xogħol ieħor ta’ manutenzzjoni li m’huwiex ta’ natura ġenerali u jirrikjedi snajja oħra jsir minn impjegati oħra fi ħdan dan il-Ministeru skont u meta jkun hemm il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ż-żoni ta' konservazzjoni madwar l-ibħra Maltin u Għawdxin, liema żoni ma jistax isir sajd fihom minn fuq il-baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat responsabbli mill-MEPA. Irrid ngħid li matul tali proċess, dan il-Ministeru jkun ikkonsultat.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25106, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' għasafar protetti li jikkwalifikaw taħt id-definizzjoni mogħtija fl-istess risposta li ġew impurtati f'Malta matul l-2009 u l-2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartimenti ta’ dan il-Ministeru ma tinżammx statistika ta’ importazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant nistiednu jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat responsabbli mid-Dwana
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux qiegħed iħaddem il-policy dikjarata tiegħu li artijiet li jkunu tal-gvern iżda li jkunu mikrija għal skop ta’ biedja lill-persuni resiġtrati bħala full-time farmers, jerġgħu jinkrew lill-istess bdiewa meta jintemm il-kuntratt viġenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru responsabbli mill-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta jintemm kuntratt fuq art tal-gvern li tkun qed tinħadem minn bidwi reġistrat full-time, u l-art in-kwistjoni tinħareġ għal offerti fuq il-gazzetta tal-gvern, id-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jagħti r-Right of First Refusal lill-bidwi li kien jaħdem l-art?
Billi hemm rapporti li skema partikolari ta' waste management – ġbir u proċessar tal-iskart – hija financially insolvent u fl-istess ħin huwa mifhum li hemm madwar €1.2 miljun pendenti fi ħlasijiet lil għadd ta’ waste collectors, jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li l-WasteServ hija waħda mill-kredituri ewlenin? Jekk iva, billi l-WasteServ tiddependi kważi għal kollox fuq fondi pubbliċi bħala sovvenzjonijiet, jista' jgħid kemm għandha tieħu f’din il-kwestjoni partikolari?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellnat illi l-WasteServ għaddejja b’diskussjonijiet ma’ l-iskemi li qed jimmanigjaw packaging waste. Rigward is-servizz li qed jingħata mill-Material Recovery Facility fl-impjant ta’ Sant’ Antnin, il-WasteServ tiddikjara illi mhux qed tikkonsidra li tuza fondi pubbliċi mis-sovvenzjonijiet iżda fondi ġġenerati mill-bejgħ ta’ skart li qabel kien jintrema fil-landfill. Qed naħdmu biex jiġi stabbilit il-mekkanizmu li permezz tiegħu jsiru set offs għal ħlasijiet li jistgħu ikunu dovuti bejn il-partijiet konċernati.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tnaqqis f'dawk li huma l-kwoti għall-ħalib matul l-2009 u l-2010? Jekk iva, b'kemm tnaqqsu l-kwoti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tnaqqis fil-kwoti tal-ħalib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet li għandhom sistema biex jiġbru l-animal waste u li dan qiegħed jittieħed ġewwa xi post biex jiġi trattat? Jista' jgħid fejn qiegħed jiġi trattat dan l-animal waste u kemm hawn irziezet li għad m'għandhomx din is-sistema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li llum li l-produtturi tal-annimali għandhom sistemi biex l-animal waste jinġabar u jinħażen fi strutturi u b’ sistemi approvati mill-MEPA. Din il-ħażna tikkonissti f’demmiela u/jew fossa. Infakkru ukoll li dan l-animal waste eventwalment jiġi utilizzat għal skop agrikolu skont il-‘Code of Good Agricultural practice’.
Fil-preżent għad m’hemmx ċentru li jagħmel trattament speċjali fuq id-demel.
