Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – telefonati u rapporti biex jiġu megħjuna annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' telefonati u rapporti li saru biex jiġu megħjuna annimali diversi mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fix-xahar ta' Jannar fis-sena 2023?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xahar ta' Jannar fis-sena 2023, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali rċieva tliet mija u sitta u sittin (366) telefonata u wieħed u sittin (61) rapport biex jiġu megħjuna annimali diversi.

Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fiċ-Ċentru San Franġisk, f’Ta’ Qali, xahar b’xahar, fis-sena 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Użu ta’ Pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3539, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jelenka f'liema post qiegħda Malta, fost il-pajjiżi Ewropej, fl-użu tal-pestiċidi? Jista' jgħid hux se jnaqqas l-użu tal-pestiċidi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Kompetenti għall-Użu responsabbli tal-Pestiċidi hija l-MCCAA li taqa' taħt il-Ministru responsabbli mill-Konsumatur. Però peress li konxji li dan is-suġġett għandu relevanza qawwija kemm għas-settur agrikolu li responsabbli għaliħ bħala Ministeru għall-Agrikoltura, nista’ nsemmi diversi miżuri li li qegħdin inwettqu sabiex nippromwovu t-tnaqqis u l-użu responsabbli tal-pesticidi. Fil-fatt, il-progett AGRIHUB, proġett ta’ aktar minn 2 miljun Ewro kofinanzjat mill-fondi Ewropej għall-Iżvilupp Rurali, huwa mmirat sabiex jippromwovi l-kunċett ta’ Integrated Pest Management bl-użu ta’ teknologija moderna. L-għan tal-AGRIHUB huwa li jservi ta' post fejn riċerkaturi, innovaturi, bdiewa u raħħala qed jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw prattiċi u teknoloġiji innovattivi agrikoli ġodda. Permezz ta’ dan il-proġett qed tinġabar informazzjoni mill-bdiewa biex niddokumentaw prattiċi agrikoli lokali, bnejna stazzjon ta’ monitoraġġ biex tiġbor informazzjoni minn sensors installati f’għelieqi, niżviluppaw strateġija ta’ riċerka, u qed nimplimentaw siti pilota għal ġestjoni integrata tal-pesti. Ir-riżultati qed jintuzaw sabiex jiġu ppreparati linji gwida dwar Integrated Pest Managment, bl-intenzjoni li jitnaqqas u jkun hemm użu responsabbli ta’ pesticidi. Il-bdiewa ser ikunu qed jiġu mgħejuna mill-Agriconnect li joffri għajnuna lill-bdiewa sabiex jaddottaw dawn il-prattiċi kif ukoll jibbenefikaw minn miżuri apposta permezz ta’ fondi ewropej taħt il-CAP Strategic Plan. Apparti minn hekk, dan il-Gvern sema’ u fehem li l-bdiewa lokali huma żvantaġġjati fl-aċċess ta’ pestiċidi organiċi u oħrajn aktar sostenibbli. Kien għalhekk li propiju kif wegħedna fil-Programm Elettorali tagħna propju f’miżura 595, f’Ġunju li għadda flimkien mal-kollega Ministru l-Onor. Julia Farrugia, b’ħidma konġunta bejn il-Ministeru tiegħi flimkien mal-MCCAA, ħabbarna li bdejna proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ pestiċidi li huma diġa’ reġistrati fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li iżda m’humiex reġistrati f’Malta. Dan wara diskussjonijiet li kellna mal-Kummissjoni Ewropea fejn spjegajna li ħafna drabi konna qed insibu diffikultajiet mill-manifatturi ta’ dan it-tip ta’ pestiċidi għaliex ma jarawx vijabilità fis-suq żgħir tagħna. Permezz ta’ proġett pilota saret reġistrazzjoni ta’ l-ewwel 3 pesticidi biex il-bdiewa tagħna wkoll jibda jkollhom firxa usa' ta’ dawn ir-riżorsi. Dan huwa proċess li se jkun wieħed kontinwu. Fl-aħħar u mhux l-inqas, aħna kommessi li nwettqu l-obbligi ta’ Malta bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-European Green Deal.

Animal Welfare Department – spezzjonijiet f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5391 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Animal Welfare fil-gżira ta' Għawdex tul is-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm ittieħdu passi legali fuq trattament mhux xieraq ta’ annimali fl-istess perjodu fil-gżira ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm-il sid ġie mwiddeb mingħajr ma ttieħdu passi? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ jagħti break down sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li matul l-2020, l-2021 u l-2022 għamel 107 spezzjonijiet f’Għawdex. It-tabella segwenti turi kemm ittieħdu passi legali fuq trattament mhux xieraq ta’ annimali, kemm il-sid ġie mwiddeb mingħajr ma ttieħdu passi u kemm minnhom tressqu l-Qorti sena b’sena. Fil-bqija tal-ispezzjonijiet ma nstab l-ebda ksur ta’ liġi. 2020 2021 2022 Numru ta’ Spezzjonijiet 32 50 25 Numru ta’ Passi Legali 1 3 5 Kemm-il sid ġie mwiddeb mingħajr ma ttieħdu passi 7 17 8 Kemm-il sid ġie mressaq il-Qorti 1 3 4

Xemxija, San Pawl il-Baħar — dawl mal-moll

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-moll tal-Veċċja, Xemxija, San Pawl il-Baħar, li fih hemm numru ta’ arbli bil-fanali, ikun mixgħul kollu fil-ħinijiet meħtieġa, speċjalment billejl? X’inhi r-raġuni għala dan il-moll issa ilu b’diversi arbli mitfijin għal numru ta’ xhur?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 5724 kif ukoll qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Disciplinary Procedures Policy tal-Malta Food Agency (MFA).

