Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9716 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9746 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Child Care Centres — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' child care centres li għandna joperaw f'pajjiżna llum? Kemm minn dawn huma tal-gvern u kemm tal-privat? Fejn jinsabu dawn iċ-child care centres? Hemm xi applikazzjoni pendenti biex jinfetħu child care centres ġodda? Jekk iva,fejn?

Response (DALLI, JOHN)

Billi iċ-Child Care Centres ma jaqawx taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 11 PQ #9784 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Berġa ta' San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Berġa ta' San Ġwann qed tkun magħluqa nhar ta' Ħamis kuntrarju għall-imgħoddi meta kienet tiftaħ bejn it-8.00 u il-11.00 ta' filgħodu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9788 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Care workers u part time social assistants — Dipartiment tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' care workers vakanti mal-Gvern fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm hemm part-time social assistants li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol minflokhom, u dan b'paga ta' part-timers? Jista' jikkonferma li dan qed isir kemm fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul kif ukoll f'għadd ta' djar tal-anzjani tal-gvern? Huwa minnu li meta jkun hemm care workers u part-time social assistants bi leave jew sick leave qed jiġi ingaġġat wkoll kuntrattur/i privat? Jista' jinvestiga u jiċħad u/jew jikkonferma rapporti li waslu li d-Dipartiment qed jippermetti kemm care workers kif ukoll part-time social assistants li jaħdmu 24 siegħa jew f'ċerti kazi anki 36 siegħa bla waqfien u biex ma jidhrux li qegħdin jaħdmu dawn is-sigħat twal f'dan il-mod qegħdin ibiddlu l-post fejn dawn jaħdmu, daqqa fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule u daqqa f' Mount Carmel u daqqa fid-djar tal-Gvern għall-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9801 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni għall-pensjoni tal-invalidità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9380 ninforma lill-Ministru li l-persuna konċernata ġiet infurmata mid-dipartiment li d-deċiżjoni tagħhom mhijiex appellabbli u għalhekk din il-persuna xtaqet tkun taf kif ittieħdet din id-deċiżjoni mingħajr ma ħadd bagħat għaliha jew invistaha biex jaraw il-kundizzjoni medika tagħha? Jista' l-Ministru jgħid kif il-Bord wasal għal din id-deċiżjoni meta l-pazjent ma kienx invistat minn psikjatra dwar il-kundizzjoni mentali tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

M'għandi xejn x'inżied mar-risposta oriġinali.
Leg 11 PQ #9802 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Każ ta' post

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8529, jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja r-raġunijiet imsemmija l-Awtorita' tad-Djar laqgħet l-appell ta' din il-familja fit-3 ta' Marzu, 2008? Jista' jgħid kif id-deċiżjoni daret min-naħa ta' l-Awtorità tad-Djar minkejja li kien hemm din l-aċċettazzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx minuti tal-laqgha li fih kien deċiz dan il-każ mill-Bord ta' l-Awtorita' u jekk inhu possibli titressaq kopja tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord ta' l-Awtorita tad-Djar li kien involut fl-ewwel deċiżjoni inbidilx wara l-Elezzjoni Generali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tinforma lill-Onor. Interpellant illi l-fatti u d-deċiżjonijiet huma kif spjegati fir-risposta li diġa ingħatat fil-PQ numru 8529.
Leg 11 PQ #9847 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nurses li jirritornaw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn nurses li qed jirritornaw għax-xogħol wara li għalqu l-61 sena, tneħħilhom il-premuim u minn skala 10 saru skala 13 skond komunikat li ntbagħat lill-persuni konċernati mid-direttorat tar-riżorsi umani

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9850 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9479 u 8813 u jara li jindirizza l-bżonn urġenti tal-famlija li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament minħabba l-urġenza tal-mard fil-famlija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-applikanta msemmija qiegħda tistenna fil-waiting list ma’ l-applikanti l-oħra peress li l-Awtorita’ tad-Djar għadha ma’ identifikatx post adekwat għalija.
Leg 11 PQ #9863 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ fuq skema Z

