Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arbitru tas-Sigurtà Soċjali – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3747 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jgħid kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2017 kien hemm 1067 każ pendenti, filwaqt illi matul is-sena 2017 ġew deċiżi 278 każ.

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3739 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2017, l-istaff kien jikkonsisti minn Maniġer u tliet skrivani. Ninsab infurmat illi kien hemm 29,536 persuna li għamlu u¿u mis-servizzi offruti mill-uffiċċju ta’ Raħal Ġdid tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, matul l-istess sena 2017.

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri 3738 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ottubru 2017, qed ikun hemm il-preżenza ta’ Maniġer, darbtejn fil-ġimgħa u matul il-ġranet l-oħra qed ikun hemm ukoll il-kordinatur tar-reġjun, kif ukoll illi matul il-ġimgħa, ta’ kuljum, ikun hemm żewġ skrivani. Ninsab infurmat illi matul is-sena 2017, kien hemm 14,820 persuna li għamlu użu mis-servizzi offruti mill-uffiċċju tal-Fgura tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ta’ min jgħid illi dan l-uffiċċju kien jiftaħ filgħodu biss, imma minn Ottubru 2017 beda’ jkun miftuħ ukoll wara nofs in-nhar minħabba li n-numru ta’ nies li jitolbu s-servizz beda’ jiżdied.

Servizzi Youth in Focus u Embark for Life

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5304 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jindika fid-dettal fiex jikkonsistu l-proġetti Youth in Focus u Embark for Life? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fost bosta servizz oħrajn, l-Aġenzija Appoġġ toffri 3 servizzi speċjalizzati li jaħdmu direttament maż-żgħażagħ li għandhom sfidi fil-ħajja tagħhom. Tnejn minn dawn it-3 servizzi huma il-Youth In Focus u Embark for Life (E4L), filwaqt li magħhom hemm ukoll l-Adoloscent Day Programme. Is-servizz tal- Youth In Focus huwa servizz ta’ social work li jingħata lil ¿għa¿agħ bejn l-eta` ta’ 13 u 18-il sena. Dawn jiġu mejgħuna sabiex jegħlbu diversi diffikultajiet, fosthom; · problemi ta’ imġieba, · esperimentar fl-u¿u ta’ droga jew alkoħol li jista’ jwassal għal dipendenza fuqhom , · trawmi tal-passat, · involviment fil-kriminalità Il-ġenituri tal-minuri u l-minuri jridu jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan is-servizz. Il-ħaddiema soċjali jaħdmu bis-sħiħ u b’certu flessibilita` mal-adoloxxent u jiltaqgħu miegħu/magħha f’postijiet li huma komdi għaż-żagħżagħ, kif ukoll jakkumpanjawhom għad-diversi appuntamenti li jkollhom. Isiru ukoll laqgħat ma’ diversi professjonisti oħra li jkunu involuti fil-ka¿ u jsir dak kollu li jkun hemm b¿onn isabiex l-adoloxxent jingħata l-għajnuna meħtieġa sabiex jegħleb l-isfidi tiegħu u jibda miexi pass pass ‘il quddiem. Is-servizz tal- Embark for Life huwa servizz li jaħdem maż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena u l-għan huwa speċifikament sabiex iż-żgħażugħ/a li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet fil-ħajja tagħhom, jingħataw l-għajnuna neċessarja u l-ħiliet bażiċi sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Is-servizz Youth In Focus jingħata mill-Aġenzija Appoġġ. Sabiex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz jista’ jew jasal wasla sal-uffiċċju tal-Aġenzija Appoġġ, li jinsab Triq San Luqa, G’Mangia, jew jagħmel kuntatt fuq 22959000. Is-servizz Embark for Life , minn naħa l-oħra, jingħata mill-uffiċini li jinsabu l-Imsida, (49, Conception Street, Msida) jew wieħed jista’ jċempel fuq 20998027 sabiex jingħata aktar tagħrif fuq is-servizz.