Fid-dawl tal-fatt li għadu għaddej il-proċess ta’ ristrutturar ta’ dawn l-irziezet, għad hemm numru li għadhom ma temmex il-proċess u ma jistgħux jkunu ċertifikati, għalkemm jistgħu diġa għandhom kemm id-demmiela u/jew il-fossa lesta skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-permess. Dan ifisser li l-lista ta’ min għandu dawn il-faċilitajiet skont ir-regola mhix eżawrjenti u allura l-lista tal-irzizet kollha li huma ċertifikati ma tirriflettix in-numru ta’ dawk li diġa għandhom faċilità adekwata fuq ir-razzett.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-bord tal-warranting tal-periti? Kemm ilhom f'dan il-bord u fuq liema kriterji intgħażlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri li jiffurmaw il-bord tal-warrant tal-periti huma magħżula skond il-proċeduri u l-kriterji stipulati fl-Att dwar il-Periti, Art.6.1.: Preżentement dawn huma:
Chairman:
Dr.Ramon Rossignaud, - mis-sena 2000.
Membri appuntati mill-Gvern:
Prof. Alex Torpiano - mill-2009
Perit Joseph Galea - mill-2008
Membri appuntati mill-Kamra tal-Periti:
Perit David Pace - mill-1999
Perit Edgar Rossignaud - mill-2009
Membri eletti minn fost detenturi ta' warrant:
Perit Josianne Vassallo - mill-2007
Perit Anthony Bezzina - mill-2010
bord tal-warranting tal-periti — warrants lil periti ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jagħmel użu minnhom il-bord tal-warranting tal-periti sabiex jinħarġu warrants lil periti ġodda? Xi kwalifiki għandu jkollha persuna sabiex tilħaq perit, minn liema università hija aċċettata d-degree li jkollha u jekk jeżistux qualifications li l-Università ta' Malta ma tirrikonoxxix allura min ikollu degree minn din l-università partikolari ma jiġix rikonoxxut?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji użati mill-Bord għall-għoti tal-Warrant tal-Periti huma dawk li huma definiti fl-Att dwar il-Periti, Art 3 u 4, f'legislazzjoni sussidjarja u f'avviżi legali relevanti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk parti mill-kwalifikazzjonijiet li għandu bżonn individwu sabiex jingħata warrant ta' perit huwiex l-esperjenza fil-lokal u kemm irid ikollu esperjenza fil-qasam lokali qabel ma jingħata l-warrant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perjodu ta' esperjenza lokali għal gradwati ġodda huwa definit fil-Att dwar il-Periti, Art. 3 u 4, u elaborat fl-Experience Record Book li kull gradwat ġdid irid jimla.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25093 u ċioe: Billi paragrafu 4B tad-direttiva relevanti tal-Unjoni Ewropea li jirregola l-inċineratur tal-Marsa jispeċifika li għandhom jinżammu kampjuni tal-iskart għallinqas xahar wara l-inċinerazzjoni, jista' l-Ministru jagħti rendikont lill-istess Kamra tal-kampjuni tal-aħħar xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li għal iktar minn xahar ilu ma jidħol għal ħruq skart perikoluż bħal solventi u sludges, preżentement ma hemmx miżmuma kampjuni ta’ dan it-tip fil-laboratorju skont kif mitlub mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.
L-iskart li qed jinħaraq preżentement primarjament huwa skart tal-biċċerija u skart ta’ l-isptarijiet li huma eżentati mill-klawzola msemija hawn fuq. Skart ieħor li qed jinħaraq huwa ta’ medicini skaduti.
Peress li l-liġi f’ Att III tal-2003 Kap. 458 teżiġi li l-mediċinali fis-suq ikunu reġistrati, il-kompożizzjoni kimika ta’ dawn il-mediċinali skaduti hija reġistrata u magħrufa. Għaldaqstant il-prattika hija li jinżammu l-listi tat-tipi differenti ta’ medicini li jiddaħħlu għall-ħruq u m’ hemmx ħtieġa li jinżammu kampjuni
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25094 u jgħarraf lill-Kamra dwar x’inhi l-proċedura ta’ kif l-inċineratur tal-Marsa jivverifika x’tip ta’ waste jkun hemm fl-iskips? Jew biex inkun aktar speċifiku qabel jaċċetta l-waste, x’informazjoni jitlob u jekk dan isirx skont artiklu 4 paragrafu 3 tad-direttiva relevanti? Jista' f’dan il-każ il-Ministru jgħid ukoll kif jaċċetta l-waste?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskart jiġi aċċettat skont ir-regoli ta’ l-IPPC maħrug mill-MEPA (klawsola 2.5.2 ta’ l-IPPC Permit).
