MCAST – Board of Governers, Prinċipali, CEO u Deputat Prinċipali — pagi u salarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-paga, is-salarju jew kwalunkwe forma ta’ ħlas u allowance li jingħataw lil kull membru tal-Board of Governors, lill-Prinċipal, lis-CEO u lil kull Deputat Prinċipal tal-MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant huwa kif se nsemmi:
Designation
Honoraria
Salarju
Allowances
Total
MCAST President of the Board of Governors
€ 13,976
-
€ 2,400
€ 16,376
MCAST Vice President of the Board of Governors
€ 8,309
-
-
€ 8,309
MCAST Principal and CEO
-
€ 55,425
€ 3,080
€ 58,505
MCAST Vice Principal
-
€ 50,091
€ 4,228
€ 54,319
MCAST Deputy Principal
-
€ 41,515
€ 4,228
€ 45,743
MCAST Board of Governors’ Members @
€ 2,795
-
-
€ 2,795
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kotba nxtraw għal-Librerija Nazzjonali fl-2015, 2016 u 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tliet snin il-Librerija Nazzjonali xtrat kotba kif se nsemmi:
2015: inxtraw 208 kotba
2016: inxtraw 162 ktieb
2017: inxtraw 230 ktieb
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li la mill-Ministeru/Direttorati u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma saru trasferimenti u/jew pagamenti f'kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel primarji tal-Gvern f'Għawdex u kif inhuma maqsuma dawn l-istudenti f'kull skola primarja f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel primarji tal-Knisja f'Għawdex u kif inhuma maqsuma f'kull skola dawn l-istudenti? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fi skejjel sekondarji tal-Gvern f'Għawdex u kif inhuma maqsuma dawn l-istudenti f'kull skola? Jista' jgħid kemm hemm studenti fi skejjel sekondarji tal-Knisja f'Għawdex u kif inhuma maqsuma f'kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Tabella 'A' - studenti li jattendu fl-Iskejjel tal-Istat f'Għawdex, kemm dawk tal-Primarja kif ukoll tas-Sekondarja
Tabella 'B' - studenti li jattendu fl-Iskejjel tal-Knisja f'Għawdex, kemm dawk tal-Primarja kif ukoll tas-Sekondarja
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna b’diżabilità sabet impjieg fis-sena 2017? Jista’ jagħti figuri ta’ persuni b’diżabilità fix-xogħol għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li sabu impjieg is-sena l-oħra sal-aħħar ta’ Novembru 2017 kien ta’ 649.
In-numru ta’ persuni b’diżabilità fix-xogħol għal dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
Sena
Persuni b’diżabilit
à fix-xogħol
Dicembru 2013
1,797
Dicembru 2014
2,007
Dicembru 2015
2,318
Dicembru 2016
2,850
Novembru 2017
3,499
Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Kif se jiġu affettwati studenti Maltin li jistudjaw fir-Renju Unit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed:
· issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea;
· tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha;
· tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u
· tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit.
Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit.
Rigward il-Ministeru li għalih jien responsabbli politikament, saru għadd ta' eżerċizzji ta' konsultazzjoni ma' diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, bħala parti minn valutazzjoni dwar kif Brexit se jkollha impatt fuq kwistjonijiet li jirrelataw ma’ l-edukazzjoni u x-xogħol. Fil-proċess għat-tħejjija ta' Malta għat-tieni fażi ta' negozjati, ġew identifikati għadd ta' kwistjonijiet li jeħtieġu prijorità matul in-negozjati. Dawn jinkludu boroż ta' studju, mobilità ta' studenti u miżati ta' skambju u tagħlim għaċ-ċittadini Maltin jekk jagħżlu li jistudjaw fir-Renju Unit.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-konsultazzjoni fuq l-uniformijiet tat-tfal tal-iskola tal-Gvern u jekk/meta hux se tibda tintuża l-uniformi sportiva minflok dik formali bil-blazer?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li konsultazzjoni bdiet fuq livell tal-Education Leaders Council, li huwa magħmul mill-Prinċipali tal-Kulleġġi, Diretturi Ġenerali u Diretturi. Ser tkun qed issir konsultazzjoni mal-ġenituri u mal-istudenti wkoll biex id-deċiżjoni li tittieħed tkun waħda rappreżentattiva.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol fi ħdan il-Foundation for Tomorrow's Schools (FTS)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li saru f’dawn l-aħħar snin jinkludu alterazzjonijiet u l-bini ta’ blokk ġdid fis-St Margaret College Middle School f’Bormla; St Theresa College Middle School, B’kara; St Nicholas College Middle School, ir-Rabat (Malta); Maria Regina College Middle School, Naxxar; il-bini tan-National Sports School, Pembroke; il-bini ta’ kindergarten block mal-ġenb ta’ St Claire College Primary School, San Ġwann; lecture block ġdid f’Sir MA Refalo Sixth Form, Victoria, Għawdex; bini ta’ skola ġdida St Benedict College Middle School, Ħal Kirkop; skola ġdida f’St Nicholas College Senior School, Ħad-Dingli; refurbishment sħiħ tas-St Ignatius College Primary School, Ħaż-Żebbuġ; il-bini ta’ sular ġdid fid-Dun Manwel Attard Young Adult Resource Centre, il-Wardija; refurbishment sħiħ fil-Gozo College Primary School, ix-Xewkija; il-bini ta’ Child Care Centres ġodda f’Birkirkara u f’Ħaż Żebbuġ; it-titjib tas-St Margaret College Learning Support Centre, Bormla; il-bini ta’ sular ġdid fil-Maria Reġina College Primary School, Ħal Għargħur; u l-bini ta’ grawnd ġdid tal-futbol f’Santa Venera.