Skemi ta’ kumpens mogħtija mill-Gvern

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5174 ninnota li fir-risposta ssemma’ l-fatt li “l-Gvern ma għandu l-ebda obbligu legali, kuntrattwali jew xort’ oħra mal-gruppi msemmija. Imma skont kif ġie rraportat online mill-gazzetta Malta Today tal-20 t’April 2018, https://www.maltatoday.com.mt/news/national/86145/government_to_continue repaying_police_officials_port_workers_for_past_injustices#.Wtn1v8i-l2U, waqt Konferenza Stampa li ngħatat nhar it-Tnejn 16 t’April, mill-Ministru għall-Finanzi u minnu bħala Ministru għal Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, waqt intervista li saret lill-Ministru Scicluna, huwa stqarr li l-gvern ammetta l-iżball li sar fl-1978. Għaldaqstant huwa obbligat li jħallas dak dovut, jiġifieri l-pensjoni tat-teżor? Il-Ministru ma jidhirlux li dan hu kontraditorju ta’ dak li ġie mogħti bħala tweġiba f’mistoqsija parlamentari 5174?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, m’hemm xejn aktar x’inżid mar-risposta li diġa tajt, għall-mistoqsija parlamentari 5174.

Family Resource Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati suġġetti bit-temi relatati mat-trobbija aħjar tat-tfal; budgeting; tisjir b’ikel bnin; użu għaqli tal-enerġija fid-dar, kif ukoll Għaqal id-Dar fil-Family Resource Centres matul is-sena l-oħra? Meta ġew organizzati u f’liema Ċentru ġew organizzati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej : Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar Lokalita Perjodu matul l-2017 Birżebbuġa Jannar-Marzu Għajnsielem Jannar-Marzu L-Imqabba Jannar-Marzu L-Iklin April-Ġunju Ħal Luqa April-Ġunju Ta’ Sannat/il-Fontana April-Ġunju Iż-Żejtun April-Ġunju L-Isla Settembru-Diċembru In-Nadur Settembru-Diċembru Ta’ Xbiex Settembru-Diċembru Ix-Xgħajra Settembru-Diċembru Programm LEAP! 1. Matul l-2017 ġew organizzati, miċ-Ċentri LEAP, numru ta’ workshops , b’kollaborazzjoni mal- Aġenzija Nazzjonali tal-L itteriżmu , ‘Għaqal id-dar – Ħajja Aħjar’ , u mal- Water & Energy Agency , kif ġej: Suġġett Ċentru LEAP Data Trobbija Moderna: A Session about children’s challenging behaviour Ċentru LEAP għat-Tramuntana (Qawra) 8 ta’ Awissu 2017 Messy Hands – Happy children Ċentru LEAP Nofs in-Nhar (Kirkop) 1 ta’ Awissu 2017 22 ta’ Awissu 2017 Użu għaqli tal-enerġija fid-dar Ċentru LEAP għax-Xlokk (Birgu) 13 ta’ April 2017 20 ta’ April 2017 22 ta’ Mejju 2017 25 ta’ Mejju 2017 Trobbija aħjar tat-tfal – Seħer l-Istejjer Ċentru LEAP Punent (Qormi) 7 ta’ Marzu 2017 14 ta’ Marzu 2017 21 ta’ Marzu 2017 28 ta’ Marzu 2017 4 ta’ April 2017 11 ta’ April 2017 25 ta’ April 2017 2 ta’ Mejju 2017 9 ta’ Mejju 2017 16 ta’ Mejju 2017 23 ta’ Mejju 2017 30 ta’ Mejju 2017 Household Budgeting Ċentru LEAP Punent (Qormi) 29 ta’ Marzu 2017 Empowerement Session Ċentru LEAP Punent (Qormi) 22 ta’ Marzu 2017 Food Handling Course Ċentru LEAP Punent (Qormi) 30 ta’ Mejju 2017 Tisjir b’ikel bnin - Eating the Mediterranean Way Ċentru