Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret NI sena b’sena fl-2022 u fl-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li matul l-2022 u l-2023 l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana ġabret l-ammonti murija hawn taħt f’kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali li għaddiet lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal:
2022 €726,043,412
2023 €787,630,069
Dan l-ammont ma jammontax għad-dħul kollu mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali, peress li ċertu dħul ikun riċevut direttament mill-Ministeru konċernat. Dan iseħħ meta l-pagamenti joriġinaw minn Dipartimenti oħra tal-Gvern, bħal per ezempju, pagamenti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali ta’ l-impjegati tal-Gvern.
Il-kontribuzzjoni tal-Istat li tifforma parti mid-dħul tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali ukoll tkun trattata mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tan-numru ta’ ħaddiema full-time li jħallsu t-taxxa bir-rata ta’ 0%, 15%, 25% u 35% u jgħid l-ammont ta’ taxxa miġbura f’kull rata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-numru ta’ persuni li ddikkjaraw emolumenti prinċipali jew dħul ieħor (kaxxa C1 fil-formola FS3) fil-Final Settlement System għas-sena 2022 fir-rati tat-taxxa rispettivi hu muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
Rata
Numru ta’ persuni
Ammont ta’ taxxa
0%
60,492
0
15%
44,040
17,383,655
25%
158,147
666,093,239
35%
13,582
352,414,823
Grand Total
276,261
1,035,891,717
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304, 15560, 15806, 16047, 16429 u 16586 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddej l-aħħar fazi tal-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli ta’ Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet wara li kien hemm approvazzjoni formali mill-Kabinett biex dan isir.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri fil-prattika qed jittieħdu mill-entitajiet regolatorji għas-servizzi finanzjarji biex l-anzjani tagħna kif ukoll dawk il-membri tas-soċjetà li huma l-aktar vulnerabbli, ma jkunux milquta b’mod negattiv fl-użu li dejjem qed jiżdied ta’ mezzi diġitali jew elettroniċi da parti ta’ banek Maltin biex joffru diversi servizzi bankarji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq bażi regolari, l-Awtorità tiltaqa’ u tikkomunika mal-Industrija fuq suġġetti varji, fosthom fuq l-iżvilupp u l-investiment fit-teknoloġija li huma neċessarji fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum.
L-Awtorità qed tara li l-banek qegħdin joffru għajnuna biex jiggwidaw lill-klijenti fejn isibu diffikultajiet.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12399, fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12059 u 11674 u jgħid kemm kien hawn lone parents (single mothers) irreġistrati fl-iktar statistika reċenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar ta’ Settembru 2019, 2,665 persuni kienu qed jirċievu assistenza soċjali maħsuba għal ġenituri waħedhom.
Minn dawn, 2,628 kienu nisa.
Din l-informazzjoni hija bbazata fuq l-istatistika li ħarġet f’
News Release
Nru 177/2019 fil-31 t’Ottubru 2019.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11720 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapporti li ngħatawlu s'issa skont l-Art. 61(2) tal-Kap. 552?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuna tingħata lil żgħażagħ li jixtru proprjetà tagħhom, u xi għajnuna oħra relatati ma’ xogħlijiet li jagħmlu fl-istess proprjetà?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskemi eżistenti fit-tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-First Time Buyers, xiri ta’ proprjetà vakanti fl-Urban Conservation Areas, kif ukoll l-iskema ta’ rifuzjoni ta’ spejjeż fuq xogħol ta’ restawr, kollha huma ta’ għajnuna għal żgħażagħ li jixtru proprjetà.
