Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoe` bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba minnu.

Għajnuna/benefiċċji marbuta mal-Marda tat-Tuberkulosi jew mal-Marda ta' Koch

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu intitolati għal xi forma ta' għajnuna/benefiċċju marbuta mal-Marda tat-Tuberkulosi jew mal-Marda ta' Koch bejn is-sena 2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jista’ wkoll jindika x'inhuma l-benefiċċji li dawn il-persuni huma intitolati għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Għajnuna dwar it-Tuberkolożi li titħallas skont l-artikolu 22 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru ta' Benefiċjarji fis-Sena 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 0 0 0 0 0 1 1 Tajjeb jingħad illi l-marda Koch hija koperta taħt l-Għajnuna dwar it-Tuberkolożi għaliex fit-terminoloġija medika huma l-istess. Ir-rata fil-ġimgħa tal-Għajnuna dwar it-Tuberkolożi fis-sena 2023 hija €32.62.

Għotja għal Ħalib — Kriterji ta' eliġibbilità u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ommijiet kienu intitolati għal Għotja għal Ħalib bejn is-sena 2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji ta' eliġibbilità u x'inhuma l-benefiċċji li dawn l-ommijiet huma intitolati għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Għotja għal Ħalib li titħallas skont l-artikolu 24 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru ta' Benefiċjarji fis-Sena 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 60 54 52 43 59 54 38 Il-kriterji sabiex persuna titħallas din l-Għotja huma illi kap ta’ familja li jkun qed jirċievi Għajnuna Soċjali jew għal Tuberkolożi taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jekk jippreżenta prova lid-Dipartiment li hu jew xi membru tal-familja tiegħu għandhom il-kura jew kustodja ta’ tarbija taħt l-erbgħin ġimgħa li tkun tinħtieġ tinfatam jew tingħata ikel komplementari jew li ma tkunx tista’ tingħata ħalib l-omm għal raġunijiet ta’saħħa, u għalhekk din l-għotja għandha tibqa’ titħallas sakemm dik it-tarbija tagħlaq l-erbgħin ġimgħa Ir-rata fil-ġimgħa tal-Għotja għal Ħalib fis-sena 2023 hija €25.64.

Ftehimiet reċiproċi dwar is-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ftehimiet reċiproki dwar is-sigurtà soċjali li għandu ma' pajjiżi oħra li permezz tagħhom il-persuni li jiċċaqilqu minn pajjiż għall-ieħor jistgħu jiksbu l-benefiċċji dovuti? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar ftehimiet bħal dawn u jekk iva, ma' liema pajjiżi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-lum Malta ffirmat Ftehimiet dwar is-Sigurtà Soċjali mar-Renju Unit, l-Awstralja, il-Kanada u New Zealand. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, wara l-ħruġ mir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Ftehim Bilaterali ġie sostitwit bil-Ftehim Kummerċjali ffirmat bejn l-UE u r-Renju Unit. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Bilaterali mar-Renju Unit għadhom applikabbli biss fir-rigward tat-territorju tal-Isle of Man u ta’ Guernsey. Malta ffirmat ukoll Ftehim (li mhuwiex ftehim bilaterali simili għat-tlieta l-oħra li għadhom kif issemmew) mal-Libja dwar il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għall-Maltin li jaħdmu fil-Libja. Bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, awtomatikament Malta għandha ftehim fil-qasam tas-Sigurtà Soċjali mal-Istati Membri kollha kif ukoll mal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u mal-Iżvizzera. Fil-mument ma hemmx il-ħsieb li jsiru aktar ftehimiet bħal dawn.

FSWS — konferenza f'għeluq il-25 sena - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10019 u 10421 u jgħid kemm ġiet tiswa l-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10546.

Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10455 u jgħid kemm kienet is-somma allokata biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work ma' studenti prospettivi fis-snin 2021, 2022 u 2023 rispettivament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Dawn iż-żewġ mistoqsijiet parlamentari bin-numru 10898 u 10899 qed jiġu mwieġba flimkien għax huma marbutin ma’ xulxin peress li jittrattaw l-istess suġġett, kif ser jiġi spejgat f’ din it-tweġiba konġunta. Nibda biex ngħid li l-obbligu tal-FSWS mhuwiex li jippromuovi xi professjoni partikolari imma li l-FSWS iżżid u ttejjeb is-servizzi tagħha. Il-promozzjoni biex studenti prospettivi jidħlu jistudjaw f’ xi kors universitarju partikolari kienet minn dejjem il-mansjoni tal-Fakultà għall-Benessri tas-Soċjetà (Faculty for Social Well-Being – SWB). Minn żmien għal żmien din il-Fakultà talbet lill-FSWS għal għajnuna finanzjarja sabiex jintlaħaq dan il-għan. Din l-għajnuna hija elenkata fit-tabella mehmu¿a ma’ din it-tweġiba. Rigward it-tieni mistoqsija, jiġifieri Nru. 10899, wieħed irid jara kif ¿viluppa dan il-kuntest b’ riferenza partikolari għall-professjoni tas-social work. Dan billi l-FSWS appellat għal diversi drabi biex ma jsirx biss marketing ġeneriku imma marketing speċifiku immirat lejn studenti tas-sekondarja. Saru u qed isiru laqgħat dwar dan mal-Fakultà bil-għan li s-sena dieħla ssir inizjattiva f’ dan il-livell. Sa issa ma hemmx budget speċifiku għal dan imma la l-FSWS, la dan il-Ministeru u lanqas il-Gvern, mhuma se jonqsu milli jagħtu l-impenn tagħhom f’ dan ir-rigward. Fil-fatt, l-aħbar riċenti li l-kors tas-social work se jkun wieħed minn dawk li jikkwalifika għal stipendju għola minn korsijiet oħra ta' studju, huwa xhieda tanġibbli ta' kif dan il-Gvern ma jixxaħħaħx ma' din il-professjoni. Għotjiet lill-Fakultàgħall-Benesseri tas-Soċjetà Biex tkun promossa l-professjoni tal-Ħidma Soċjali ( Social Work ) Data Ammont Dean's Award 2017 150 Unity Magazine 18/07/2017 800.01 Dean Award Sponsorship 01/03/2019 500 Unity Magazine 01/08/2019 800 Unity Magazine 01/10/2022 300 UOM Video ( Promotion for Masters in Social Work Management ) 08/07/2022 354 Dean Award Sponsorship 01/02/2023 500 Two Billboards Social Wellbeing 20/02/2023 1500 Unity Magazine 01/08/2023 4500 Total €9404.01

Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10456 u jgħid kemm se tkun is-somma allokata biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work ma' studenti prospettivi fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 10898.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 3 impjegati li għandhom permess jipparkjaw l-karozza tagħhom il-Belt; li minnhom 2 huma eżentati mis-CVA.

Persuni li ma jieħdux il-pensjoni — Xogħol bi qligħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pensjonanti f’pajjiżna li għażlu li ma jiħdux il-pensjoni sakemm jibqgħu jaħdmu bi qligħ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ pensjonanti li għażlu li ma jiħdux il-pensjoni sakemm jibqgħu jaħdmu bi qligħ hu ta’ 6,341.

Benefiċċju tal-Enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li bbenefikaw mill-Benefiċċju tal-Enerġija mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru ta' Benefiċjarji fis-Sena 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 26,702 25,860 24,382 23,619 22,227 20,061 19,468 18,064 17,092 16,004 14,818

Persuni intitolati għall-Assistenza għal Mard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni intitolati għall-Assistenza għal Mard bejn is-sena 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Numru ta' Benefiċjarji fis-Sena 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 12,717 12,549 12,193 11,950 11,784 11,284 10,694 Kif turi t-tabella ta’ hawn fuq in-numru ta’ benefiċċjarji baqa' dejjem jonqos sena wara sena, mis-sena 2017 'il quddiem, sas-sena kurrenti 2023.