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni taħt skema Z li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament l-ammont dovut lil dawn l-applikanti ġie mnaqqas drastikament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li L-Awtorita’ tad-Djar kienet diġa ħarġet Għotja sabiex tiġi rranġata l-gallerija ta’ dan il-post ikkonċernat taħt Skema preċedenti. Għalhekk, l-Għotja ġiet imnaqqsa għal €3,821.20 sabiex teskludi dak l-ammont li kieku kien ser jiġi allokat għall-gallerija.
Leg 11 PQ #9897 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Servizz tal-internet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8836, 8678 u 8418 u jgħid min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9898 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — allowance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8834, 8677 u 8405 u jgħid x'inhi l-proċedura meta pazjenti li ma jistgħux joħorġu u ma jkunux rikoverati fl-Isptar Mater Dei ikollhom bżonn li jarahom speċjalista tal-Gvern? L-ispeċjalisti tal-Gvern għandhom xi allowance biex iżuru lil dawn il-morda li ma jkunux fl-Isptar Mater Dei jew jitħallsu għal kull vista li jagħmlu barra mill-isptar? F'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' allowance/ħlas jingħataw?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhijiex il-prassi li speċjalisti tal-Gvern jinvistaw lill-pazjenti f'darhom. Madankollu ta' min jgħid li l-maġġoranza tal-general practitioners li joffru servizzi fil-komunità miċ-Ċentri tas-Saħħa huma reġistrati bħala speċjalisti fil-Mediċina tal-familja. Dawn jagħmlu visti fid-djar lil pazjenti li ma jkunux jistgħu joħorġu. Dawn it-tobba tingħatalhom allowance għall-fuel u s-servizz tal-użu tal-karozza privata tagħhom.

Customer care

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma dak li qal id-Direttur tas-Saħħa Primarja, li ismu qed jidher separatament, fuq ir-radju RTK nhar it-Tlieta, 23 ta' Gunju, 2009 li l-customer care tad-dipartiment tiegħu jieħdu ħsiebu u jindirizzaw l-ilmenti tan-nies tliet tobba seniors? Possibbli li dan is-servizz ma jistax jitmexxa minn persuni oħra u dawn it-tobba seniors jagħtu servizz f'taqsimiet oħra tas-saħħa primarja, bħaċ-ċentri tas-saħħa, fejn hemm nuqqas ta' tobba?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dewmien biex jingħata appuntament ma' padoloġista

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid x'qed iwassal għal dewmien biex jingħata appuntament ma' padoloġista fiċ-ċentri tas-saħħa? Jaf il-Ministru li filwaqt li appuntament kien jingħata fi tlett ijiem appuntamenti li ntalbu llum (23 ta' Gunju, 2009) ingħataw għal Settembru li ġej jiġifieri tliet xhur oħra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Riforma fil-qasam tas-saħħa primarja

Question

Billi mill-programm "Irrid Nistaqsi" mxandar fuq Radju RTK ta' 23 ta' Ġunju, 2009 ħareg ċar li t-tnaqqis fil-ġranet u l-ħinijiet tal-bereġ sar mid-Direttur tas-Saħħa Primarja, li ismu qed jintbagħat separatament, u billi l-istess Direttur diversi drabi jsemmi riforma li se jagħmel fil-qasam tas-saħħa primarja, fosthom fil-bereġ, jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tnaqqis ta' ġranet u ħinijiet tal-bereġ kollha f'Malta beda mill-ġimgħa ta' qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali u ma tħalliex għal meta ssir din ir-riforma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sistema teknoloġika mqabbda maċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li bereġ ikollhom ukoll sistema teknoloġika (computers) imqabbda maċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet biex fost oħrajn ikun faċilitat ix-xogħol tat-tobba u l-infermiera (partikolarment fejn jidħlu appuntamenti)? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li dan isir u wasalx allura ż-żmien li l-infermiera jibdew jingħataw it-taħriġ li għandhom bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9908 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiżeriji ġodda f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid, lokalità, lokalità f'Malta u f'Għawdex kemm hemm bżonn ta' spiżeriji ġodda? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' persuni li wrew ix-xewqa u/jew applikaw li jiftħu spiżerija f'kull lokalità? Jista' jagħti lista, in order of merit ta' kulmin applika u ta' min imissu, f'kull lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9187 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Xiri ta' flat tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-flat tal-Gvern li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jistax jinxtara?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex skema sabiex tbiegħ proprjeta’ tal-Gvern mikrija lir-residenti.
Leg 11 PQ #9559 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Allowance tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' familji, lokalità b'lokalità li kienu qed jirċievu l-allowance tat-tfal fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 u kemm minnhom kienu qed jirċievu allowance għal wild wieħed, tnejn, tlieta u aktar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9560 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

għajnuna supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jista' japplika għall-għajnuna supplimentari u kemm kienet din l-għajnuna, sena b'sena, fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-kriterji li bihom persuna tista tikkwalifika għall-għajnuna supplimentari huma : · Persuna miżżewwġa li tmantni lill-konjugi li ma jkollhiex jedd għall-allowance tat-tfal u li d-dħul tagħha fis-sena ma jeċċedix €9,966 · Persuna singola li d-dħul tagħha fis-sena ma jeċċedix €7,799 L-għajnuna supplimentari sena b’sena għas-snin imsemmija kienet hekk:- Rata massima ta' Għajnuna Supplimentari fis-sena 2004 2005 2006 2007 2008 Persuna Lm140 Lm140 Lm140 Lm160 €372.72 Miżżewġa Persuna Lm75 Lm75 Lm75 Lm90 €209.66 Singola