Fl-2018 se jkun qed isir il-proġett għat-twaqqif ta’ laboratorji ġodda għal diversi suġġetti vokazzjonali fis-Senior Schools kollha.
Fiż-żmien li ġej l-FTS se tkun qed tibni skejjel ġodda fil-Qawra, Marsaskala, ir-Rabat (Għawdex) u l-Imsida; tieħu ħsieb l-iżvilupp tas-San Miguel Primary Education Resource Centre u tal-Guardian Angel Resource Centre fil-Ħamrun; ir-ristrutturar ta’ blokka biex tilqa’ fiha l-Visual and Performing Arts fil-Ħamrun u ta’ binja biex isservi bħala Migrants’ Learning Unit; sala ġdida fis-Senior School fil-Kulleġġ San Tumas Moore (Santa Luċija); ċentri ġodda għall-ħarsien tat-tfal f’San Ġiljan u Ħaż-Żebbuġ; Learning Support Centre ġdid f’Ħaż-Żebbuġ; Youth Mobility Centre għall-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera; u estensjonijiet f’bosta skejjel primarji fir-Rabat, Żurrieq, Mellieħa, Baħrija, Ħal Lija, Attard, in-Naxxar u Ħal Għaxaq.
Hemm ippjanat ukoll li jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ fl-iskejjel primarji ta’ San Ġiljan, Raħal Ġdid, Santa Venera, Ħal Qormi (San Ġorġ), tas-Sliema, Birkirkara, Nadur u fil-Middle School fi Blata l-Bajda.
Hemm ukoll ippjanat l-istallazzjoni ta’ sistemi ta’ arja kundizzjonata f’diversi ċentri għall-ħarsien tat-tfal f’Birkirkara, Ħal Qormi, is-Siġġiewi, Bormla, il-Furjana, il-Marsa, Ħaż-Żebbug u l-Gżira.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-inizjattiva favur il-litteriżmu għal din is-sena? X’investiment sar f’xiri ta’ kotba għal-libreriji tal-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-inizjattivi favur il-litteriżmu għas-sena 2017 kif ukoll tagħrif dwar x’investiment sar f’xiri ta’ kotba għal-libreriji tal-iskejjel qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 3467 - Inizjattivi favur il-litteriżmu.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-programmi edukattivi vokazzjonali varji fil-livell obbligatorju għal din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din is-sena skolastika qiegħdin jiġu mgħallma ħames suġġetti vokazzjonali, li huma l-Engineering Technology, l-Information Technology, il-Hospitality, il-Health and Social Care u l-Agribusiness. Dawn is-suġġetti qiegħdin jiġu mgħallma fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Independenti. L-istudenti jagħżlu dawn is-suġġetti bħala option subjects fi tmiem il-Form 2 minn fost lista twila ta’ suġġetti diversi offruti. L-għalliema preżenti għal dawn is-suġġetti jiġu mħarrġa mill-kohort ta’ għalliema ta’ suġġetti oħra, billi jingħataw taħriġ speċjalizzat fil-kontenut u l-pedagoġija tas-suġġett vokazzjonali.
Fis-snin li ġejjin ser ikun hemm ukoll għalliema speċjalizzati f’dawn l-oqsma mill-ewwel hekk kif bħalissa qed jiġu mħarrġa mill-Università ta’ Malta wkoll. Inxtraw riżorsi speċjalizzati sabiex dawn is-suġġetti jkunu mgħallma sew fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati, mill-2011 sa din is-sena skolastika? Jista’ l-Ministru jipprovdi wkoll dettalji dwar it-total ta' għotjiet għal kull sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 3510 - Studenti li gawdew minn stipendju u għotjiet relatati.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’jinvolvi l-ftehim milħuq mal-Union tal-Għalliema u kif dan se jġib tibdil fis-settur edukattiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Fost il-punti prinċipali tal-ftehim milħuq fil-21 ta’ Diċembru wieħed isib it-tisħiħ tal-pakketti finanzjarji tal-edukaturi b’żidiet sostanzjali li jiżdiedu kull sena sal-2021. Dan it-tisħiħ jinkludi numru ta’ allowances ġodda u huma żidiet diġà daħlu fis-seħħ. Oltre minn dan hemm numru ta’ punti lil hinn minn dawk finanzjarji li jsaħħu l-kundizzjoni u l-professjoni tal-edukaturi:
- Żieda tal-ispecial leave għal 31.25 siegħa għal kull sena skolastika, li se tidħol fis-seħħ mis-sena skolastika li jmiss.
