Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — tindif fil-vened

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ġie inkarigat minn Transport Malta sabiex jesegwixxi xogħol ta' tindif fil-vened tal-Belt, Qormi u Buġibba? Jista' jgħid jekk Transport Malta ħarġitx tender għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enforcement Department — Chief Office, Senior Manager u l-Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Chief Officer, is-Senior Manager u l-Manager tal-enforcement department kenux preżenti fuq il-post tax-xogħol nhar il-Ħamis, 26 ta' Jannar 2012? Jekk jirriżulta li dawn kienu reġistrati bħala leave, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li l-istess persuni daħlu u ħarġu mill-post tax-xogħol regolarment? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li dawn kienu assenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġurnata msemmija, iċ-Chief Officer Enforcement kien ġurnata leave, is-Senior Manager kien leave in-nofs ta' nhar ta' fil-għodu, u l-Manager kien duty. Infurmat ukoll li hi ħaġa normali li mpjegati fi gradi maniġerjali jkunu preżenti fil-post tax-xogħol anke meta jkunu bil-leave.

Transport Malta — - uffiċjali li huma intitolati għall-fuel b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali tat-Transport Malta li huma intitolati għal fuel b'xejn? Jista' jindika liema sezzjoni fi ħdan Transport Malta dawn jaqgħu? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fi fuel fis-sena 2011 u kemm minn din in-nefqa marret sabiex tagħmel tajjeb għal dawk intitolati jieħdu fuel b'xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — lista ta' konferenzi

Question

Jista' l-Ministru jindika u jippubblika lista ta' konferenzi li Transport Malta attendiet għalihom matul is-sena 2011? Jista' jgħid x'kienet it-tema ta' kull konferenza? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa għal kull konferenza partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — safety committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-safety committee fi ħdan Transport Malta kienx qed jopera fil-perjodi 2010/2011? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' dan is-safety committee?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Health & Safety Committee fi ħdan Transport Malta twaqqaf f'April tal-2011. Il-membri f'dan il-kumitat huma kollha mpjegati ta' Transport Malta: · HR Director · Administration Manager · Senior Manager · Property Manager · Maintenance Manager · Materials Testing · Safety Officer · Specialist - Civil Aviation

Belt Valletta — Transport Malta - chipping u żebgħa fuq bollards

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil min Transport Malta għaddiet ix-xogħol ta' chipping u żebgħa fuq bollards kif ukoll crash barriers li sar f'Xatt il-Barriera l-Belt Valletta? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġiet magħżula din il-persuna jew kumpanija? Jista' jgħid kemm kien il-valur għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant jifforma parti minn kuntratt ta’ xogħol aktar wiesa’ li jkopri tiswija ġenerali tal-moll f’Xatt il-Barriera. Dan il-kuntratt ġie mogħti lil Josef Borg li tefa’ l-irħas offerta f’tender pubbliku. L-ispiża għax-xogħol ta' chipping u żebgħa fuq bollards kif ukoll xiri w installazzjoni ta’ crash barriers ġodda li sar f'Xatt il-Barriera, l-Belt kienet dik ta’ €19,380.00 inkluż il-VAT.

Karozzi tal-linja mill-Università għall-Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-traġitti tal-karozzi tal-linja mill-Università lejn Wied il-Għajn humiex qed jitilqu fil-ħin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-lokal ta’ Wied il-Għajn huwa servut b’ żewġ rotot lejn l-Università, li huma: · Rotta 135 bi frekwenza ta’ kull siegħa · Rotta 204 bi frekwenza ta’ kull siegħa. Infurmat ukoll li Transport Malta innutat li dawn ir-rotot qegħdin ikunu tard f’ ċertu ħinijet tal-ġurnata, u għaldaqstant qed taħdem flimkien ma’ l-opertur sabiex tiġi ndirizzata din il-problema.

