Bħala persentaġġ mill-art kollha Maltija u Għawdxija, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm art (i) xagħri (ii) saqwi (iii) żviluppat? Kemm tikkompara din ir-rata ma' għaxar snin, 20 sena u 30 sena ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7735.
B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi.
B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti.
Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8131.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8435.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2008? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar u maqsuma taħt it-tliet bordijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8453.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi.
B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi
corrugated panels
qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti.
Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-
premises
mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8131.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6917 u cioè: Bħala persentaġġ mill-art kollha Maltija u Għawdxija, jista' jgħid kemm hemm art (i) xagħri (ii) saqwi (iii) żviluppat? Kemm tikkompara din ir-rata ma' għaxar snin, 20 sena u 30 sena ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-IACS jirreġistra art biss iddikjarata mill-bidwi għal skopijiet ta’ sussidju. L-art moxa mhiex inkluża; u għalhekk mhux l-art kollha tiġi reġistrata.
L-erja ta’ Malta fiha madwar (skond l-NSO) 31,000 ettaru. Skond il-
Farm Structure Survey 2007
tal-NSO iddikjarat li hawn madwar 11,000 ettaru ta’ raba maħdum. Tlett elef (3,000) ettaru minn dawn huwa raba saqwi u tmint elef (8,000) ettaru li jifdal huma raba bagħli.
L-informazzjoni mitluba dwar il-perjodi ta’ snin ma tinżammx.
L-informazzjoni dwar art żviluppata tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8435.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8023 u 7536 u jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8435.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Gvern li qed jaħdmu fuq żvilupp sostenibbli? Huwa minnu li d-draft National Sustainable Development Strategic policy document qed jerġa jiġi rivedut mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, meta mistennija tiġi ppubblikata l-verżjoni aħħarija? Min huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dokument strateġiku? Il-Kummissjoni nnifisha għadha teżisti jew tiffunzjona? Għandha xi sehem fl-implimentazzjoni tal-istrateġija li fasslu huma stess? Kemm-il darba iltaqgħet f’dawn l-aħħar tliet snin sena b’sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kull Dipartiment tal-Gvern irid jaħdem fuq żvilupp sostenibbli. Minħabba li r-responsabbiltà diretta għall-Iżvilupp Sostenibbli taqa’ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħalissa hemm tlett (3)uffiċjali li jaħdmu fuqu u fuq xogħol ieħor. Bħalissa l-Istrateġija qed tiġi riveduta mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex tiġi aġġornata mad-direzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli għall-2009 u s-snin li ġejjin. Filwaqt li r-rakkomandazzjonijiet li tagħti l-kummissjoni ntlaqgħu, bħala parti minn dan l-eżerċizzju qed jiġi kkunsidrat mod iktar effettiv ta’ kif l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tiġi mplimentata.
Ir-rwol tal-kummissjoni kien li jifformulaw din l-istrateġija għall-konsiderazzjoni tal-Gvern. Issa huwa r-responsabbiltà tal-Ministeri li jimplimentawha filwaqt li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jieħu ħsieb il-moniteraġġ fuq din l-istrateġija.
Il-Kummissjoni f’dawn l-aħħar tlett snin iltaqgħet:
2006 3 darbiet
2007 xejn
2008 xejn
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2253 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li waħedhom jew bi sħab mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani fetħu jew qed imexxu xi Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani fil-lokalità tagħhom? Meta nfetħu dawn iċ-ċentri ? X'inhu n-numru ta' anzjani li jattendu dawn iċ-ċentri? X'kien jew għadu s-sehem li kull kunsill lokali qed jagħti f'dan ir-rigward? Hemm xi talbiet pendenti minn kunsilli lokali oħra għal ftuħ u jew it-tmexxija ta' Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8736, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8686 u 8404 u jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern, nies b'kuntratt (jew li kellhom il-kuntratt imġedded) matul is-sena 2008 sal-lum? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8686.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8687 u 8406 u jgħid kemm hemm konsulenti impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu s-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u kemm minnhom għandhom iktar minn 61 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8406.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8672, 8433, 8268, 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8704 u jgħid liema kumpannija privata tal-public relations tieħu ħsieb xogħol ta’ advertising u/jew promotional campaigns tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk jista' jkun mis-sena 2008 'il quddiem.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8704.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8673, 8432, 8266, 7712, 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8233 u 7443 u jgħid kemm hemm proġetti tal-kunsilli lokali jistennew il-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jibdew? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7443.
proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8231 u 7440 u jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8649 u jgħid x'kien in-numru ta' studenti li ġew jistudjaw l-Ingliż f'Malta matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008? Dawn l-istudenti barranin huma magħduda bħala turisti li jżuru pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8649.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti miegħu bħala Gvern, ministeru b'ministeru? Kemm għandhom salarju dawn il-konsulenti? Għandhom benefiċċji oħra barra s-salarju? Dawn il-konsulenti huma b'kuntratt jew le? Kemm huma twal dawn il-kuntratti li għandhom il-konsulenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.