Dan ifisser li qabel ma jiġi aċċettat l-iskart perikoluż, jintalbu l-analiżi kimici u fiżiċi (
chemical
and physical parameters
) tal-prodott. Skont il-ħtieġa jintalbu wkoll Material Safety Data Sheet sabiex jiġu konfermati ċerti parametri jew karatteristiċi tal-prodott li drabi ma jistgħux jiġu mkejla permezz ta' analiżi ġo laboratorju.
F’każ ta’ skart mediċinali skaduti, jintalbu l-listi tal-medicini kif ukoll dikjarazzjoni minn spiżjar liċenzjat li l-iskart ma jinkludix skart cytotoxic jew cytostatic.
L-impjant hu attrezzat ukoll b’laboratorju sabiex jiġu konfermati ċerti parametri ta’ l-iskart li huma importanti. Xi drabi kampjuni ta’ l-iskart jintbagħtu fl-laboratorji barra minn Malta sabiex ikunu analizzati qabel ma jiġi aċċettat l-iskart fil-facilita’.
Meta l-iskart jidħol, l-istaff kwalifikat ivverifika li dak li jintbagħat biex ikun żgurat li jaqbel mal-lista sottomessa minn qabel, u li l-iskart gie akkumpanjat mill-permessi tal-MEPA. Ikun aċċertat wkoll li l-iskart ġie ppakjat kif suppost biex niggarantixxu sigurta tal-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn farm advisory services f'Malta u Għawdex? Liema huma u kemm kellhom talbiet għall-pariri fl-2008, 2009 u 2010 li fl-aħħar immaterjalizzaw fi proġetti tanġibbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi fil-preżent hawn żewġ entitajiet rikonoxxuti bħala “Farm Advisory Services”. Dawn huma l-APS Consult, irreġistrata fit-2 ta’ April 2008 u l-FAS Consortium irreġistrata 23 ta’ Frar 2011.
Peress li dawn l-entitajiet huma privati, il-Ministeru ma għandux informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom u wisq anqas liema kienu l-proġetti li kienu involuti fihom li mmaterjalizzaw ruħhom fi’ proġetti tanġibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm s'issa ttieħdu fondi mill-Rural Development Plan u kemm suppost kien hemm fondi vvutati li ma ntużawx u li ma jistgħux jintużaw issa għaliex għadda ż-żmien biex isir dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Taħt il-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali għal Malta għas snin 2007-2013 hemm allokazzjoni ta’ 101 Miljun Ewro f’ fondi pubblici. Dawn il-fondi huma mqassmin fuq perjodu ta’ 7 snin u l-allokazzjoni ta’ sena partikulari tista’ tintefaq sa’ massimu ta’ sentejn wara. F’dan ir-rigward Malta kienet obbligata li tonfoq l-allokazzjoni tas-snin 2007, 2008 sas-sena 2010. Dawn kienu jammontaw ghal € 31,949,529. Filfatt l-Agenzija ghal Pagamenti rnexxiela tonfoq € 33,154,529 li huwa 3.7% aktar milli kien obbligat u li tnaqqsu mill-ammont li kellhu jkun minfuq fis-sena 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pixkerija l-ġdida hijiex fuq xi mudell ieħor li jintuża f'xi pajjiż partikolari bħala pixkerija jew jekk hijiex se tkun magħmula għall-bżonnijiet tagħna bħala pajjiż u li dan il-mudell ta' kif se tinbena f'Malta qatt ma ġie użat barra l-pajjiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema eżistenti, matul is-snin, uriet li tilħaq il-ħtiġijiet tas-suq u għaldaqstant il-l-pixkerija l-ġdida hija ppjanata skont l-istess sistema biex tibqa taqdi dawn l-istess ħtiġijiet filwaqt li toffri opportunità għal titjib fil-faċilitajiet ġeneral
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-gvern jibni mħażen bħal cold stores li fihom jkunu jistgħu jinħażnu surplus ta' laħam u ħut, jew jekk dan il-qasam huwiex se jerħilu purament f'idejn il-privat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma għandux ħsieb li jidħol fis-settur tal-ħażna u kummerc tal-ikel kemm laħam jew ħut.