B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8163, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, b'mod kumpless, il-Gvern ħallas flus f'sussidji lill-kumpanniji kollha li jħaddmu titjiriet minn u lejn Malta fuq bażi low cost?
Kunsill Lokali — attività tal-final champions league
Question
Kunsill Lokali li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qed jibgħat flyers lir-residenti fejn il-kunsill stess se juri l-final champions league, u dan bi ħlas li jinkludi xi drinks u finger food. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex legali? Il-kunsill kellu jitlob xi permess mid-dipartiment? Kemm daħħlu flus minn din l-attività?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7721, jista' l-Prim Ministru jgħid fil-każ tad-direct orders li hemm in konnessjoni mal-Forzi Armati ta' Malta ta' €1 miljun 'il fuq, jew €1 miljun kumulattiv 'il fuq allokati lill-istess ditta, ġewx mitluba mill-inqas żewġ kwotazzjonijiet oħra f'kull każ? Jekk iva, jista' jgħid liema kienu d-ditti l-oħra li ġew avviċinati u li ma ntgħażlux?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8684 u 8415 u jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ingħatat fir-risposta numru 8684.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8024, 8539 u 8744 u jgħid kemm
cruise tourists
mistennija jżuru Għawdex mill-
cruiseships
li se jidħlu Għawdex fis-snin 2009, 2010 u 2011?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ġnien tal-bini storiku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studju sar mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel ma tat il-permess fl-2007 (permess qed jidher separatament) biex isir l-iżvilupp tal-ġnien li kien parti mill-bini storiku ta' żmien il-Kavallieri, jiġifieri l-Armerija fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, fir-rigward ta' jekk per eżempju taħt l-art kienx hemm xi parti mill-escapade li parti minnu għadu jeżisti taħt l-għassa tal-pulizija fl-istess lokalità? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ħaditx in konsiderazzjoni l-impatt li dan l-iżvilupp se jkollu fuq il-bini storiku tal-Armerija u kif l-Awtorità tat permess biex l-istess żvilupp kważi jmiss ma' parti minn dan il-bini ta' patrimonju storiku u kulturali kbir?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern ma segwiex il-passi tal-gvernijiet l-oħra bħal dawk tas-Slovenja, Polonja, Slovakkja, Ungerija u Ċipru li għamlu konsultazzjoni sħiħa pubblika u nvolvew ukoll il-parlament (anke bi proċess ta' dibattitu u approvazzjoni) meta ġie biex jidentifika l-prijoritajiet li fuqhom għażel li jonfoq il-fondi mill-baġit preżenti tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’ebda wieħed mill-pajjiżi msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma ntalbet approvazzjoni parlamentari għall-Qafas Strateġiku Nazzjonali ta’ Referenza (NSRF) u għall-Programmi Operattivi li jkopru l-fondi tal-Unjoni Ewropea għal perjodu 2007-2013. Mandankollu, dawn il-pajjiżi kienu addottaw proċedura li permezz tagħha l-Ministri responsabbli minn dan is-settur kienu jżommu lill-parlamenti rispettivi tagħhom jew lill-Kumitati Magħżula relevanti nfurmati fuq bażi regolari u ad hoc. Fil-pajjiżi kollha msemmija l-approvazzjoni tad-dokumenti neċessarji kienet responsabbilità tal-Gvern.
Intant, il-Gvern Malti kien għamel proċess ta’ konsultazzjoni pubblika meta ġie biex jidentifika l-prijoritajiet li fuqhom kellhom jintefqu l-fondi mill-
budget
preżenti tal-Unjoni Ewropea. Din il-konsultazzjoni damet sejra aktar minn sena – kienet bdiet lejn l-aħħar tas-sajf tal-2005 u baqgħet sejra sal-aħħar tal-2006 – u f’dan il-proċess il-poplu Malti u Għawdxi kollu, inkluż il-Membri Parlamentari kellhom l-opportunità li jagħtu sehemhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li ġew jistudjaw l-Ingliż f'Malta matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008? Dawn l-istudenti barranin huma magħduda bħala turisti li jżuru pajjiżna?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8433, 8268, 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8432, 8266, 7712, 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8415 u jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8404 u jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern, nies b'kuntratt (jew li kellhom il-kuntratt imġedded) matul is-sena 2008 sal-lum? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8406 u jgħid kemm hemm konsulenti impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu s-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u kemm minnhom għandhom iktar minn 61 sena?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile phones u fixed lines
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kumpannija privata tal-public relations tieħu ħsieb xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk jista' jkun mis-sena 2008 'il quddiem.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3558 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li kull sena jew meta jkun il-każ jagħtu xi unur bħal Ġieħ il-Lokalità lil xi organizzazzjoni jew individwi? Minn meta kull kunsill beda jagħti dan l-unur, u lil min ngħata kull darba? X'inhuma l-kriterji wżati fl-għoti ta' dan l-unur u jekk bħala parti mir-riforma li qed tiġi diskussa hemmx il-ħsieb li jkun hemm gwida nazzjonali dwar l-għoti ta' dan l-unur?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5994 u jgħid jekk hawnx xi policy dwar it-tqegħid ta' posters ma' arbli, siġar eċċ.? Jekk fl-affermattiv, x'inhi din il-policy, meta saret u fuq kollox tobbligax lil min iwaħħalhom li jerġa' jneħħihom malli tgħaddi l-attività? F'każ li dawn ma jitneħħewx minn min ikun waħħalhom, hemm xi penali?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8024 u 8539 u jgħid kemm
cruise tourists
mistennija jżuru Għawdex mill-
cruiseships
li se jidħlu Għawdex din is-sena u fis-snin 2009, 2010 u 2011?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8354 u jgħid kemm-il Kunsill Lokali f'Malta (wieħed, wieħed) għamel toroq bit-tarmac f'dawn l-aħħar 15-il sena?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kinux saru xi proposti biex iż-żewġ teatri tal-opra f’Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha? Jekk saru xi proposti, dawn ġew evalwati? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa dwar dawn il-proposti?