Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8718 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa qed tiġi riferuta lilu u cioè: Wara li nbnew l-appartamenti ġodda fi Triq San Ġwann Bormla, li issa huma abitati wkoll, u wara li ġnien żgħir li kien jitgawda mill-ġirien li jinsab quddiem il-club ta’ Cospicua Rangers tkisser sabiex setgħu jsiru x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jerga’ jinbena dan il-ġnien, li kien iservi ta’ żvog għar-residenti tal-akkwati ?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta r-rapport mid-Direttorat tal-Ippjanar dwar il-bini ta’
micro-enterprise
park
fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija Għawdex?
B'referenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 7565 dwar il-Kumitat Reġjonali tal-MCESD, jista’ l- Prim Minstru jgħid x’sar s’issa fuq ir-rakkmandazzjonijiet li għamel dan il-Kumitat? Jista’ jgħidli x’hemm ħażin li l-Minuti ta’ dan il-kumitat ikunu aċċessibbli għall-Membri ta’ din il-Kamra u tal-poplu in ġenerali? Fihom materja li mhijiex ta’ interess pubbliku? Jistgħu l-laqgħat ta’ dan il-Kumitat ikunu miftuħa għall-membri tal-pubbliku? Jekk le, għaliex?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8821, 8620, 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi instabu ħatja?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8819 u 8661 u jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwazi difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?
B'referenza għall-kampanja ta' pubbliċità mnedija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni biex iċ-ċittadini jivvotaw fl-elezzjoni tal-parlament ewropew tas-6 ta' Ġunju, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk:
a) din il-kampanja tħejjitx
inhouse
fid-DOI jew jekk ingħatatx b'kuntratt lill-privat?
b) jekk saret in-house ġewx ingaġġati konsulenti biex jagħtu pariri? Min kienu? Kemm tħallsu?
ċ) jekk saret b'kuntratt, kif ingħata l-kuntratt, b'sejħa għall-offerti jew b'direct order? F'kwanunkwe każ, min ingħata l-kuntratt? Kemm tħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-maġġor parti tax-xogħol involut fil-kampanja biex iċ-ċittadini jivvutaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Ġunju, sar inhouse mill-istaff tad-DOI. Fit-thejjija tar-riklami li dehru stampati f’xi pubblikazzjonijiet, kien hemm il-bżonn ta’ għajnuna mill-privat. Din l-għajnuna ingħatat mill-kumpanija Outlook Coop, li tħallsu s-somma ta’ €424.80. Dan ix-xogħol ġie ordnat direttament mill-Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, skond il-parametri tar-Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern għal dak l-ammont. Ma kien hemm ebda konsulenti ingaġġati.
Forza Armata ta' Malta — suldati stazzjonati f'Ħal Safi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati tal-Forzi Armata ta' Malta stazzjonati fil-barracks ta' Ħal Safi? Kemm minn dawn jagħmlu xogħol ta' għassa mal-immigranti irregolari?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8796 li kienet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jaghti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ MIDI f’Tigne u Manoel Island, fid-diversi aspetti tiegħu, fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn naħa, u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat, in segwitu tar-riżoluzzjoni parlamentari dwar il-proġett, u anki f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8797 li kienet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Chambray f’Ghawdex, fid-diversi aspetti tiegħu skont l-aħħar riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fir-rigward tiegħu, u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn naħa u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, u anki f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom, b’referenza għall-kalendarju stabbilit għat-twettiq tal-miri ssettjati għall-proġett?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — kuntratti lil xi kumpannija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar qattx tat xi kuntratti lil xi kumpannija AURELIA? Jekk iva, x’kien jikkonċerna, kemm kien jiswa, meta ġie esegwit, kif intgħażlet il-kumpannija kif ukoll kull dettal ieħor relatat mal-każ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8644 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitqassmu l-bozoz energy saver li kienu mwiegħda mill-Gvern lil kull familja Maltija u Għawdxija?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żvilupp illegali
Question
ln-Vista tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8549, jista' l-Prim Ministru jgħid x'żamm u għalfejn s'issa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħadhet l-ebda passi fil-konfront tal-iżvilupp illegali li twettaq mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika f 'Kordin , erba' snin ilu, liema żvilupp kien inħariġlu enforcement notice 223/05 fis-sena 2005? Jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Lulju 2006 kienet irrifjutat l-applikazzjoni li għamel id-dipartiment biex jirregolarizza ruħu wara din it-twissija, iżda s 'issa d-Dipartiment tal-lndafa Pubblika għadu jippersisti f 'din l-illegalità u minn naħa tagħha l-Awtorità baqgħet kompjaċenti u m'għamlet xejn, hijiex konferma ta' kemm il-awtorità tuża s-saħħa ma' minn huwa żgħir iżda tibqa' ċassa biex taġixxi fil-konfront ta' min huwa b'saħħtu, inkluż Dipartimenti tal-Gvern?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar għajnuna għal irrangar jew bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam tul l-aħħar sentejn? Kemm kien l-ammont kumplessiv li ngħatat f'għajnuna? F'liema lokalitajiet kienu joqogħdu dawk li bbenefikaw minn din l-iskema? L-ammonti kollha mwiegħda, tħallsu? Hemm minn għamel l-ispejjeż u għadu qed jistenna l-għajnuna finanzjarja mwiegħda mill-Awtorità?
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min huwa kompost l-iStrategic Environment Assessment Audit Team li kien twaqqaf bħala parti mit-transpożizzjoni tad-direttiva tal-iStrategic Evironment Assessment?
Jista' jgħid liema deċiżjonijiet għadhom pendenti taħt dan l-Audit Team?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern, nies b'kuntratt (jew li kellhom il-kuntratt imġedded) matul is-sena 2008 sal-lum? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8686.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8338 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hija l-ispiża fis-sena, u kemm kienet l-ispiża fis-sena 2008, biex issir il-manutenzjoni tat-toroq sekondarji kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jingħata rendikont ta' din l-ispiża lokal lokal?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti approvati għall-Cottonera Waterfront, liema tlestew sal-lum? Liema huma dawk li għadhom ma tlestewx u dawk li għadhom lanqas biss beda x-xogħol fihom?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — sentenza ta' appell
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni s-sentenza tal-appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għaliex ilha biex tingħata sa mit-13 ta' Frar 2008, u dan qed joħloq preġudizzju kbir għall-persuna konċernata, peress li sakemm ikollha d-deċizjoni ma tistax tapplika għall-fondi in konnessjoni ma' żvilupp mertu ta' dan l-istess appell?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif taħdem is-sistema ta' sussidju li tingħata lil-linji tal-ajru? Jista' jgħid min huma dawk il-kumpanniji li rċevew u qed jirċievu dawn is-sussidji? Għal liema rotot u kemm ingħataw sussidju kull kumpannija matul is-sentejn li għaddew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8163.