Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26310 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26309 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26308 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li japplika politika u miżuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilita impjegati kif spjegat fl-interpellenza su referita.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W356.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mas-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W356.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tiegħu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W356.

Nuqqas ta’ LSE

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25015 u jgħid għaliex l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed jiġi mċaħħad mid-dritt tiegħu li jattendi l-iskola minħabba li m’hemmx LSE għalih? Jista’ jgħid meta se tiġi riżolta din il-problema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudent imsemmi għandu s-sapport ta’ LSE.

Għalliema fl-iskejjel tal-Istat fil-livell Medju/Sekondarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24939 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel tal-Istat fil-livell medju/sekondarju li qegħdin jgħallmu aktar mill-massimu li tippermetti l-load u jitħallsu għal kull lezzjoni żejda? Jista' jgħid f'liema suġġetti dan qed isir u x'inhi r-remunerazzjoni għal kull lezzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 52 għalliem fl-iskejjel tal-Istat Medju/Sekondarja li bi buon volonta tagħhom qegħdin jgħallmu aktar mill-massimu. Remunerazzjoni hi ta’ €23.76 għal kull lezzjoni.

Università ta’ Malta – lectures kanċellati — rendikont

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24936 u jgħid jekk jinżammx rendikont dettaljat tal-lectures li jiġu kkanċellati jew posposti matul is-sena akkademika fl-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Università ta’ Malta ma tittollerax li l-lectures jiġu kkanċellati. Lectures, li għal raġunijiet eċċezzjonali u validi ma jistgħux isiru kif skedat, huma posposti. Infurmat li l-Università għandha proċess integrat fis-Student Information Management System (SIMS), sabiex kemm il-letturi u kemm l-istaff amministrattiv jkunu jistgħu jinfurmaw lill-istudenti rigward tali postponimenti ta’ lectures.

Għalliema – Long Sick Leave

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24930 u jgħid kemm-il għalliem/a jinsabu fuq long-sick leave fil-perjodu li fih qed issir din il-mistoqsija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 15-il għalliem/a fuq long sick leave.

Higher Technicians

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24926, jista' l-Ministru jgħid kemm-il Higher Technician fi skala 10 issejħu għal dan il-'colloquium' u min ser ikun qiegħed jintervista lill-Higher Technicians? Jista’ jgħid ukoll kemm-il Higher Technician irid jintgħażel biex isir Principal skala 9 u x'inhuma l-kriterji tal-assessjar li fuqhom se jkunu assessjati l-kandidati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ġew mistiedna 105 higher technician fi Skala 10 u kif ukoll 35 higher technicians fi Skala 12. Il-bord ser ikun magħmul minn persuni tekniċi li ntgħażlu permezz ta’ sejħa għall-applikazzjoni maħruġa mill-istess istituzzjoni li tkun qed tmexxi l-‘colloquiums’. Infurmat li dawk li jġibu mhux inqas min 75% fil-colloquiums, awtomatikament jiġu ‘promoted’ għal Principal Technician. Il-kriterji huma skont il-ftehim iffirmat mal-Unions.

Impjieg ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li kienet impjegata fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex jew kinitx impjegata mal-Ministeru tal-Edukazzjoni jew ma' xi entità jew xi aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni? Jekk iva, jista' jispeċifika x’pożizzjoni għandha/kellha, x'inhi/x'kienet in-natura ta' xogħolha u x'salarju għandha/kellha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmijja ġiet ingaġġata bħala direttur fil-marketing and event management minn National Skills Council f’Ottubru tal-2024.

MFHEA — Rakkomandazzjonijiet u inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24735, dwar rakkomandazzjoni u inizjattivi tal-istrateġija mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), fejn ġie mwieġeb li l-istrateġija ġiet imnedija f’Lulju tal-2024 u l-implimentazzjoni tagħha minn naħa tal-MFHEA hija kontinwa, jista’ l-Ministru jagħti dettalji fejn waslet l-istrateġija sa issa, miżura b’miżura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-implimentazzjoni tal-istrateġija tinvolvi stakeholders differenti u li dawn jagħtu l-kontribut konsultattiv u attiv tagħhom. Infurmat li saru laqgħat sabiex jiġu stabbiliti l-‘Working Groups’ u qed jitħejja ukoll studju fuq l-ispiża nazzjonali għall-edukazzjoni. Inoltre’, tnehdiet l-ewwel ‘Task Force’ magħmula mill-Advisory Committee tal-Awtorita’ (MFHEA).

Skejjel statali — Klassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regoli provduti mil-liġi sabiex jistabbilixxu l-qisien tal-klassijiet fl-iskejjel statali, x'ventilazzjoni għandu jkollhom u min hu responsabbli li jassigura li dawn ir-regoli jkunu segwiti? Jekk hemm tali regoli, jista' l-Ministru jqegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola hi responsabbli li timxi mal-leġiżlazzjoni sussidjarja 605.02, filwaqt li d-Direttorat tal-Kwalita u l-Istandards fl-Edukazzjoni jinvestiga kull ilment li jista’ jidħol.

Skejjel statali — Infermiera barranin impjegati biex jamministraw il-mediċini lill-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux rendikont dettaljat inklużi l-kwalifiki tal-infermiera barranin impjegati mal-kumpaniji li għandhom ir-responsabbiltajiet li jamministraw il-mediċini lill-istudenti fl-iskejjel statali? Jekk iva, dan fejn u kif inhu dokumentat u kull kemm ikun rivedut?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur attwali għandu r-responsabbiltà li jiżgura li l-impjegati tiegħu huma adatti biex jipprovdu s-servizz skond l-obbligi tal-kuntratt, kif ukoll li jippreżenta d-dokumenti meħtieġa għall-infermiera, u kif ukoll li jaqdu dmirhom fl-iskejjel tal-Istat. Dawn id-dokumenti huma arkivjati fil-bini tad-dipartiment responsabbli, u l-kuntrattur għandu l-obbligu li jipprovdi reviżjoni tagħhom meta jkun meħtieġ.

Skejjel statali — Uffiċjali tas-sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux rendikont dettaljat inklużi rekord tal-kondotti tal-uffiċjali tas-sigurtà barranin u Maltin impjegati mal-kumpaniji li għandhom ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà fl-iskejjel statali? Jekk iva, dan fejn u kif inhu dokumentat u kull kemm ikun rivedut?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull uffiċjal tas-sigurtà, meta jiġu ngaġġati jridu jipreżentaw il-kondotta tal-Pulizija. Barra minn hekk, kull uffiċjal tas-sigurtà irid ikollu wkoll liċenzja tas-sigurtà attiva, li din tassigura li l-uffiċjal tas-sigurtà għandu kondotta nadifa. Din id-dokumentazzjoni tinġabar mingħand il-kumpanija tas-sigurtà kull sitt xhur.

Kulleġġ San Nikola — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Nikola mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.

Kulleġġ Santa Margerita — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Santa Margerita mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.

Kulleġġ San Benedittu — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ San Benedittu mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.