Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #21008 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jispjega fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement 'negotiated Procedure For The Management Of Historic Sites In Gozo' (CfT CA Unique ID: MG 137/2021)? Jista’ jgħid liema huma dawn il-Historic Sites ġewwa Għawdex u min fil-preżent u f'dawn l-aħħar xhur kien jieħu ħsiebhom u kemm kien qed jitħallas?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender li ħarġet reċentement 'Negotiated Procedure For The Management Of Historic Sites In Gozo' (CfT CA Unique ID: MG 137/2021), kienet tirreferi għal servizz tal-immaniġġjar għal siti storiċi f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għal Għawdex. Dan it-tender intrebaħ minn Tal-Fuklar Folk Group, VO/0922 u l-valur tal- kuntratt hu għas-somma ta’ €230,424.82 u qiegħed għal perjodu ta’ sena.
Leg 13 PQ #21009 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ix-Xewkija – bini ta’ Cold Stores

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ investimenti saru u fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur ġewwa l-bini tal-Cold Stores fix-Xewkija Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x'tip ta’ investimenti u fiex jikkonsistu u kemm hu stmat li jkun il-valur tagħhom u li hemm ippjanati li jsiru ġewwa l-bini tal-Cold Stores matul is-sena 2021?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 it-total ta` investiment fil-Cold Stores tax-Xewkija kien jammonta għal €99,229.94 imqassma kif ġej: Ġeneratur Elettriku - €74,069.78 vat inkluża, Magna li tipproduċi s-silġ - €25,160.16 vat inkluża. Hemm ippjanati wkoll diversi xogħlijiet oħra li għandhom iwasslu għar-rinnovar komplet ta` dawn il-faċilitajiet użati mill-bdiewa u s-sajjieda.
Leg 13 PQ #21010 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema impjegati mas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2021 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm ħaddiema u xi grad, li huma impjegati jew ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u li kellhom jew għad għandhom 'Contract for Service' mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #21011 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Quotation għal ġarr ta’ makkinarji u materjal mill-Imġarr Għawdex għal Kemmuna

Question

B’referenza għal quotation li ħarġet reċentement mill-Ministeru tiegħu li hi 'Quotation for the Provision of Hiring Service of Barge with Pilot and Crew to be used to Transport Machinery and Material to and from Comino to Mġarr Harbour' jista’ l-Ministru jgħid min, f'dawn l-aħħar ġimgħat kien qed joffri dan is-servizz, fejn ħarġet is-sejħa biex jipprovdi dan is-servizz u kemm-il vjaġġ għamel mill-port tal-Imġarr għal Kemmuna u viċi-versa u kemm tħallas u b’liema rata tħallas s’issa biex ipprovda dan is-servizz u kemm fadallu jitħallas?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz kien qiegħed jingħata minn Polaris Marine Services Co. Ltd, u din kienet l-irħas offerta li nġabret permezz ta’ hand quotation. Is-servizz mitlub huwa għal 130 siegħa, liema servizz s’issa għadu ma tħallasx.
Leg 13 PQ #21278 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #21364 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta’ Għawdex – proċess ta’ bini

Question

Jista' l-Ministru jindika f'liema stadju wasal il-proċess biex tinbena qorti ġdida f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru konsultazzjonijiet mal-Entitajiet ikkonċernati dwar il-Qorti l-ġdida.
Leg 13 PQ #21365 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders awtorizzati mis-Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-"direct orders" kollha li ġew awtorizzati mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħu, sena b'sena, mill-2010 sal-2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern skont l-Artikolu 111(2) tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku.
Leg 13 PQ #19912 Sitting 466 2021-05-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persons of trust u positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20989.
Leg 13 PQ #20972 Sitting 466 2021-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Wied ta’ Mġarr ix-Xini — permessi