Irrid insemmi li mill-ewwel ta’ Jannar 2020, zgħazagħ li jkunu eliġibbli għal home loan minn bank kummerċjali u ma jkollhomx likwidità li jħallsu f’daqqa l-għaxra fil-mija depozitu, il-Gvern se jkun qed isellef l-ammont tad-depozitu li jitħallas lura bin-nifs filwaqt li l-imgħaxx fuq dan is-self jitħallas mill-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid f’pajjiżna kemm hawn persuni li għandhom 62 sena u li huma ċittadini Maltin skont l-NSO sal-aħħar ta’ Ottubru 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-31 ta’ Diċembru 2018, l-istima ta’ persuni li għandhom 62 sena u li huma ċittadini Maltin hija ta’ 5,809 persuni, li minnhom 2,899 huma nisa u 2,910 huma rġiel. Din hija l-aktar stima riċenti u hija bbazata fuq metodoloġija armonizzata ma’ dik tal-UE.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma mniżżla u indikati bħala romol li huma taħt l-età ta’ 50 sena u li huma ċittadini Maltin skont l-NSO sal-aħħar ta’ Ottubru 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar informazzjoni li għandu l-NSO f’dan ir-rigward toħroġ miċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni tal-2011. Skond dan iċ-Ċensiment kien hemm 595 persuna ta’ ċittadinanza Maltija li kellhom anqas minn 50 sena u li kienu romol (nisa u rġiel). Informazzjoni akar aġġornata tista’ tinkiseb mid-database tas-Sigurtà Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu bejn it-3 ta’ Ġunju 2017 u 31 ta’ Ottubru 2018 jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 5569.
Għall-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2018 sal-31 ta’Ottubru 2019 l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm l-ebda uffiċjal fid-dekasteru tiegħi li għandu aċċess għall-uzu ta’ card simili kif mistoqsi minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta Ministeru jitlob lill-Ministeru għall-Finanzi biex isir xogħol ta’ emerġenza, x’inhuma l-affarijiet li l-Finanzi jitolbu lill-Ministeru konċernat li jkun talab li jsir ix-xogħol ta’ emerġenza? Jista’ jgħid jekk il-Finanzi jitolbux li mill-inqas jinġabru tliet hand quotations mill-Ministeru li jkun talab li jsir ix-xogħol ta’ emerġenza biex ikun jista’ jsir ix-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru kkonċernat irid jibgħat dawn id-dettalji:
· deskrizzjoni tal-emerġenza u kif inqalet,
· minn ikun qed iqajjem il-bzonn ta’ xogħol b’urġenza,
· approvazzjoni tal-
permanent secretary
tad-dipartiment involut,
· l-isem ta’ min se jagħmel ix-xogħol,
· deskrizzjoni tax-xogħol,
· prezz tax-xogħol,
·
quotation
għax-xogħol,
· jekk saritx talba għall-
quoations
,
·
evaluation
report
fejn ikun il-kaz,
· jekk hemmx fondi allokati, u
· s-sors ta’ fondi minn fejn se jitħallas ix-xogħol.
Fejn jidħlu il-
hand quotations
imsemmija, dan isir skond id-diskrezzjoni tal-Kap tal-Awtorita Kontraenti, li jkun ħa in-kunsiderazzjoni l-ammont involut, l-urġenza, u r-restrizzjonijiet fis-suq fuq l-għazla tal-prodott, servizz, jew xogħol rikjest, u skont il-
Policy Note
Nur 32 tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista’ l-Ministru jagħtina informazzjoni li ġabar din is-sena l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar kemm hemm familji li qed jgħixu f’garaxxijiet jew ‘boathouses’ u f’liema lokalitajiet qegħdin jgħixu dawn l-individwi u/jew familji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), ma jiġborx l-informazzjoni li qed tintalab fil-Mistoqsija.
Budget 2020 – Inkomplu Nikbru Flimkien – spiża fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali tar-reklamar fuq il-medja soċjali, bid-dettalji u l-spejjeż kollha involuti u mħallsa mill-MaltaGov, għall-filmati li saru dwar il-Budget 2020 bit-titlu ‘Inkomplu Nikbru Flimkien’?
Dwana – każijiet maqbuda ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti u xorb
Question
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti u xorb mid-Dwana mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdet droga mid-Dwana, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jingħata wkoll l-ammont tad-droga maqbuda u x’tip kienet? Jista’ f’kull każ jagħti l-valur maħsub tad-droga maqbuda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.