Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.
Sena
Lokalità
Kotba mixtrija ġodda
– Jan sa Nov 2023
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023
Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-K
unsilli Lokali – Jan sa Nov 2023
2023
Libreriji Pubbliċi
9,716
€66,074.34
16,398
Intant, infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul dawn l-aħħar għaxar snin, u ċjoè komplessivament mill-2014 sal-2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.
Sena
Lokalità
Kotba
fiżiċi
mixtrija ġodda
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda
Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali
2014
Libreriji Pubbliċi
11,254
Eur 82,695
18,662
2015
Libreriji Pubbliċi
12,064
Eur 77,525.02
27,273
2016
Libreriji Pubbliċi
11,301
Eur 81,545.76
33,363
2017
Libreriji Pubbliċi
12,129
Eur 81,251.56
33,862
2018
Libreriji Pubbliċi
10,569
Eur 58,992.95
24,120
2019
Libreriji Pubbliċi
12,413
Eur 71,994.33
34,866
2020
Libreriji Pubbliċi
10,031
Eur 55,651.00
9,947
2021
Libreriji Pubbliċi
9,615
Eur 55,489.78
23,816
2022
Libreriji Pubbliċi
11,031
Eur 78,120.66
19,974
2023
Jan sa Nov 2023
Libreriji Pubbliċi
9,716
Eur 66,074.34
16,398
Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.
Lokalità
Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023
Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023
Ħal Għaxaq
19
€ 170.29
105
Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.
Lokalità
Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023
Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023
Gudja
46
€ 372.75
257
Intant infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 m'humiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jixtri proprjetà li hi użata minn xi għaqda volontarja (NGO) relatata mal-kultura li mhijiex proprjetà tal-istess għaqda biex imbagħad tinkera mill-istess għaqda, hekk kif sar fil-każ ta' soċjetajiet mużikali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ma jidhirlix li nista' nwieġeb domandi li qegħdin daqshekk fl-ipotetiku.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex l-istone marker li tinsab għand l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tittieħed lura biex titgawda mill-pubbliku ġenerali?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jittranġaw il-latrini pubbliċi ġewwa San Ġwann li jinsabu fil-Ġnien Karin Grech fid-dawl li dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali ta’ San Ġwann?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Kunsill Lokali informani li kontestwalment jixtieq jitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika x’qed ifisser bil-frażi ‘jittranġaw il-latrini pubbliċi ġewwa San Ġwann li jinsabu fil-Ġnien Karin Grech’.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13949 u jipprovdi lista bit-titoli tal-kotba li ġew restawrati fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14150.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13598, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema li biha l-kunsilli lokali jipproponu fejn jixtiequ li d-Direttorat tar-Restawr u Preservazzjoni jagħmel restawr fil-lokalità tagħhom ħarġitx u jekk iż-żmien li fih setgħu jsiru l-proposti għalaqx? Jista’ jgħid ukoll min seta’ japplika għal din l-iskema u jekk din l-iskema tinvolvix spejjeż għal min japplika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-iskema li biha l-kunsilli lokali jipproponu fejn jixtiequ li d-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni jagħmel restawr fil-lokalità tagħhom se tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif għadha kif bdiet is-sena 2024.
Intant infurmat ukoll li mal-iskema jinħarġu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibilità li jiggwidaw lill-Kunsilli Lokali dwar min jista’ japplika u x’tip ta’ proġetti jikkwalifikaw għall-konsiderazzjoni tal-Bord ta’ Evalwazzjoni li jitwaqqaf biex jagħżel il-proġetti li jkunu se jitwettqu taħt din l-iskema.
Finalment infurmat li m’hemmx spejjeż għall-Kunsilli li japplikaw, għajr il-ħlas tal-miżata tal-Awtorità kkonċernata għall-applikazzjoni tal-permessi tal-proġetti li jkunu se jitwettqu.
Skema 'Komunitajiet iktar siguri u organizzati' — Kunsilli li applikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema 'Komunitajiet iktar siguri u organizzati' u li l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx aċċettata? Jista’ jgħid ukoll min seta’ japplika għal din l-iskema, liema kien il-perjodu li fih setgħu jiġu sottomessi dawn l-applikazzjonijiet u liema hu l-perjodu li fih irid jiġi attwat il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-uniku Kunsill Lokali li applika għal-Iskema 'Komunitajiet iktar siguri u organizzati’ u li l-applikazzjoni tiegħu ġiet meqjusa ‘mhux eliġibbli’ kien il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa.
Infurmat ukoll li għal din l-Iskema setgħu japplikaw il-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex.
Intant infurmat li l-perjodu li fih setgħu jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet kien bejn l-20 ta’ Marzu 2023 sat-28 ta’ Lulju 2023, filwaqt li l-perjodu li fih irid jiġi attwat il-proġett hu sal-15 ta’ Novembru 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex tiġi ssalvagwardjata l-batterija li hemm ġewwa l-Qbajjar, Għawdex peress li din qiegħda fi stat ħażin u tista’ tispiċċa bi ħsarat waqt il-maltemp tax-xitwa jekk ma tiġix irrestawrata minnufih?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sit imsemmi huwa suġġett għal talba ta’ kustodja. Infurmat li t-talba, li ġejja mingħand Din l-Art Ħelwa, qed tiġi analizzata u proċessata.
