Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ebda entità ma ħallset lid-ditta msemmija jew ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — spiża ta' markting u reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8728.
Il-kumplament tal-informazzjoni tkun tista’ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra appena tinġabar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-'Tender for the provision of health and safety services for road reconstruction works around Gozo', li għalqet fit-3 ta' Novembru 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess biex tiġi awarded din it-tender ferm bżonjuża u importanti għas-saħħa u sigurtà fuq proġetti ta' bini mill-ġdid ta' toroq ġewwa Għawdex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Negotiated Procedures’ ġodda minn meta ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 10603 sal-lum, u x'tip ta’‘Negotiated Procedures’ kienu? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienu r-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li naqsu li jdaħħlu dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20017, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li bejn l-2010 u l-2020 naqsu milli jdaħħlu d-dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul kif kien dovut minnhom? Minn dan l-ammont ta’ persuni li naqsu milli jiddikjaraw it-taxxa, jista’ l-Ministru jagħti stima ta’ kemm kien l-ammont globali ta’ taxxa li ma kenitx iddikjarata sena b’sena, għas-snin iċċitati aktar ‘il fuq? (2010-2020)
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul – passi
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20018, jista' l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta’ persuni li peress li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul ittieħdu passi kontra tagħhom sena b’sena għas-snin 2010-2020? Jista’ jindika wkoll x’kienu l-passi li ttieħdu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li naqsu milli jagħmlu dikjarazzjoni għat-taxxa tad-dħul, għal kollox jew fil-ħin, u/jew ma ħallsux it-taxxa dovuta skont il-liġi, inkorrew multi u nteressi kif jidher fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Id-Direttorat tal-Osservanza u Investigazzjonijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jista’, sa ħames snin minn meta dikjarazzjoni u/jew ħlas ta’ taxxa jkunu dovuti, jagħti bidu għal investigazzjoni li twassal għal stima ta’ taxxa dovuta, u eventwalment proċeduri legali, jekk ikun il-kaz.
Għar-rigward tas-Sena ta’ Stima 2020, il-figuri msemmija ġew influwenzati minn parametri aġġustati fis-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment tat-Taxxi, fejn għandu x’jaqsam jekk persuna tkunx meħtieġa tissottometti dikjarazzjoni għat-taxxa.
Dan peress li nstab li z-zieda ta’ persuni li jonqsu milli jagħmlu dikjarazzjoni kien qed ikun primarjament dovut għal ħaddiema ġodda barranin li ma jkunux konxji dwar l-obbligu li jagħmlu l-ewwel dikjarazzjoni għat-taxxa, jew li jilħqu jtemmu l-impjieg tagħhom u jsiefru minn Malta qabel ma tkun dovuta d-dikjarazzjoni.
L-informazzjoni meħtieġa għal finijiet ta’ taxxa rigward l-impjegati msemmija qed tinkiseb b’mod awtomatiku mir-rapporti sottomessi mill-‘
employers
’ tagħhom.
Tender 'CALL-OFF FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL PROFESSIONAL SERVICES RELATED TO ROADWORKS IN GOZO'
Question
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CALL-OFF FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL PROFESSIONAL SERVICES RELATED TO ROADWORKS IN GOZO' li għalqet iktar minn sena ilu, jiġifieri fil-5 ta' Diċembru 2019? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni ta’ din l-imsemmija tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti huwa infurmat li l-Awtorità Kontraenti ddeċidiet li tikkanċella din it-tender minħabba li m’għadhiex tilħaq l-iskop tal-proġett. Din ir-rakkomandazzjoni għadha trid tasal quddiem il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.
Union tal-Cabin Crew – pre-avviż qabel azzjoni industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġimgħa pre-avviż trid tagħti l-Union of Cabin Crew lill-Gvern qabel ma tħabbar li ser tieħu azzjoni industrijali skont il-ftehim viġenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern mhux parti għall-ftehim kollettiv mal-Union of Cabin Crew, u għalhekk ma hemm l-ebda pre-avviz li għandu jingħata lill-Gvern, qabel il-Union of Cabin Crew tieħu azzjoni ndustrijali.
Skond il-ftehim kollettiv viġenti, f’kaz li tinqala’ disputa bejn l-Air Malta w il-Union of Cabin Crew, jiġu segwiti l-proċeduri dwar ‘settlement of disputes’.
Jekk wara tali proċeduri, waħda mill-partijiet tkun ser tieħu azzjoni unilaterali, (li tinkludi azzjoni ndustrijali), dik il-parti trid tagħti jumejn tax-xogħol avvi¿ lill-parti l-oħra. Il-ftehim jgħid "two clear days - excluding Saturdays, Sundays and Public Holidays".
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru m’għandux karozza ministerjali.
Id-Disa’ Distrett Elettorali – persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fid-Disa’ Distrett Elettorali li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru? Kemm kien hemm fl-2019 u fl-2020? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Jista’ jipprovdi n-numru għal kull lokalità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, għandek issib in-numru ta’ nisa u rġiel, li huma residenti fid-Disa’ Distrett Elettorali u li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru sal-aħħar ta’ Diċembru 2019 u Diċembru 2020.
Dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax bracket – ġbir ta’ taxxa minn individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa minn individwi fuq dħul attribwibbli għar-rata ta’ 25% tax bracket fis-snin 2018, 2019 u 2020 rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b’diżabilità rreġistrati li qed jaħdmu, fi tmiem kull sena mill-2008 sa kemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta` persuni b’diżabilità rreġistrati li qed jaħdmu fl-aħħar ta' Diċembru mill-2008 sal-2020 u fl-aħħar ta' Marzu 2021.
Sena
Nies b’diżabilita li huma impjegati
Diċembru 2008
1,321
Diċembru 2009
1,384
Diċembru 2010
1,495
Diċembru 2011
1,591
Diċembru 2012
1,699
Diċembru 2013
1,797
Diċembru 2014
2,007
Diċembru 2015
2,318
Diċembru 2016
2,850
Diċembru 2017
3,499
Diċembru 2018
3,578
Diċembru 2019
3,894
Diċembru 2020
3,972
Marzu 2021
4,027
L-aħħar ċifri maħduma huma ta’ Marzu 2021.
Għaqdiet Volontarji li ma jikkwalifikawx biex jirċievu fondi/għajnuna mill-Gvern bħal donazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kategorija jew kategoriji ta' għaqdiet volontarji li ma jikkwalifikawx biex jirċievu fondi f'għajnuna mill-Gvern bħal donazzjonijiet eċċ? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn il-kategoriji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?