Assistenza għal Mard — Kriterji ta' eliġibbilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jbiddel il-kriterji ta' eliġibbilità għall-Assistenza għal Mard? Jista’ jgħid ukoll jekk il-massimu tal-assi kapitali ta' €23,300 għal koppja u ta' €14,000 għal persuna waħedha għadux wieħed adegwat minħabba ż-żieda fir-rata tal-inflazzjoni u ż-żidiet fil-prezzijiet l-aktar tal-ikel u l-mediċini u jekk il-massimu tad-dħul fil-ġimgħa għandux jogħla wkoll minħabba dawn iż-żidiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji li joħorġu mill-Iskeda 2 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jelenkaw it-test tal-mezzi tal-kapital u t-test tal-mezzi tad-dħul fil-ġimgħa. Fir-rigward tat-test tal-mezzi tal-kapital nixtieq nelenka li l-massimu tal-assi kapitali ġie miżjud fis-sena 2017 fit-test tal-mezzi tal-Għajnuna Medika bla Ħlas u għalhekk ġie jirrifletti t-test tal-mezzi tal-kapital ta’ benefiċċji/assistenzi mhux kontributorji oħra. Il-massimu tad-dħul fil-ġimgħa kull sena jogħla skont iż-żieda tal-ogħli tal-ħajja. Tajjeb jingħad ukoll illi mis-sena 2019, il-ħlas ta’ benefiċċju ġie jirrifletti l-istess ħlas lill-pazjenti kollha fil-household li huma eliġibbli u mhux ħlas anqas mit-tieni pazjent 'il fuq.

Għajnuna/benefiċċji marbuta mal-Marda tal-Lebbra jew mal-Marda ta' Hansen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu intitolati għal xi forma ta' għajnuna/benefiċċju marbuta mal-marda tal-lebbra jew mal-marda Hansen bejn is-sena 2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jista' wkoll jindika x'inhuma l-benefiċċji li dawn il-persuni huma intitolati għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Għajnuna dwar il-Lebbra li titħallas skont l-Artikolu 21 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru ta' Beneficjarji fis-Sena 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 28 24 23 21 18 18 15 Tajjeb jingħad illi l-marda Hansen hija koperta taħt l-Għajnuna dwar il-Lebbra għaliex fit-terminoloġija medika huma l-istess. Ir-rata fil-ġimgħa tal-Għajnuna dwar il-Lebbra fis-sena 2023 hija ta’ €39.96.

FSWS — Breakdown tan-nefqa li saret fuq il-konferenza f'għeluq il-25 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10020 u 10420 u jagħti break down tan-nefqa kollha li saret fuq il-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10546.

Aġenzija Appoġġ — Tfal addottati mill-Portugall

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2020, l-2021 u l-2022, sena b'sena, kemm-il tifel u tifla mill-Portugall ġew addottati b'suċċess minn Maltin, permezz tas-servizz li toffri l-Aġenzija Appoġġ biss (mhux ta' aġenziji oħra)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), l-entità fi ħdan l-FSWS responsabbli mill-addozzjonijiet sar d-Direttorat għall-Kura Alternattiva. Matul dan il-perjodu, fis-snin imsemmija minnhu, kien hemm dawn l-addozzjonijiet mill-Portugal: · Fl-2020 kien hemm minuri wieħed li ġie addottat mill-Portugal; · Fl-2021 ma kien hemm l-ebda addozzjoni mill-Portugal; filwaqt li, · Fl-2022 kien hemm 5 t’itfal li ġew addottati mill-Portugal Wieħed irid iżomm dejjem f’moħħu illi s-snin 2020 u 2021 kienu sentejn tal- Pandemija.