- Tisħiħ tal-mobilità bejn setturi, b’rikonoxximent tal-gradi tal-għalliema u snin maħduma meta jsir ċaqliq ta’ impjegat minn skola mhux tal-istat għal waħda tal-istat.
- Iktar opportunitajiet ta’ żvilupp u taħriġ. Iżjed toroq miftuħa għal edukaturi f’kariga supply, biex isiru regolari.
- 40 siegħa (f’kull sena skolastika) ta’ taħriġ u żvilupp personali waqt ħinijiet tal-iskola.
- Iktar spazju biex għalliem ikun jista’ jippjana u jmexxi x-xogħol tiegħu b’mod iktar indipendenti. Dan jorbot anke mat-tibdil li se jiġi introdott b’mod inkrimentali għat-tneħħija tal-eżamijiet ta’ nofs is-sena biex jissaħħaħ l-assessjar kontinwu u l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena.
- Is-syllabi, inkluż dawk vokazzjonali u applikati, se jinħadmu id f’id ma’ dawk li jimplimentawhom, cjoè l-edukaturi stess.
- Progressjoni fast-track fil-karriera għall-għalliema biex jipprogressaw f’6 snin flok fi 8 f’każ li jakkumulaw 360 siegħa ta’ taħriġ volontarju, li taffetwa anke l-pakkett finanzjarju.
- Progressjoni ġodda fil-karriera għall-LSEs u KGEs.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment tal-Gvern f'LSAs, inkluż dawk mhux tal-istat, mill-2011 sa din is-sena skolastika? Jista’ jgħid kif inbidlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-LSAs f’dan il-perjodu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-għadd ta’ LSAs fi skejjel tal-Istat, Knisja u Indipendenti mill-2011 sa din is-sena skolastika huwa kif se nsemmi:
Sena SkolastikaStatKnisjaIndipendenti
2011-2012155560776
2012-20131688668125
2013-20141782704157
2014-20152029742171
2015-20162083782212
2016-20172215834238
2017-20182380820203
Permezz tal-ftehim settorali li ġie ffirmat f’Diċembru li għadda, l-LSEs infetħulhom opportunitajiet ġodda fil-karriera tagħhom, inkluż bl-LSE III (Skala 10 tipprogressa għal 9) u ftuħ ieħor aktar ‘il fuq. Hemm ukoll titjib fl-allowances.
Settur primarju u sekondarju – studenti ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti figuri ta’ kemm hemm studenti li huma ta’ nazzjonalità barranija fis-settur primarju u sekondarju maqsuma skont l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti ta’ nazzjonalità barranija fis-settur primarju u sekondarju fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti huma kif se nsemmi:
SetturPrimarjaSekondarjaTOTAL
Stat274610893835
Knisja5676132
Indipendenti58711901777
Total338923555744
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx policy dwar kif jingħataw fondi lill-għaqdiet volontarji jew jeżistux xi rekwiżiti? Jekk teżisti tali policy jew rekwiżiti jista’ l-Ministru jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-policy dwar kif jingħataw fondi lill-għaqdiet volontarji toħroġ mill-istess Att dwar is-Settur tal-Volontarjat tal-2007 illi jistabbilixxi illi l-għaqdiet volontarji jridu jkunu reġistrati u konformi mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi indirizzati għall-istess settur. Apparti dan kull fond ikollu l-linji gwida u l-kriterji ta’ eliġibilità partikolari tiegħu.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tal-fondi kollha li ngħataw lill-Għaqdiet Volontarji fis-sena 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi t-tliet skemi li minnhom ingħataw fondi lill-Għaqdiet Volontarji fis-sena 2017, fl-ewwel parti taħt il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili u tkomplew taħt dan il-Ministeru u amministrati mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, huma l-Voluntary Organisations Projects Scheme, is-Small Initiatives Support Scheme u s-Civil Society Fund. Id-dettalji tal-fondi kollha li ngħataw qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Twaqqif ta’ Regolatur li jirregola kummerċjalizzazzjoni ta’ partijiet minn konċessjonijiet sportivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Regolatur imsemmi f’Avviż Legali li jirregola l-Kummerċjalizzazzjoni ta’ partijiet minn konċessjonijiet sportivi hux imwaqqaf u min hu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Iva, il-Kummissjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi twaqqfet u ċ-Chairperson huwa Dr David Farrugia Sacco.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa ta’ pajjiżna fuq ir-riċerka fis-saħħa sena b’sena, minn Jannar 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jaħdmu u huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità, mis-sena 2010 sas-sena 2017, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li jaħdmu Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom u huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità, sena b’sena mill-2010 sal-2017, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Sena
Persuni li jaħdmu Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom u huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità
2010
1,495
2011
1,591
2012
1,699
2013
1,797
2014
2,007
2015
2,318
2016
2,850
2017
3,499
L-informazzjoni dwar l-impjiegi fuq persuni b’diżabilità ma tinżammx xahar b’xahar.