Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3647 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Aġenżiji - Reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummissjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #5022 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar fuq xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #6552 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax illi kien hemm każi fejn persuni impjegati jew b’kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permesssa lilhom għall-perjodu 2004/08.
Leg 11 PQ #7721 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Minisitru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7490 u 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-Direct Orders li saru skond Sezzjoni 19(4) tar-Regolamenti tal-Kuntratti Pubbliċi. F’kull każ id- Direct Order inħareġ fuq approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, wara li ġiet segwita l-proċedura stabbilita.
Leg 11 PQ #8015 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7646 u jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7646 li ngħatat fis-seduta numru 106 fid-29 ta’ April 2009.
Leg 11 PQ #8035 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrendi — rimi ta' radam fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-triq bl-isem ta' Ħal Lew il-Qrendi inħariġx fuqha jew hija koperta b'permess sabiex isir rimi ta' radam fiha? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kelliex permess tarmi radam fi Triq Ħal Lew il-Qrendi wara li l-kuntrattur tagħha fit-8 ta' Jannar ġabar l-istess minn Triq Ħaġar Qim Qrendi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar l-allegat rimi ta' skart, il-MEPA m'għandhiex informazzjoni fejn eżatt allegatament intrema dan l-iskart biex tkun tista’ tinvestiga u tara, fost l-oħrajn, jekk dan intremiex mill-kuntrattur tagħha jew minn xi ħaddieħor. Għalhekk nitolbu lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu provi ulterjuri u informazzjoni iktar preċiża, jissottomettihom għal aktar investigazzjonijiet.
Leg 11 PQ #8163 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Linji tal-Arju — sussidju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5898 u jgħid kif taħdem is-sistema ta' sussidju li tingħata lil-linji tal-ajru? Jista' jgħid min huma dawk il-kumpanniji li rċevew u qed jirċievu dawn is-sussidji? Għal liema rotot u kemm ingħataw sussidju kull kumpannija matul is-sentejn li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskema ta’ finanzjament lill-linji tal-ajru titħaddem skond il-Community Guidelines on Financing of Airports and Start-up Aid to Airlines Departing from Regional Airports. Din l-iskema tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha, u tiġi mogħtija lill-offerta l-aktar attrajenti in termini ta’ frekwenza ta’ servizz u assistenza mitluba. Ladarba l-ammont ta’ assistenza jkun stabbilit, u dan ivarja minn rotta għal oħra, l-ammont dovut jiġi kalkulat fuq kull passiġġier li jinġarr fuq ir-rotta. M’huwiex possibbli li jingħataw id-dettalji mitluba għaliex huma suġġetti għall-kuntratti li jgawdu minn kunfidenzjalità ta’ natura kummerċjali.
Leg 11 PQ #8221 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — siti tal-marinas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid billi numru sew mis-siti mħabbra għall-użu tal-marinas huma differenti minn dawk li kienu identifikati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-snin 90, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi l-opinjoni tal-Awtorità dwar is-siti identifikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għadha ma ħaditx pożizzjoni dwar is-siti li semma’ l-Onorevoli Interpellant għax l-ebda proposta għadha ma ġiet sottomessa għall-attenzjoni tal-MEPA.
Leg 11 PQ #8577 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrendi — rimi ta' radam fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8035 u jgħid jekk it-triq bl-isem ta' Ħal Lew il-Qrendi inħariġx fuqha jew hija koperta b'permess sabiex isir rimi ta' radam fiha? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kelliex permess tarmi radam fi Triq Ħal Lew il-Qrendi wara li l-kuntrattur tagħha fit-8 ta' Jannar ġabar l-istess minn Triq Ħaġar Qim Qrendi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8035.
Leg 11 PQ #8602 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — fondi lil għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka sena b’sena, l-għaqdiet sportivi lokali kollha li bbenefikaw minn fondi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fl-aħħar ħames snin u f’kull każ jindika l-ammont li rċeviet kull għaqda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8620 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8659 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — Hexagon house - Problema tal-Irwejjaħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-istudji ambjentali li saru dwar il-problema tal-irwejjaħ li kienu qed ibatu minnha l-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Hexagon House il-Marsa? Din il-problema ġiet riżolta definittivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8661 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied Inċita — Construction waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwazi difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8665 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpannija Go — biża' dwar l-impjieg tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra en masse li hu kien bagħat qabel l-elezzjoni ġenerali lill-ħaddiema tal-kumpannija GO? X'għandu xi jgħid il-Prim Ministru issa li fost il-ħaddiema tal-kumpannija GO hemm biża' reali dwar l-impjieg tagħhom, bid-data li qed tissemma' kontinwament tkun l-aħħar ta' Mejju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8666 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8450 u 7922 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8669 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — laqgħaq mal-MEUSAC

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm kunsilli lokali li talbu li jkollhom laqgħat mal-MEUSAC dwar inizjattivi f'kollaborazzjoni biex isibu fondi partikulari mill-Unjoni Ewropea? Liema kienu dawn il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8700 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għal turbini tar-riħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il applikazzjoni daħlet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li tinvolvi turbina/i tar-riħ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew approvati, rifjutati jew għadhom pendenti? Dawk li għadhom pendenti jista' jgħid l-applikazzjonijiet f'liema stadju waslu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8701 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li ma wassalx sa l-aħħar tat-terminu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-ħolqien tal-Kunsilli Lokali kemm-il kunsill kien hemm li ma wassalx sa l-aħħar tat-terminu? Jista' jgħid liema kienu dawn il-kunsilli u f’liema perijodu ġara dan? Jista' jagħti raġuni għalfejn dawn ġew xolti qabel iż-żmien u x’kien ir-rimedju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8710 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8537 u cioè: B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 7529 dwar servizzi tal-ajru bejn l-ajruport ta’ Malta u Għawdex, jista’ jgħid għaliex il-Gvern ħalla dan is-servizz wieqaf u ma fetaħx sejħa għal public service contract ? Meta mistenni li tinfetaħ din is-sejħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8715 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Ġnien Santa Margerita - Latrina pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tinbena l-latrina pubblika li kellha tinbena fl-area ta’ Ġnien Santa Margerita Bormla, mill-Ministeru tat-Turizmu u li permessi għaliha ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.