LEAP Punent (Qormi) 25 ta’ Mejju 2017 Użu għaqli tal-enerġija fid-dar Ċentru LEAP Punent (Qormi) 7 ta’ Diċembru 2017 Empowerment Session Ċentru LEAP għax-Xlokk (Birgu) 4 ta’ Mejju 2017 Empowerment Session LEAP Għawdex (Xewkija) 10 ta’ April 2017 Aġenzija Appoġġ Tema Xahar Centru Co-Parenting Groups Gruppi li jiffukaw fuq it-trobbija tat-tfal għal koppji separati. Settembru – Novembru 2017 Valletta Leap Centre (għalkemm il-proġett sar fil-Valletta Leap Centre, in-nies li attendew ma kienux biss mil-lokalita’ tal-Belt Valletta). Settembru – Novembru 2017 Aġenzija Appoġġ Ottubru – Diċembru 2017 Aġenzija Appoġġ Pass Pass Project Organizzat flimkien mal-Parentcraft fejn jsiru gruppi għal ġenituri biex jiġu diskussi sfidi li qed jiltaqgħu magħhom fit-trobbija ta’ uliedhom, bħal nutrizzjoni, saħħa, iġene, l-importanza tal-logħob mat-tfal, u l-imġieba tat-tfal. Ottubru – Diċembru 2017 Aġenzija Appoġġ - Qawra Community Service Wonder Women Grupp għal nisa fil-komunità li għandhom rwol ta’ ġenitur jew carer fil-familji tagħhom. Fil-grupp in-nisa jiddiskutu Budgeting , xogħol, nutrizzjoni u tqassim tax-xogħol tad-dar. Il-grupp baqa’ għaddej matul is-sena kollha Aġenzija Appoġġ - Cottonera Community Service L-ewwel passi Huwa grupp għal ommijiet u t-trabi tagħhom fejn jitgħalmu jibnu relazzjoni ma’ uliedhom, jingħataw ideat għal trobbija aħjar u jigu diskussi diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom dawn l-ommijiet. Il-grupp baqgħa għaddej matul is-sena kollha Aġenzija Appoġġ - Cottonera Community Service Progetti Kuluri Il-proġett huwa immirat għal tfal tal-primarja biex jintegraw flimkien u jibnu s- social skills tagħhom. Fl-istess ħin grupp ieħor isir għal ġenituri ta’ dawn it-tfal fejn dawn jiddiskutu t-trobbija ta’ uliedhom u jirċievu sapport mil-grupp. Il-grupp baqa’ għaddej matul is-sena kollha Aġenzija Appoġġ – Valletta Community Service Aġenzija Sedqa 3. Korsijiet dwar Trobbija Pożittiva (Positive Parenting) organizzati mill-Aġenzija Sedqa (2017) Xahar Post Jannar, 2017. Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, Ir-Rabat, Malta. Kulleġġ San Benedittu, Ħal Kirkop Skola ta’ St. Francis, B’Kara Skola ta’ St. Francis, Msida Kulleġġ tas-Sacred Heart, San Ġiljan Skola Sport, Pembroke (2 korsijiet) Marzu, 2017. Skola Primarja, Sliema Skola Primarja, Għarb, Għawdex April, 2017. Skola ta’ Our Lady Immaculate, Ħamrun Skola ta’ St. Joan Antide, Gudja Ottubru, 2017. Skola Primarja, B’Bugia Dar San Guzepp, St. Venera (2 korsijiet)

Suppliment ta’ €400 fis-sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li kienu intitolati għas-suppliment ta’ €400 fis-sena għal kull wild taħt it-23 sena s-sena l-oħra? Kemm kien hemm minn dawn il-ġenituri li ma ġewx intitolati għal dan is-suppliment minħabba li uliedhom m’attendewx l-iskola għal aktar minn 95% tal-ġranet tal-iskola?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suppliment imsemmi minnu, kien għotja ta’ darba li ngħata fl-2015.