Aġenzija Appoġġ – Tfal addottati mill-Portugall mhux ippreparati li jiġu Malta — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2020, l-2021 u l-2022, sena b'sena, kemm kienu dawk il-każi tas-servizz li toffri l-Aġenzija Appoġġ biss (mhux ta' aġenziji oħra), li wara li l-ġenituri prospettivi kienu ġew approvati metikolożament mill-awtoritajiet f'Malta u l-Portugall, meta l-Maltin marru għat-tfal assenjati lilhom ġewwa l-Portugall, sfortunatament dawn il-ġenituri ndunaw li t-tfal ma kinux ippreparati li jiġu Malta? Jista' jgħid ukoll jekk f'dawn il-każi rari ħafna, l-awtoritajiet f'Malta u l-Portugall jistgħux jikkunsidraw li jikkumpensaw finanzjarjament anke lil dawn il-ftit ġenituri prospettivi li, barra li ma jkunx tort tagħhom li tali esperjenza qarsa ħafna jgħaddu minnha, huma jafu li anke saħansitra f'każi ta' suċċess fl-addozzjoni, meta l-ispejjeż jeċċedu n-normali ta' Eur 10,000, il-ġenituri li jaddottaw xorta waħda jingħataw aktar kumpens għal dawk l-ispejjeż li jkunu aktar minn Eur 10,000 (malli jiġu ppreżentanti l-irċevuti relevanti)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-addozzjonijiet internazzjonali li jsiru, jiġifieri dawk li huma magħrufa bħala inter-country adoptions, huma kollha regolati mill-Konvenzjoni ta’ The Hague u li tagħha Malta hija firmatarja. Dan ifisser illi Malta trid timxi skont ir-regoli ta’ din il-konvenzjoni. Fost dawn ir-regoli, insibu fost l-oħrajn li l-matching, jiġifieri t-tqabbil ta’ ġenituri prospettivi ma’ tfal li huma rilaxxati għal addozzjoni, isir mill-awtoritajiet tal-pajjiż barrani u mhux minn Malta. Dan jiġri wkoll fil-kas ta’ addozzjonijiet mill-Portugall. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fit-tliet snin elenkati minnu kien hemm biss każ wieħed fejn il-koppja telgħu il-Portugall u fil-frattemp il-minuri li kienu ġew rilaxxati għall-addozzjoni mill-awtoritajiet Portugiżi, ma xtaqux li jiġu addotati. F’dan il-każ, minħabba li l-eta’ ta’ tfal kienet ta’ ’il fuq minn 10 snin, allura l-veduti tal-minuri f’kull stadju tal-addozzjoni tittieħed inkunsiderazzjoni. F’dan il-każ partikolari, il-koppja sabet sapport kontinwu tad-Direttorat tal-Kura Alternattiva, li kien magħhom pass pass matul dan il-proċess delikat.

Support Line 179 — Telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-support line 179 mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-problemi preżentati? Jista’ jgħid ukoll kemm-il linja telefonika hemm biex jitmexxa dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għal raġunijiet ta’ koerenza fir-rappurtaġġ, l-FSWS taqsam l-istatistika tagħha fuq żewġ cut-off points fis-sena. Fil-prattika dan ifisser li l-ewwel cut-off point tkun fl-aħħar ta’ Marzu għas-sena sħiħa preċedenti waqt li t-tieni cut-off point tkun fl-aħħar ta’ Settembru għall-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti. Dan japplika wkoll għas-Support Line 179, li hija wkoll is-Support Line Nazzjonali. B’dan ta’ hawn fuq premess, nista’ nagħti lill-Onor. Interpellant it-tagħrif mitlub għas-sena 2022 sħiħa u għas-sena 2023 sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena kurrenti, kif qed ikun elenkat hawn taħt: 1. It-total ta’ sejħiet ġenwini li daħlu matul il-perjodu Jannar – Diċembru tal-2022 kien ta’ 12,515-il sejħa; 2. It-total ta’ sejħiet ġenwini li daħlu matul il-perjodu Jannar – Ġunju tal-2023 kien ta’ 5,505 sejħiet; 3. F’kull shift ikun hemm 3 impjegati jirċievu t-telefonati; 4. Dettalji dwar it-tipi ta’ problemi li dwarhom isiru t-telefonati jinsabu fit-tabella t’hawn taħt u huma riferibbli għall-perjodi indikati hawn fuq: Supportline 179 Genuine Calls by Problem reported 2022 (Jan – Dec) 2023 (Jan – Jun) Abuse of an adult 15 19 Abuse of elderly persons 53 25 Adoption related 6 1 Aggressive\violent behavior 109 44 Alcohol 129 50 Bereavement 23 14 Bullying others or being bullied 35 24 Care of significant others 4 2 Child abuse – at risk 79 33 Child abuse – emotional 128 40 Child abuse – neglect 160 69 Child abuse – physical 96 34 Child abuse – sexual 17 1 Child abuse - internet - - Child access 67 44 Child care 43 19 Communication issues in romantic relationship 14 3 Crime (adult) 5 3 Cyber-bullying or victim of cyber-bullying 18 9 Delinquency (youth) 13 12 Disability related issues (any) - - Disability related issues (intellectual) 15 0 Disability related issues (physical) 31 9 Disability related issues (visual) 8 5 Divorce 7 0 Domestic violence – at risk 79 36 Domestic violence – emotional 297 118 Domestic violence – financial 14 4 Domestic violence – neglect 13 3 Domestic violence – physical 197 101 Domestic violence – sexual 2 5 Drugs (prescription medication) 18 12 Drugs (illicit substances) 136 71 Eating disorder 8 1 Elderly needs 252 106 Employment problems 20 13 Financial problems 42 19 Foster placement 8 3 Gambling 25 9 Harassment 9 10 Homeless 507 335 Housing problems 41 14 Illegal content - - Infidelity in romantic relationship 14 6 Information - internet - - Information - services - - Language or cultural barriers - - Legal issues 129 37 Listening - - Loneliness 3636 1758 Marital separation - - Mental health 1353 663 Non-person directed behaviours 44 23 Oppositional defiant disorder 2 1 Parent child attachment issues 74 69 Parenting skills 24 16 Personal hygiene issues - 1 Physical health 110 35 Pregnancy related issues 7 3 Relationship problems with reconstituted family 17 7 Relationship problem with extended family 40 8 Relationship problem with nuclear family 194 89 Residential care 51 18 Romantic relationship conflicts 362 161 Running away 24 10 School related problems 19 14 Self-injury behaviours 71 41 Sexting 1 1 Sexual assault/rape 22 5 Sexuality related issues 7 5 Social security benefits issues 2 4 Stereotyped behaviours - - Technology addiction 2 0 Undocumented migration issues 2 2 Unemployment 1 2 Usury 3 0 Unspecified behavioural problems - - Victim of past child abuse 1 0 Other 1124 155 None specified or no other issue 2436 1051 Total 12515 5505