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-permess PA/03136/20 To rehabilitate, clean up valley and carry out other maintenance works. Wied ta' Mġarr ix-Xini, Access from Triq tal-Gruwa, Xewkija and Triq Mġarr ix-Xini, Sannat, u jgħid fiex wasal il-proċess biex joħorġu l-permessi kollha meħtieġa biex ikun jista’ jibda x-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru l-konsultazzjonijiet kollha mal-entitajiet rilevanti ħalli b’hekk ikun jista jitkompla l-proċess normali tal-applikazzjoni.
Leg 13 PQ #20973 Sitting 466 2021-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Health and Safety Risk Assessment fid-dipartimenti taħt il-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skont kif titlob il-liġi tal-Health and Safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u jista' kopji tiegħu jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex lura f’Marzu tal-2018 kien ħa ħsieb u għamel l-Occupational Health and Risk Assessment. F’dan ir-rapport saret analiżi dwar is-saħħa u s-sigurta fi ħdan il-Ministeru, dejjem b’konsultazzjoni ma’ dak li tgħid il-liġi permezz ta’ avviżi legali. Il-Ministeru huwa impenjat li jħares il-miżuri tas-saħħa u s-sigurta tal-ħaddiema tiegħu, anke kif rakkomandat fir-rapport indikat.
Leg 13 PQ #20974 Sitting 466 2021-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ir-Rabat — Triq Ninu Cremona – perit inkarigat mix-xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f’liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tinġabar.
Leg 13 PQ #20975 Sitting 466 2021-05-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw persuni minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, mill-bidu tas-sena 2013 sat-30 ta’ April 2020? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati persuni, ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru, fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu.
Leg 13 PQ #20944 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – bini ta’ ħitan bil-kantun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex, jagħti l-isem tat-triq u kemm kien it-tul, għoli u wisa’ fejn inbnew ħitan bil-kantun mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jispeċifika f'kull każ jekk il-ħitan tal-kantun inbnewx ġodda u f'kull każ min ta l-approvazzjoni biex isiru u għal liema skop saru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #20945 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Electric Buses — sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jinstaqu l-Electric Buses tal-Ministeru għal Għawdex fit-toroq prinċipali ta' Għawdex mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta' reġistrazzjoni? Jista’ jgħid minn min qed jinstaqu dawn l-Electric Buses u jekk min qed isuqhom huwiex ħaddiem taċ-ċivil jew inkella tal-kuntrattur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-Electric Buses qed jinstaqu madwar Għawdex fuq trial runs.
Leg 13 PQ #20971 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema fil-grad ta’ butchers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fil-grad ta’ 'Butcher' (Biċċiera) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ma’ liema direttorat jaħdmu, u fejn jaħdmu bħala post?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox fil-Ministeru għal Għawdex hemm tmintax -il ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fil-grad ta’ 'Butcher' (Biċċiera). Tlieta minnhom ġew ingaġġati f’Settembru tas-sena 2011, sitta minnhom ġew ingaġġati f’Jannar tas-sena 2015, filwaqt li l-bqija bdew fis-sena 2017; erba’ f’Jannar, tnejn f’Lulju u tlieta f’Settembru. Kollha kemm huma jaqdu dmirijiethom mad-Direttorat għall-Affarijiet Rurali f'Għawdex.
Leg 13 PQ #21258 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Triq li mir-Rabat tagħti għal Marsalforn — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuq it-triq li mir-Rabat tagħti għal Marsalforn skont is-sejħa għall-offerti CT3068/2019 u meta hu previst li dawn ix-xogħlijiet jitlestew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet se jibdew la darba jinħarġu il-permessi neċessarji mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #21316 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-konsulenti kollha li tqabdu mill-Ministeru għal Għawdex mill-2013 'l hawn, maqsuma sena b'sena, x'kien l-inkarigu tagħhom u kemm tħallsu jew qed jitħallsu għal tali inkarigu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 18160.
Leg 13 PQ #20852 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rivista ‘Proġett Għawdex’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19615: B'referenza għar-rivista 'Proġett Għawdex' li l-ewwel ħarġa tagħha kienet f'Novembru 2019 u fejn f'din ir-rivista kien hemm miktub li din ħa tibda tkun ippubblikata minn żmien għal żmien biex jinżamm kuntatt mar-residenti Għawdxin kif ukoll ikunu infurmati fuq proġetti li jkunu qed jitwettqu madwar Għawdex, kif ukoll fuq diversi skemi li huma intiżi għar-residenti Għawdxin, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba din ir-rivista ħarġet matul is-sena 2020 u jgħid kemm-il darba hemm ippjanata li toħroġ din ir-rivista matul is-sena 2021? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali sal-lum fuq din ir-rivista liema spiża tkun tinkludi stampar, posta u xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li kien hemm ħarġa waħda tar-rivista li ġġib l-isem 'Proġett Għawdex', liema ħarġa kienet saret fis-sena 2019. L-ispiża li tħallset marbuta ma din ir-rivista hija dik ta’ €3,839.41 Vat Eskluż.
Leg 13 PQ #20870 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex – tender għall-bini ta’ appartamenti u open spaces ikkanċellata

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20357, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, intbagħtux l-informazzjoni u d-dokumenti kollha mitluba, mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex tkun tista’ tiġi ppubblikata 'it-tender mill-aktar fis possibli'?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tender jinsab fl-istadju finali tal-vetting
Leg 13 PQ #20871 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Xħajma – proġett ta’ Multi Modal Hub

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19651, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex u jgħid f’liema xahar tas-sena 2021 ħa jitkompla x-xogħol infrastrutturali iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jibdew għall-aħħar tas-sena.