Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1879 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward tat-tqegħid ta' kurċifissi fi klassijiet ta' skejjel pubbliċi, fi swali, fi sptarijiet u f'uffiċji f'dipartimenti tal-Gvern u organizzazzjonijiet pubbliċi oħrajn? Jekk il-policy tal-Gvern hi li fost l-oħrajn fil-klassijiet ta' l-iskejjel ikun hemm kurċifissi, jista' jara li l-kurċifissi li tneħħew minn klassijiet fi skejjel f'Għawdex ( riferenza għal dan għamilha l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech fl-omelija tiegħu fil-quddiesa pontifikali tal-festa tal-visitazzjoni fl-Għarb il-Ħadd li għadda) jerġgħu jitqiegħdu fejn kienu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2253 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li waħedhom jew bi sħab mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani fetħu jew qed imexxu xi Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani fil-lokalità tagħhom? Meta nfetħu dawn iċ-ċentri ? X'inhu n-numru ta' anzjani li jattendu dawn iċ-ċentri? X'kien jew għadu s-sehem li kull kunsill lokali qed jagħti f'dan ir-rigward? Hemm xi talbiet pendenti minn kunsilli lokali oħra għal ftuħ u jew it-tmexxija ta' Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Anzjani?
proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7440 u jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7443 u jgħid kemm hemm proġetti tal-kunsilli lokali jistennew il-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jibdew? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proġetti?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7442 u jgħid kemm hemm kuntratturi differenti li joffru is-servizzi tagħhom lil kunsilli lokali fejn jidħol tiswija ta' toroq, tindif u servizzi rigward il-ġonna pubbliċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 7442 u 8234 qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Separate Cover:
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Gvern li qed jaħdmu fuq żvilupp sostenibbli? Huwa minnu li d-draft National Sustainable Development Strategic policy document qed jerġa jiġi rivedut mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, meta mistennija tiġi ppubblikata l-verżjoni aħħarija? Min huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dokument strateġiku? Il-Kummissjoni nnifisha għadha teżisti jew tiffunzjona? Għandha xi sehem fl-implimentazzjoni tal-istrateġija li fasslu huma stess? Kemm-il darba iltaqgħet f’dawn l-aħħar tliet snin sena b’sena?
Uffiċju tal-Prim Ministru — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4761.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4761.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iżvilupp imsemmi u fiex jikkonsisti? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-awtorità kompetenti li ssemmiet fl-aħħar parti tat-tweġiba, minħabba li s-sitwazzjoni kompliet teħżien u mhux titjieb?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in konsegwenza tal-Avviż ta’ Infurzar bir-riferenza ECF 214/09 li nħareġ kontra s-sid talli inbidel l’użu ta’ l-art bħala post fejn kien qiegħed jiġi pparkjat trakk kif ukoll twaħħil ta’ xatba mingħajr permess, ninsab infurmat illi din il-vettura issa tneħħiet mill-post u x-xatba inqalet mis-sid. Għaldaqstant m’hemmx lok t’iżjed infurzar minn naħa tal-Awtorità għalkemm is-sit ser jibqa’ jkun sorveljat sakemm ikun aċċertat illi l-ksur tal-liġi twaqqaf kompletament.
L-Awtorità l-oħra kompetenti hija d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u possibilment l-Enemalta Diviżjoni Gass li jirregolaw it-traġitt taċ-ċilindri tal-gass.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa mbassar li jżuruna turisti matul is-sena 2009? Il-gvern qed jippjana xi għajnuna u sapport għal dan is-settur ħalli r-riċessjoni internazzjonali ma taffettwax lil din l-industrija? Kemm hemm proġetti turistiċi ġodda għal matul is-sena 2009? Kemm huwa l-baġit tal-Gvern biex jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8126.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentariu 6592 u cioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iżvilupp imsemmi u fiex jikkonsisti? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-awtorità kompetenti li ssemmiet fl-aħħar parti tat-tweġiba, minħabba li s-sitwazzjoni kompliet teħżien u mhux titjieb?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6592.
Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar — Plots mhux mibnijin
Question
Billi matul is-sena d-dieħla hu mistenni li l-Gvern jagħmel investimenti qawwija f'dik li hi infrastruttura, jista' l-Prim Ministru permezz tal-ħaddiema tiegħu jieħu l-passi neċessarji biex kull plot li mhix mibnija li tinsab fl-inħawi ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar fil-fatt tingħalaq u dan għall-benefiċċju tal-ambjent ta' madwar u bħala investiment lokali, kif ukoll għat-turiżmu f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-materja diġà qed tiġi indirizzata permezz ta’ inizjattiva li qed tieħu l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali.
Fil-fatt minn Ottubru ta’ l-2008, sar tibdil fl-inizjattiva dwar siti miftuħin li joħolqu inkonvenjent. Il-Kunsilli Lokali ġew mitluba jirraportaw lill-MEPA dwar dawn is-siti. Il-MEPA minn naħa tagħha tagħmel l-investigazzjonijiet u jekk jirriżulta illi dan is-sit qed ikun ta’ ħsara lill-ġmiel jew siwi taż-żona, toħroġ notifika ta’ nfurzar sabiex jinbena ħajt. Dan il-ħajt irid jinbena skond speċifikazzjonijiet maħruġa mill-istess Awtorità. Jekk il-ħajt ma jinbeniex fiż-żmien stipulat, dan jinbena taħt azzjoni diretta mill-MEPA b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. Il-proprejtarju tas-sit jeħel ta’ l-ispejjeż kollha involuti.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4945, issa li għaddew is-sitt ġimgħat minn meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarget l-avviż ta' nfurzar (EC 14/09) u l-ħajt baqa' ma telax, jista' l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm? Jista' jgħid jekk l-Awtorità nformatx lill-kunsill lokali sabiex dan jissottometti stima tax-xogħlijiet? Jista' jgħid kemm hi l-istima u jekk din hijiex aċċettabbli għal din Awtorità? Jista' jgħid jekk l-Awtorità approvatx dan ix-xogħol lill-kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet u preparamenti dwar kif għandhom isiru dawn ix-xogħolijiet u xogħolijiet oħrajn simili f’lokalitajiet madwar Malta. La darba dawn jiġu konklużi jkunu jistgħu isiru x-xogħolijiet neċessarji.
Fil-frattemp nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jżomm xejn lill-sid l-art milli jwettaq ix-xogħolijiet neċessarji mingħajr l-intervent dirett tal-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Iżraeliti li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Amerikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Afrikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Ġappuniżi li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8266, 7712, 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8268, 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?