Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li kkontrattaw iż-żwieġ tagħhom f’dawn l-aħħar tliet snin, għażlu li jirregolaw il-patrimonju fiż-żwieġ tagħhom bis-sistema tas-separazzjoni tal-beni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 24430.
Kuntratti ta’ żwieġ — Community of Residue Under Separate Administration
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li kkontrattaw iż-żwieġ tagħhom f’dawn l-aħħar tliet snin, għażlu li jirregolaw il-patrimonju fiż-żwieġ tagħhom bis-sistema tal-Community of Residue Under Separate Administration?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 24430.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala:
(a) Head of Secretariat;
(b) Deputy Head of Secretariat;
(c) Private Secretary;
(d) Assistant Private Secretary;
(e) Head Customer Care Officer;
(f) Customer Care Officer;
(g) Customer Care Assistant;
(h) Communications Secretary;
(i) Events Co-ordinator;
(j) Co-ordinating Officer;
(k) Secretariat Officer;
(l) Secretariat Pool;
(m) Senior Secretariat Messenger;
(n) Secretariat Messenger;
(o) Chairwoman;
(p) Personal Driver;
(q) Security Officer;
(r) Advisor;
(s) Policy Consultant;
(t) Policy Co-Ordinator;
(u) Photographer;
(v) Person/Position of Trust oħrajn?
Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli):
(i) Disturbance Allowance;
(ii) Secretariat Allowance;
(iii) Bonus for Overtime Worked;
(iv) Communications Allowance;
(v) Fully-expensed mobile telephony;
(vi) Free telephony;
(vii) Pre-Paid top-ups for telephony service;
(viii) Internet Service;
(ix) Car Allowance;
(x) Transport Allowance;
(xi) Fuel Vouchers;
(xii) Use of car-hired car;
(xiii) Use of government-owned car;
(xiv) Internet key;
(xv) Tablets;
(xvi) Laptops;
(xvii) Peripherals;
(xviii) Expertise allowance;
(xix) Disturbance Allowance;
(xx) Shift Allowance;
(xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iskemi għal security cameras maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul is-snin 2023 u 2024, u li setgħu japplikaw għalihom il-kunsilli lokali? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli lokali applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi, maqsuma skema skema?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Residenti li għandhom 35 sena jew inqas
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22033, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ tal-età ta’ 35 sena jew inqas fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi għal dawn l-aħħar 10 snin u f’liema diviżjonijiet kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din it-tip ta' informazzjoni bdiet tinġabar mis-sena 2019. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24015 dwar ir-riċerka fuq is-suq tax-xogħol b’rabta mal-politika tal-immigrazzjoni proposta mill-Gvern, fejn ġie mwieġeb li “dan il-Gvern għandu viżjoni ċara”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riċerka kollha li saret dwar dan?
Sptar Mount Carmel — Taqsima forensika - Residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Mount Carmel u kemm bħala żmien, ilu miżmum l-iktar resident li ilu hemm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli hemm għaxar residenti. Il-persuna li ilu l-aktar miżmum f’din it-taqsima mit-2 ta’ Lulju tas-sena 2018.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħolijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l-MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat. Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' din il-leġislatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza inxtara laptop wieħed b'operating system ta' macos.