SVPR — Telefown operator

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm wieħed mit-telephone operators, li waqt ix-xift ta' billejl, jidħol u jippanċja eżatti fis-6.45pm u jitlaq 'il barra biex jerġa' lura għax-xogħol tard billejl?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mis-sorveljanza li ssir regolarment qatt ma rriżulta li kien hemm xi abbuż. Madanakollu fid-dawl ta’ dan ser tkun qed issir investigazzjoni.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni biex anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab f’Dar tal-Anzjani ssirilha gwardarobba żgħira għaliex il-qraba qed jispiċċaw ġejjin u sejrin bil-ħwejjeġ għax m’għandhomx fejn ippoġġuhom, inkluż ħwejjeġ tas-sajf u tax-xitwa? Billi din l-anzjana qed tispiċċa bil-ħwejjeġ fuq is-siġġu, possibbli li tinstab soluzzjoni aktar dinjituża billi ssirilha gwardarobba żgħira li kif jien infurmat diġà saru għal xi anzjani oħrajn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirrisjedi l-ebda resident bl-isem li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fid-dar residenzjali għall-anzjani tal-Floriana (Dar il-Mistrieħ). Għaldaqstant, qed nitlob li tingħadda l-informazzjoni korretta sabiex tkun tista’ tiġi indirizzata t-talba tal-Interpellant.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-nefqa totali f’billboard advertising fil-perijodu imsemmi, kienet tammonta b’kollox għal €1924.40. Din in-nefqa saret fis-sena 2014 u fl-2015, fl-2014 intefqu €708 u fl-2015 intefqu €1216.40.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

SVPD — anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani f’djar residenzjali privati? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani fir-Residenza Saint Vincent de Paule (SVPD)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm total ta’ 1,093 anzjan u anzjana residenti ġewwa ir-Residenza San Vinċenz de Paule, li minnhom, 340 huma residenti rġiel u 753 li huma residenti nisa. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni dwar kemm hemm anzjani fi djar residenzjali privati tin¿amm mid-Direttorat tal-Istandards tal-Kura tas-Saħħa. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità għandu total ta’ 1,237 sodda mixtrija ġewwa residenzi privati.

Ħlas għal siegħa xogħol f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5290, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-media lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta hu kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru ikkonċernat.

Dipartiment tal-Anzjani – ħaddiema fiċ-Ċentru tat-Telecare

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku li jaħdmu fiċ-ċentru tat-Telecare fid-Dipartiment tal-Anzjani meta f'Diċembru jagħlaq il-kuntratt li l-Gvern għandu mal-kumpanija Go?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjieg u l-grad tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku ma jiddependix fuq il-kuntratt bejn il-Gvern u l-kumpanija Go.

Is-Servizz “Managing Abusive Behaviour”