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – persuni li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5340.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - persuni li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5341.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sena b’sena mis-sena 2020 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Annimali Addottati li ġew ikkonfiskati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari , 1623 u 1966 u 5363 u jgħid kemm ġew ikkonfiskati annimali minn Mejju, 2021 u li ġew addottati qabel bdew il-proċeduri fil-qrati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Mejju 2021 sa Diċembru 2022, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali kkonfiska total ta’ 294 annimal li jikkonsistu minn poni, papri, qtates, għasafar, tiġieġ, summien, fniek tal-indi u fniek kif ukoll klieb, wiżż, pluvieri, sriedaq, tiġieġ u amorini. Minn dawn, 285 annimali ġew addottati .

Animal Welfare Department – spezzjonijiet f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Animal Welfare ġewwa l-gżira ta' Għawdex tul l-2020, l-2021 u l-2022? Jista’ jgħid kemm ittieħdu passi legali fuq trattament mhux xieraq ta’ annimali fl-istess perjodu ġewwa l-gżira ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm-il sid ġie mwiddeb mingħajr ma ttieħdu passi? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ jagħti break down sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Irziezet f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1619 u 1962 u jgħid kemm irziezet waqfu jew għalqu milli jkomplu joperaw f'Malta mill-2016 sal-lum? Jista’ jagħti kemm għalqu sena b'sena u lokalità b’lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Welfare Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1620 u 1963 u jgħid kemm kien hemm persuni li jagħmlu xogħol ta' Welfare Officers li huma jew mislufin minn dipartiment/dipartimenti oħra u/jew ma daħlux jaħdmu direttament bħala AW Officers?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm persuna waħda li qed tagħmel xogħol ta' Animal Welfare Officer. Din il-persuna mhix impjegata direttament bħala Animal Welfare Officer u hija uffiċjal tal-ERL.

Annimali addottati li ġew ikkonfiskati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1623 u 1966 u jgħid kemm ġew ikkonfiskati annimali minn Mejju, 2021 u li ġew addottati qabel bdew il-proċeduri fil-qrati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2542 u jagħti l-persentaġġ tal-ħaddiema fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura li ilhom jaħdmu f’dawn l-aħħar ħames snin f’dan id-Dipartiment? X’qed isir biex l-għarfien u l-esperjenza li tinkiseb mill-istess ħaddiema tibqa’ miżmuma fid-Dipartiment, bil-għan li nibżgħu għar-riżorsi marittimi (ħut) li Malta mdawra bih?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 40% tal-ħaddiema kurrenti fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura li ilhom jaħdmu f’dawn l-aħħar ħames snin jew aktar. Immexxija b’ SOP’S aggornati u imtejba, għarfien u l-esperjenza li jikbsu l-ħaddiema tibqa’ miżmuma billi jinżamm ambjent ta’ xogħol san u interresanti kemm jista’ jkun. Madankollu ninsab persważ li l-Onor. Interpellant jifhem li hawn ħafna opportunitajiet ta’ xogħol u għaldaqstant wieħed ma jistax jinnega l-opportunita’ lil uffiċjala li jagħżlu li jibdew impjieg ieħor. F’dawn il-każijiet, il-ħaddiema huma suġġetti għal perjodu ta’ avviż ta’ terminazzjoni ta’ impjieg kif stipulat fil-PSMC, fejn tkun tista’ ssir il-handover.

Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali – multi amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1552 u 1959 u jgħid kemm ħareġ multi amministrattivi d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali minn Ottubru 2021 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Pitkalija — spezzjonijiet fuq prodotti agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ spezzjonijiet isiru fuq il-prodotti li jiddaħħlu l-Pitkalija biex jiġi assigurat li l-prodott agrikolu li jiddaħħal fil-Pitkalija jkun imkabbar fl-għelieqi f’Malta u Għawdex u mhux f’xi pajjiż ieħor?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li twaqqfet l-Unita’ tas-Sorveljanza f’Ġunju tal-2022, il-prodotti agrikoli li jiddaħħlu għall-bejgħ fil-Pitkalija huma soġġetti għall-spezzjonijiet mill-uffiċjala ta’ l-istess Unita’. Kontinwament isiru spezzjonijiet ta’ rutina fil-Pitkalija u kif ukoll fl-għelieqi f’Malta u f’Għawdex fejn jitkabbru l-prodotti agrikoli. Grazzi għall-aċċess għall-informazzjoni, l-uffiċjala għandhom il-faċilita’ meħtieġa li jqabblu l-kwantita' u t-tip ta’ prodott. Matul dawn l-aħħar sitt xhur li ilha imwaqqfa din l-Unita’, saru ‘il fuq minn mitejn spezzjoni fil-Pitkalija u għand il-bdiewa. Dan l-ewwel perjodu mit-twaqqif tal-Unita’ tas-Sorveljanza huwa importanti biex jitkompla t-taħriġ tal-uffiċjala u titkabbar l-esperjenza fin-natura partikolari tax-xogħol.