Irrid ngħid ukoll li fejn jidħlu talbiet ta' kustodja hemm entitajiet oħrajn lil hinn mill-Ministeru de quo li huma involuti.
Fid-dawl li ħarġet il-konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan amministrattiv tal-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid kif il-vista tal-Belt Valletta ma ġietx diskussa qabel ma ntbagħat ir-rapport lill-UNESCO? Jista’ jgħid ukoll hemmx xi raġunijiet speċifiċi għalfejn il-Furjana ma ġietx inkluża fil-buffer zones tal-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Views and Vistas Analysis mitluba mill-World Heritage Centre huwa eżerċizzju tekniku li jikkonsisti minn ritratti minn u lejn il-Belt Valletta minn punti li huma viżwalment strateġiċi u ‘viewshed survey’ diġitali. Infurmat li dawn ġew diskussi bejn l-entitajiet konċernati dwar il-Belt Valletta bħala Sit ta’ Wirt Dinji u ntbagħtu lill-World Heritage Centre kif mistenni.
Intant infurmat li dwar il-buffer zone proposta, l-Onor. Interpellant mitluba tara l-mappa fuq paġna 15 tad-Draft Management Plan for Valletta WHS li tqiegħed għall-Konsultazzjoni Pubblika, fejn il-Floriana hija inkluża fil-Buffer Zone.
Jista' l-Ministru jelenka lista tal-apparat tal-bandli li ser ikunu installati fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa f'Birżebbuġa u meta dawn ser ikunu installati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-apparat tal-bandli li ser ikun installat fi Ġnien il-Kunsill Lokali huwa kif ġej:
Apparat ġdid:
• Pluto – FM-JQ-9924
• Big House – MSH 441
• Spring Rocker Horse – LLC225
• Spring Rocker Gorilla – LJ010
• Three Saw – SWT48664
• Mini House – Q314
• 3 Face – BL-NK-11
• Fun House – TM-SW-706-L
Apparat eżistenti li ser ikun qed jiġi rilokat għall-Ġnien il-Kunsill Lokali minn bandli Mons. Ġużeppi Minuti huwa kif ġej:
• Wheelchair swing
Intant infurmat ukoll li dan il-proġett ta’ ‘Ġnien il-Kunsill Lokali’ għandu jkun iffinalizzat fl-għeluq tal-ewwel kwart ta' din is-sena.
Finalment, infurmat mill-istess Kunsill li għal finijiet ta’ kjarifika l-isem proprju tas-sit inkwistjoni jġib l-isem uffiċjament ta’ ‘Ġnien il-Kunsill Lokali’ u mhux ‘Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa.’
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Position of Trust - Salajri
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13233, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi, jista' l-Minsitru jagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Birgu dwar dak li ssemma bħala Yacht Marina f’Kalkara Creek (fid-daħla bejn il-Birgu u l-Kalkara) u jekk iva, meta saret din il-konsultazzjoni u fiex kienet tikkonsisti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu illi l-Kunsill Lokali tal-Birgu kien ikkonsultat minn Transport Malta dwar l-organizazzjoni tal-mażżri fl-istess żona u kif ukoll sabiex l-istess mażżri jiġu regolarizzati u b'hekk kollox ikun skont il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara dwar dak li ssemma bħala Yacht Marina f’Kalkara Creek (fid-daħla bejn il-Birgu u l-Kalkara) u jekk iva, meta saret din il-konsultazzjoni u fiex kienet tikkonsisti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li saru diskussjonijiet ma’ Transport Malta dwar l-organizzazzjoni tal-mażżri.
Furjana — Triq Frangisk Saver Fenech – Ġbir ta’ żebbuġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ż-żebbuġ li hemm fis-siġar taż-żebbuġ fi Triq Frangisk Saver Fenech, il-Furjana, jiġu miġbura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana li l-parir li ngħata lill-Kunsill dwar il-ġbir taż-żebbuġ huwa li dan m’għandux jinġabar wara Ottubru għax wara dan iż-żmien ma jibqax tajjeb u għaldaqstant m’hemmx ħsieb li dan jinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Nefqa fuq rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m'hemmx fond mill-baġit ministerjali li minnhom jinxtraw rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11198 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jkun hemm dizzjunarju tal-lingwa Maltija online li jkun jista’ jintuża anke fuq il-mezzi tal-midja soċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-14 ta' Diċembru tas-sena 2021 ġie ffirmat ftehim bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali biex tiġi kkoreġuta u standardizzata l-verżjoni stampata tad-dizzjunarju ta' Aquilina (pubblikatur: Midsea Books).
Infurmat li dan ix-xogħol se jkun organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Barra minn hekk, fit-22 ta' Frar 2022 ġiet iffirmata addenda mal-Ministeru għall-Edukazzjoni li offra għajnuna supplimentari biex jiġu ingaġġati żewġ assistenti part-time fuq id-dizzjunarju.
Intant infurmat li dan ix-xogħol kollu hemm il-ħsieb li jittella' online 'l quddiem.