parking fil-Belt għal mingħandu familjari residenzi fil-Belt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31830 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma l-vantaġġi li għandhom ulied residenti anzjani Beltin fir-rigward ta' ipparkjar tal-vetturi tagħhom fil-Belt sew bħala ħlas fir-rigward ta' CVA kif ukoll bħala parking bays li jistgħu jkunu riservati għalihom b'mod partikolari f'ħinijiet meta s-sistema tas-CVA l-Belt tkun b'xejn għal kulħadd partikolarment bil-lejl u fil-weekends?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond ir-Regolamenti tal-2007 dwar Aċċess Kontrollat ta’ Vetturi f’Certi Zoni (LN 105 ta’ l-2007), il-vantaġġi li għandhom ulied ir-residenti anzjani Beltin huma hekk kif ġej: 1. Persuna anzjana li għandha wieħed u sittin sena jew aktar u hija residenti l-Belt, tista’ tapplika għall-vettura waħda reġistrata f’isem kull wieħed/waħda mill-eqreb qraba tagħha; 2. Meta persuna anzjana ma jkollhiex ulied, tista’ tinnomina sa żewġ vetturi li jkunu jappartjenu jew lil xi wieħed jew waħda minn ħuthom, jew lill-eqreb neputi jew neputija mill-ħlas tad-dritt għall-aċċess kull meta jidħlu f’dik iz-zona. Dawn l-eżenzjonijiet wara li jiġu approvati mill-Bord tas-CVA, huma kontra ħlas ta €46.59 kull sena u b’hekk sid il-karrozza ma jirċevix kontijiet tas-CVA; 3. Ma hemm l-ebda parking riservat għall-individwu li jiġi nnominat minn xi persuna anzjana. Madankollu, meta sid ta' vettura (hekk kif indikat fl-ewwel paragrafu surreferit) jidħol il-Belt u jipparkja fiz-zona li l-aċċess għaliha jkun bi ħlas, għandu l-għażla u jista' jipparkja hekk kif indikat hawn taħt: a. Fil-Parking bays “Bojod” – jistgħu jipparkjaw fihom għal erba' u għoxrin siegħa kuljum; b. Fil-Parking bays “Blu”– jistgħu jipparkjaw kuljum fihom bejn s-sebgħa ta’ filgħodu u s-sebgħa ta’ filgħaxija. 4. Min ma jkunx applika għal din l-eżenzjoni (hekk kif indikat fl-ewwel paragrafu surreferit), ikun jista’ jipparkja kuljum ġewwa l-Belt Valletta mingħajr ħlas hekk kif ġej: a) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – Jistgħu jipparkjaw mis-sitta ta’ filgħaxija sat-tmienja ta’ l-għada filgħodu; b) Is-Sibt mis-siegħa ta’ wara nofs inhar 'il quddiem; c) Il-Ħdud u l-festi l-ġurnata kollha; d) Barra minn hekk, l-ewwel nofs siegħa mid-dhul fiz-zona kontrollata fi kwalunkwe ġurnata hija mingħajr ħlas u fil-ħinijiet l-oħra ikun suġġett għall-ħlas dovut taħt is-CVA.

San Pawl il-Baħar — rotot tal-karozzi tal-linja mill-Belt għall-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma r-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-bypass ta' San Pawl il-Baħar fid-direzzjoni tal-Belt u tal-Mellieħa, rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar x'inhu l-iskop li dawn ir-rotot partikolari jgħaddu mill-bypass, iżda ma jgħaddux mir-raħal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-rotot li jgħaddu mill-By Pass ta’ San Pawl il-Baħar huma hekk kif ġej:- · Rotta X1, li hija express service u li titlaq miċ-Ċirkewwa lejn l-ajruport ta’ Malta bi frekwenza ta’ kull siegħa · Rotta X6, li hija express service u li tmur miċ-Ċirkewwa lejn il-Belt bi frekwenza ta’ kull siegħa · Rotta 222 li tmur miċ-Ċirkewwa lejn tas-Sliema bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa Ir-rotot X1 u X6 huma rotot express u għaldaqstant dawn għandhom numru limitat ta’ stops li jieqfu fuqhom u għalhekk qegħdin jgħaddu mill-By Pass ta’ San Pawl il-Bahar. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rotta 222 ser tibda tgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-lokal fil-ġimgħat li ġejjin.