Question

Jista’ l-Ministru jindika fid-dettal fiex jikkonsisti l-programm “Managing Abusive Behaviour”? Meta ġie mwaqqaf dan il-programm u kemm kien hemm persuni li ħadu sehem biex isolvu l-problema tagħhom? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan il-programm?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-servizz tal-Managing Abusive Behaviour, ġie mwaqqaf fl-1999. Dan is-servizz jassisti persuni li jkunu abbużivi u vjolenti fl-imġieba tagħhom. Parti mis-servizz jaħdem ma’ irġiel li jkunu abbużivi u vjolenti lejn is-sieħba tagħhom. Dawn l-irġiel jiġu mgħejjuna professjonalment biex jaħdmu fuq l-attitudni abbużiva tagħhom, kemm fuq bażi individwali kif ukoll fi grupp. Dan is-servizz jaħdem mill-qrib mas-servizz tal-vjolenza domestika sabiex tingħata informazzjoni fuq il-progress tal-persuna abbużiva. Fl- 2016, dan is-servizz ġie estiż ukoll għan-nisa. Fl-2017 ġie mniedi ukoll is-servizz Child to Parent Violence, bil-għan li nindirizzaw ukoll l-attitudni abbużiva ta’ minuri fuq il-ġenituri tagħhom. Dawn il-minuri qed ikunu segwiti u mgħejjuna b’mod profesjonali u jaħdmu flimkien fuq diffikultaijiet u trawmiet li setgħu waslu lil minuri ikunu vjolenti. Dan is-servizz qed ikun provdut flimkien mas-Psychological Services, l-Family Therapy u l-Home Based Therapy Services. Magħtul is-sena 2017, 6 minn 12-il raġel li bdew il-programm fis-sena 2016 temmew il-kors b’suċċes, filwaqt li f’Novembru tas-sena 2017, 14-il participant ieħor bdew il-programm li huwa twil 26 ġimgħa. B’kollox ġew riferuti 6 nisa għal programm immirat lejn il-mara, madanakollu kien hemm biss mara waħda li kienet eleġibbli u li aċċettat l-għajnuna. Hekk kif il-programm Child to Parent Violence għadu pjuttost ġdid, għadu kmieni biex wieħed jgħid kemm ġew irriferuti nies għal dan is-servizz. Madanakollu, fl-2015, l-Aġenzija Appoġġ kienet diġà ġiet mgħarrfa b’100 każ fejn kien hemm vjolenza mit-tfal, fuq il-ġenituri tagħhom.

Servizzi għall-problemi tad-Droga

Question

Jista’ l-Ministru jindika s-servizzi kollha li huma mwaqqfa biex jgħinu persuni maħkumin mill-problema tad-droga? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dawn is-servizzi tant importanti bħalissa? X’għandu wieħed jagħmel jekk jixtieq jagħmel użu minn dawn is-servizzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, s-servizzi offruti mill-Aġenzija Sedqa, fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), biex jgħinu persuni maħkumin mill-problema tad-droga, huma hekk kif ġej ; Isem tas-Servizz Deskrizzjoni tas-Servizz Persuni li ħadu s-servizz matul l-2017 Drugs Community Team Dan is-servizz huwa l-ewwel punt ta’ rifermiment. Minn hawn il-persuni konċernati jiġu referuti servizzi oħra ta’ Sedqa skont il-bżonn. Ħaddiema f’dan is-servizz joffru wkoll għajnuna permezz ta’ social work u counselling tal-persuni li jirrikorru għandhom. 473 persuna Substance Misuse Outpatients Unit (Detox) Dan is-servizz jipprovdi għajnuna medika, psikjatrika, farmaċewtika u ta’ nursing lill-persuni li jiġu referuti hawnhekk. Kuljum titqassam ukoll il-mediċina methadone lil dawk b’dipendenza fuq l-eroina. 