Jista’ l-Ministru jgħid liema għases hemm ħsieb li jsir xi xogħol fuqhom matul is-sena 2025, u minħabba f'hekk l-għassa ser tinsab magħluqa? F'kull każ meta hu mistenni li x-xogħol jitlesta u l-għassa terġa’ tinfetaħ? F'kull każ fiex ser ikun qed jikkonsisti x-xogħol li ser ikun qed isir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B'differenza minn Gvern preċedenti dan il-Gvern jalloka l-aqwa budget għall-Korp tal-Pulizija li permezz tiegħu anke jsiru diversi xogħlijiet fuq binjiet tal-Korp minbarra li kontinwament itejjeb il-kundizzjonijiet u drittijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati. Ninsab infurmat li waqt li xogħlijiet u manutenzjoni ta’ għases u propjetà oħra tal-korp ikomplu skond il-ħtieġa kontinwament, attwalment dawn l-għasses huma dawk indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22384.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma maqsuma fi skali differenti, il-ħaddiema tas-settur pubbliku, li ser ikunu milquta bil-ftehim kollettiv li ġie ffirmat reċentement? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema fi skala 20 li ġew impjegati fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23402 fejn intqal li “fl-2020 kien hemm tmien Chief Officers u bħalissa hemm disa’ Chief Officers fl-Aġenzija Identità.”, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju li effettivament jitħallas lilhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-pakkett finanzjarju huwa kumparabbli ma’ skala 3 tas-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23403 fl-intier tagħha u jagħti d-dati ta’ meta seħħew dawn il-laqgħat? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tliet kwotazzjonijiet finanzjarji li ssemmew fl-istess tweġiba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23403 infurmat li d-dati li fihom saru dawn l-laqgħat kienu t-22 ta’ Frar 2023, t-18 ta’ Mejju 2023, u t-28 ta’ Novembru 2023.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23404 dwar nefqa fuq festini u parties fejn ingħataw l-ammonti ta’ kemm swiet kull persuna, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm swew flus dawn il-festi b’mod totali; fejn ġew organizzati u fuq liema bażi ntgħażlu tali postijiet; u kemm-il persuna kienet preżenti għal kull attività msemmija fl-istess tweġiba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onov. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 23404. Infurmat li f’Diċembru 2022 kienet għal 165 ħaddiem, id-DB San Antonio, f’Ġunju 2023 kienet għal 350 ħaddiem, il-Mediterranean Conference Centre, f’Diċembru 2023 kienet għal 450 ħaddiem, il-Mediterranean Conference Centre, f’Ġunju 2024 kienet għal 400 ħaddiem, il-Mediterranean Conference Centre.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riċerka kollha li saret fuq is-suq tax-xogħol b’rabta mal-politika tal-immigrazzjoni proposta mill-Gvern? Jista’ jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) ġiex ikkonsultat b’rabta mal-politika tal-immigrazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kummenti ta kull social partner fuq dak li qed jipproponi l-Gvern?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B'differenza mill-Oppożizzjoni li kontinwament jitkellmu b'modi differenti, f'jiem differenti, fuq il-politika tax-xogħol, dan il-Gvern għandu viżjoni ċara. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskors tal-budget għas-sena 2025 li diġà tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Kulħadd ser ikollu ċ-ċans jagħti l-fehmiet tiegħu fuq il-mod aġġornat ta' kif pajjiżna iħares lejn labour migration.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw student visas minn kemm ilhom jiġu proċessati l-visas direttament mis-Central Visa Unit u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll għal liema korsijiet ġew jistudjaw, ma’ liema istituzzjoni edukattiva ġew jistudjaw u x'livelli ta’ EQF kienu qed jistudjaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2020, separatament għal kull għassa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li saru ġewwa l-għases jinġabu bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija.
L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2020 għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp.
Sena 2020
Nru. ta’ rapporti proċessati f’Għases
Distrett Nru 1
3826
Distrett Nru 2
5803
Distrett Nru 3
6429
Distrett Nru 4
7299
Distrett Nru 5
7799
Distrett Nru 6
7058
Distrett Nru 6A
5937
Distrett Nru 7
7858
Distrett Nru 8
7956
Distrett Nru 9
3258
Distrett Nru 9A
5292
Distrett Nru 10
5717
Għassa Ajruport
746
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2021, separatament għal kull għassa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li saru ġewwa l-għases jinġabu bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija.
L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2021 għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp.
Sena 2021
Nru ta’ rapporti proċessati f’Għases
Distrett Nru 1
4912
Distrett Nru 2
6685
Distrett Nru 3
7197
Distrett Nru 4
9764
Distrett Nru 5
11479
Distrett Nru 6
7717
Distrett Nru 6A
7031
Distrett Nru 7
8809
Distrett Nru 8
8927
Distrett Nru 9
4090
Distrett Nru 9A
6492
Distrett Nru 10
7285
Għassa Ajruport
970