Trasferiment tal-Bus stop ta' ħdejn il-Knisja tal-Fgura

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bus stop li hemm viċin il-Knisja tal-Fgura u li jinstab viċin ħafna ta' roundabout jiġi trasferit aktar 'l fuq lejn Raħal Ġdid peress li fejn qiegħed fi Triq Hompesch kull meta tieqaf karozza tal-linja, timblokka t-traffiku kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bus stop Fgura ġie imwaħħal fl-istess post fejn kien qabel. Infurmat ukoll li jekk dan il- bus stop jitressaq, ser titwal id-distanza sabiex passiġġieri jaslu għal fuq dan il- bus stop b’ detriment għal min jagħmel użu minnu. Infurmat ukoll li jekk jitmexxa dan il- bus stop jiġi fil-qrib ħafna ta’ bus stop ieħor li hemm fil-viċinanzi li jismu Punika.

Ħal Farruġ — Triq l-Għastun - tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq l-Għastun l-Ikħal f'Ħal Farruġ li għandha bżonn tinbena peress li qatt ma ngħatat tarmac taqax fir-responsabilità ta' Transport Malta jew tal-Kunsill Lokali? Jista' jgħid jekk din it-triq hemmx ħsieb li tkun irranġata minħabba l-istat li tinsab fiha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

reġistrazzjoni ta' eID cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati e.ID cards fil-perjodu minn Jannar sa Ġunju u bejn Lulju sa Diċembru 2010, Jannar sa Ġunju u bejn Lulju sa Diċembru 2011 u minn Jannar 2012 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

introduzzjoni ta' ferry service

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju kien wasal il-proċess għall-introduzzjoni ta' ferry service bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Belt u l-Kottonera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sejħa pubblika għall-offerti għal min hu nteressat jipprovdi s-servizz bil-baħar għall-passiġġieri bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Belt u l-Kottonera ġiet ippubblikata fis-16 ta' Dicembru 2011 u għalqet fis-16 ta' Frar 2012.

Xemxija u Erba' Mwieġeb — Transport Malta - rotot

Question

Billi qed jirriżulta li dawk li joqogħdu bejn ix-Xemxija u Erba' Mwieġeb qed isib diffikultà kbira biex jużaw it-trasport pubbliku u dan għaliex għal ċertu destinazzjonijiet jistgħu jinqdew biss bir-rotta 41, jista' l-Ministru jitlob lil Transport Malta biex tinvestiga din il-problema u tieħu l-passi rimedjali neċessarji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — ftehim dwar rotot li jgħaddu minn Triq Toni Bajjada

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31366 u 31787, billi l-ebda waħda mir-risposti mhi qed issolvi l-problema tal-persuni li joqogħdu fl-inħawi, u li tilfu s-servizz tat-trasport pubbliku li kellhom, jista' l-Ministru jara li jiġi assigurat li t-trasport pubbliku jerġa' jibda jaqdi lil dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ageing Report Economic and Budgetary Projections

Question

Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment hu responsabbli għal dan l-ezerċizzju ta’ projections ekonomici u finanzjarji, nistieden l-Onor. Interpellant sabiex jidderiġi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.

MEPA — toroq imkissra madwar l-uffiċċji

Question

Billi numru ta' toroq madwar l-inħawi tal-uffiċċji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, (mhux dawk li qed isir ix-xogħol fuqhom) tkissru matul l-aħħar ġimgħat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari għaliex qed iseħħu dawn il-ħsarat estensivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

informazzjoni dwar bini ta' toroq mill-protokoll Taljan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mit-toroq li kellhom isiru mill-ħames protokoll Taljan, fil-fatt tlestew? Meta ntlaħaq il-ftehim biex dan il-protokoll jintuża għall-ewwel darba biex jinbnew it-toroq arterjali f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex kull xahar fl-2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Transport Malta — Talbiet pendenti għar-reserved parkings

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31679, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet għall-reserved parking li kienu kkunsidrati matul l-2011 għal-lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali, lokalita, lokalità? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm ġew rifjutati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.