1,074 persuna Substance Misuse Inpatients Unit (Dar l-Impenn) Dan is-servizz ta’ in-patient i.e. residential detoxification iservi biex persuni jiġu ditossifikati mid-droga, jagħmlu żmien taħt osservazzjoni jew jingħataw xi attenzjoni oħra medika li titlob kura residenzjali. 195 persuna Assessment and Stabilisation Unit (ASU) Dan is-servizz residenzjali għandu l-għan li jagħti solliev ( respite ) lill-persuni li jkunu għadhom kif għaddew minn xi proċedura medika intensiva relatata mal-abbuż tad-droga u wkoll biex jagħti l-ispazju lill-persuna flimkien mal-professjonisti biex tagħmel pjan t’azzjoni fit-tul. 61 persuna Komunita’ Santa Marija Din hi l-komunità terapewtika fejn permezz tal-għejxien komuni ibbażat fuq sett ta’ prinċipji u valuri, l-persuni residenti jkunu mistennija li jerġgħu jibnu ħajjithom mill-ġdid u jerġghu jintegraw lura fis-soċjeta’. 56 persuna Psychology Team Dan is-servizz jipprovdi għajnuna speċjalizzata ta’ natura psikoloġika kemm fuq bażi individwali u wkoll ta’ gruppi. Dan jagħmluh kemm lil persuni li jirċievu s-servizzi fil-komunità jew fuq bażi residenzjali. 322 persuna Family Therapy Team Dan is-servizz speċjalizzat hu mmirat għal koppji jew familji li jkunu għaddejin minn xi mumenti delikati fir-relazzjonmi tagħhom. Simili ghas-servizzi psikoloġiċi dan is-servizz jingħata lil persuni li jew qed jgħixu fil-komunita’ jew f’xi residenza tal-Aġenzija Sedqa flimkien mal-familjari taghħħom. 183 persuna Servizz fil-Qrati Dan is-servizz għandu l-għan li jassisti persuni li jkunu rrikorrew għas-servizzi tagħna kemm permezz ta’ xhieda mitluba mill-qrati, kumpilazzjoni ta’ rapporti u assistenza oħra. 38 persuna Drug Offenders Rehabilitation Board (DORB) Jigi offrut servizz ta’ social work/ case management għal persuni li jinsabu ħatjn għat-tieni darba fuq pussess ta’ droga projbita. F’dan is-servizz isir ukoll kordinament bejn il-Bord u l-Qorti Kriminali. Il-Kummissarju għall-Ġustizzja jew mill-Qorti Kriminali jordnaw li l-persuna misjuba ħatja tidher quddiem l-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-Droga (DORB) stabbilit skont l-artikoli 6 u 8 tal-ligi – Kap 537. 102 persuna Is-Servizz tas- Psychology Team u tal- Family Therapy Team , ma jingħatawx biss lil persuni bi problema ta’ droga, imma jingħataw ukoll lill-klijenti li jkunu ġew referuti minn xi servizz jew ieħor fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS). Persuni li għaddejjin minn problemi relatati mal-abbuż ta’ droga u l-familjari tagħhom li jixtiequ l-għajnuna tal-Aġenzija Sedqa, jistgħu jagħmlu appuntament mal-ħaddiema soċjali fuq in-numru tat-telefon 23885110 jew imorru l-uffiċini tal-Aġenzija Sedqa mingħajr appuntament, fi 3, Triq Braille, Santa Venera, fil-ġranet tal-uffiċju bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn it-8.00 ta’ filgħodu u l-4.30 ta’ wara nofsinhar. Wieħed jista’ jirrikorri għall-għajnuna ukoll permezz tas- Supportline 179.