FSWS – Waiting Lists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-waiting lists matul is-sena 2023 tas-servizzi offruti fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalma għamlit għall-mistoqsija parlamentari 11243, it-tagħrif mogħti huwa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju, 2023. Dan għall-istess raġuni li diġà tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11243, li għal raġunijiet ta’ koerenza fir-rappurtaġġ, l-FSWS taqsam li statistika tagħha fuq żewġ cut-off points fis-sena. Nibda billi ngħid li l-kelma waiting list għandha konnotazzjoni li kull każ li jidħol jintefa’ fl-aħħar tal-kju u meta jmissu jkun imissu. Fl-FSWS ma jsirx hekk. Kull każ li jidħol isirlu triage/case weighing (li jvarja minn aġenzija għal aġenzija) u skont l-urġenza tal-każ jiġi allokat lill-professjonist li jkun se jaħdem fuqu. Jekk ikun każ soċjali, il-każ jiġi riferut lil social worker, jekk ikun każ ta’ terapija, hawnhekk jiġi riferut lil terapista, u jekk ikun każ li jittratta żagħżugħ jew żagħżugħa, il-każ jiġi riferut quddiem youth work. Aktar mat-tirage/case weighing ikun għoli aktar il-każ jiġi trattat b’urġenza u għalhekk allokat malajr għall-attenzjoni urġenti tal-professjonisti. Għaldaqstant, ċertament mhuwiex il-każ li l-każijiet jitħallew jakkumulaw mingħajr ħadd ma jkun għamel l-assessment inizjali u ħadd ma jkun kellem lill-persuna li ġiet għall-għajnuna. Intant fit-tabella t’hawn taħt qiegħed nagħti lista tal-perċentwal tal-każijiet li kienu qed jistennew li jiġu allokati fl-aħħar ta’ Ġunju, 2023 skont l-aġenziji fi ħdan l-FSWS. Każijiet jistennew allokazzjoni fl-aħħar ta’ Ġunju, 2023 : AĠENZIJA Jan-Ġun 2023 Jan-Ġun 2023 Jan-Ġun 2023 ACTS 2500 132 5% ALT CARE 2866 349 12% APPOGG 6194 107 2% CPS 3354 614 18% FSWS GOZO 1135 0 0% SEDQA 2609 24 1% FSWS TOTAL 18658 1226 7%

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Remunerazzoni ta’ individwi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090.