Korsijiet tal-Parental Skills

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jsiru korsijiet ta’ parental skills mill-Aġenzija Sedqa f’din is-sena? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet u meta se jsiru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm b’kollox 6 korsijiet tal-Parenting Skills li ser isiru kif ġej ; Lokalità Data Kunsill Lokali Mosta 3, 10, 17, 24 u 31 ta’ Mejju 2018 Skola Primarja Gzira 4, 11, 18, 25 ta’ Mejju u 8 ta’ Ġunju 2018 Kunsill Lokali B’Kara 9, 16, 23 u 30 ta’ Mejju u 6 ta’ Ġunju 2018 Skola Primarja, Rabat Għawdex Dati għadhom mhumiex iffinalizzati Kunsill Lokali Swieqi 8, 15, 22, 29 ta’ Mejju u 5 ta’ Ġunju 2018 Skola Primarja Rabat Malta 22, 29 ta’ Mejju u 5, 12, 19, ta’ Ġunju 2018 Fir-rigward tal-korsijiet tal- Positive Parenting , dawn jiġu organizzati matul is-sena kollha, skont meta tkun tista’ l-organizazzjoni partikolari. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali torganizza wkoll korsijiet matul ix-xahar ta’ Ottubru li d-dati u l-post tagħhom għadhom mhux ikkonfermati. Minn Jannar 2018 s’issa, 45 ġenitur kienu f’kuntatt mas-Servizz tal- Co-parenting . 36 minnhom ġew screened u allokati fi gruppi.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — avukati li pprovdew servizzi ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-avukati li pprovdew servizzi ta' konsulenza jew servizzi oħra lil kull entità fid-dekasteru tiegħu wara Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u l-ħlas rispettivament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2013 sa Marzu 2018 kien hemm ; Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali Data ta' meta inxtara is-Servizz Kumpanija/Individwu Ammont f'Ewro (Vat Esklu ż ) 01/01/13 - 31/12/15 Iuris Malta €124,073.00 01/01/2016 - 31/12/2016 Iuris Malta €42,000.00 01/01/17 - 30/04/17 Dr Claudio Zammit €7,804.00 01/05/17 - to date Micallef & Ellul €44,677.00 01/02/18 - to date Dr Arthur Azzopardi & Associates €7,567.00 01/02/18 - to date Dr Geoffrey Vella €578.00 Sapport Data ta' meta inxtara is-Servizz Kumpanija/Individwu Ammont f'Ewro (Vat Esklu ż ) 01.09.2016 - to-date Iuris Malta Advocates €2,121.53 Kummisjoni Nazzjonali għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbilita' Data ta' meta inxtara is-Servizz Kumpanija/Individwu Ammont f'Ewro (Vat Esklu ż ) 24/04/2015 SZA Law Firm €9,025.06 04/05/2017 SZA Law Firm €4,287.82 Awtorita tad-Djar Data ta' meta inxtara is-Servizz Kumpanija/Individwu Ammont f'Ewro (Vat Esklu ż ) 21/12/2017 Dr. Shazoo Ghaznavi sa issa xejn 07/04/2018 Dr. Simon Micallef Stafrace €1,187.50 Housing Projects Management Unit (HPMU Ltd) Data ta' meta inxtara is-Servizz Kumpanija/Individwu Ammont f'Ewro (Vat Esklu ż ) 30/10/2017 Sciberras Associates Advocates €225.00 12/01/2018 Sciberras Associates Advocates €1,150.00

Skemi ta’ kumpens mogħtija mill-Gvern

Question

B’referenza għall-iskemi ta’ kumpens li ngħataw fl-2017 mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni involuti f’kull grupp: Pulizija, Electricity Board, Dirgħajn Il-Maltin, Pijunieri tax-Xatt u Sea Malta? Għal kull grupp jista’ l-Ministru jgħid ma’ min sar il-ftehim għall-kumpens ta’ kull grupp? Ma’ min ġie miftiehem kull ftehim li sar? Liema hi l-entità li aċċettat il-ftehim f’isem kull grupp? Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern wasal għall-ammont ta’ flus li ser jingħata lil kull individwu f’kull grupp?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Gvern ma kellu u m’għandu ebda obbligi legali, kuntrattwali jew xort’oħra mal-gruppi imsemmija minnu. Minkejja dan, il-Gvern pero` ħass illi kellu jindirizza dawn it-talbiet mingħajr ebda rabta ma’ ħadd. In-numru ta’ persuni li bbenefikaw huwa kif ġej: Korpi (inkluż Pijunieri u Dirgħajn il-Maltin)- 2781 Pulizija - 2440 Tax-Xatt - 634 Malta Electricity Board - 270

Il-Mosta – Housing Estate – xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex isiru xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ, inkluż stallazzjoni ta’ lifts fl-appartamenti fil-Housing Estates tal-Mosta mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, fil-ġimgħat illi għaddew, offriet is-somma ta’ €25,000 lill-Kunsill Lokali tal-Mosta għall-manutenzjoni tal-komun f’5 blokok fil-housing estastes taħt Skema 2, iżda l-Kunsill Lokali informa lill-Awtorita` tad-Djar illi mhux interessat illi jieħu sehem f’din l-iskema. Minn barra dan, l-Awtorità tad-Djar ser tkun qed twettaq xogħlijiet taħt il-programm tal- European Regional Development Funds illi ser jinkludu installazjoni ta’ lifts fi 13 –il blokka tal-Gvern u l-manutenzjoni tal-komun tal-istess binjiet matul dawn it-3 snin li ġejjin.