Jista’ l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8024 u jgħid kemm
cruise tourists
mistennija jżuru Għawdex din is-sena u fis-sentejn 2010 u 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għas-sena 2009, huwa mistenni li ser jidħlu u jsorġu Għawdex sitt (6) Cruise Liners li fuqhom sa jkun hemm madwar 3,185 Cruise Tourists. Il-Cruise Liners huma mistennija li jżuru Għawdex bejn ix-xhur ta’ Ġunju u Novembru ta’ din is-sena. Din l-informazzjoni ngħatat mill-Aġenti li jirrapreżentaw dawn il-vapuri.
Huwa kmieni wisq biex wieħed jagħti figura finali għas-sena 2010 imma s’issa vapur wieħed huwa konfermat li se jidħol Għawdex fis-sajf b’madwar 1,600 passiġġier abbord.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8450 u 7922 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8450.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7989 u jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Ġappuniżi li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal other.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7987 u jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Afrikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal other.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7986 u jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Amerikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal other.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7985 u jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Iżraeliti li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal other.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8024 u 8539 u jgħid kemm
cruise tourists
mistennija jżuru Għawdex mill-
cruiseships
li se jidħlu Għawdex din is-sena u fis-snin 2009, 2010 u 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8539.
Kunsill Lokali — attività tal-final champions league
Question
Kunsill Lokali li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qed jibgħat flyers lir-residenti fejn il-kunsill stess se juri l-final champions league, u dan bi ħlas li jinkludi xi drinks u finger food. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex legali? Il-kunsill kellu jitlob xi permess mid-dipartiment? Kemm daħħlu flus minn din l-attività?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hu minnu li l-Kunsill Lokali indikat minnek kien qed juri l-logħbiet tal-UEFA Champions League bi ħlas. Dan hu bi ksur tal-liġi peress li l-istess Kunsill m’għandux bye-laws li jippermettu dan.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-waqt li, appena d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġie a konjizzjoni ta’ dan il-każ, l-imsemmi Kunsill ġie mwaqqaf milli jagħmel l-attività maħsuba għall-
Final Champions League
u jirrifondi l-flus lill-persuni li laħqu ħallsu, ser jittieħdu wkoll passi oħra punittivi fil-konfront tal-istess Kunsill. L-ammont kollu miġbur mill-Kunsill Lokali hu ta’ € 252, li jinkludi ammont li jrid jiġi rifuż lill-persuni kkonċernati għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7721, jista' l-Prim Ministru jgħid fil-każ tad-direct orders li hemm in konnessjoni mal-Forzi Armati ta' Malta ta' €1 miljun 'il fuq, jew €1 miljun kumulattiv 'il fuq allokati lill-istess ditta, ġewx mitluba mill-inqas żewġ kwotazzjonijiet oħra f'kull każ? Jekk iva, jista' jgħid liema kienu d-ditti l-oħra li ġew avviċinati u li ma ntgħażlux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-każ ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni relatat maż-żamma ta’ l-immigranti ġew mitluba quotations migħand Central Asfalt Ltd, Va C Contractor, Deulands u l-Ballut Blocks. L-aktar offerta vantaġġjuża kienet ta’ Ballut Blocks.
Fil-każ ta’ l-ikliet ta’ l-immigranti miżmuma fid-
Detention Services
ġew mitluba tlett
quotations
minn Island Caterers Ltd, Corinthia Inflight Services u James Caterers Ltd. L-aktar offerta vantaġġjuża kienet ta’ James Caterers Ltd.
Fil-każ ta’ l-Eurocopter Ltd, l-i
sptar parts
għal Helicopter Alouette jistgħu jinxtraw biss mingħand l-Eurocopter. Għal din ir-raġuni ma ntalbux
quotations
.
F’kull każ id-
Direct Order
inħareġ fuq approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, wara li ġiet segwita l-proċedura stabbilità.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?
B'referenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 5947 dwar proġetti infrastrutturali f’Għawdex, jista’ l-Prim Ministru jgħidli x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-Armata minħabba xogħol konness maż-żamma ta' immigranti irregolari din is-sena? Kif intnefqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-nefqa ta’ l-Armata fuq żamma ta’ immigranti rregolari din is-sena hija kif muri fit-tabella hawn taħt.
Item
Cost in 2009 (up to 31/5/09)
Wages
€579,618.57
Upkeep/Maintenance
€42,204.76
Water & Electricity
€85,930.83
Cleaning Materials
€72,423.95
Rations
€57,628.89
Medication
0.00
Meals & Accomodation (Rent not included)
€2,336,566.77
Purchase of Supplies
€197,562.53
Services (Cesspits, skips, showers etc.)
€16,254.15
Telephone
€22,212.50
Supply of Materials (Bedding, tents etc.)
0.00
Total Recurrent Expenditure
€3,410,402.95
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8981 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Traport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Stante li l-Ministru kien wiegħed li fil-mument li Strada Merkanti tigi pedestrianalised se jingħataw permessi biex il-catering establishments joħorġu l-imwejjed u minħabba l-fatt li Strada Merkanti ġiet pedestrianalised il-kummerċ naqas direttament minħabba kwestjonijiet ta' parkeġġ, jista' l-Ministru jonora l-wegħda tiegħu u jagħti permessi biex il-catering establishments ta' Strada Merkanti jkunu jistgħu joħorġu l-imwejjed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Qorti ta' Għawdex — Spejjeż ta' vjaġġar ta' xhieda
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas l-uffiċċju tiegħu għar-rigward spejjeż ta' vjaġġar u akkomodazzjoni biex setgħu jiġu jixhdu tliet rangers Ingliżi f'kawża tal-kriminal li nstemgħet quddiem il-Maġistrat Edwina Grima fil-Qorti ta' Għawdex fis-seduta tat-2 ta' Ġunju 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ħallas xejn fir-rigward tal-ispejjeż relatati max-xhieda barranin fil-każ imsemmi.
B'referenza għad-diskorsi li għamel dan l-aħħar l-Onor Mario de Marco dwar abbużi minn lukandi u ristoranti fir-rigward ta' prezzijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid min-naħa tagħha l-Awtorità tat-Turizmu ta' Malta tissorveljax dawn il-prezzijiet biex tassigura prezzijiet kompetitivi u value for money u tieħux passi fejn issib xi abbużi? Fiex jikkonsistu dawn il-passi u mill-ewwel tas-sena 'l hawn x'kienu l-passi li ħadet, kontra min ittieħdu, għalxiex ittieħdu u fiex kienu jikkonsistu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi s-suq li joperaw fih il-lukandi u r-ristoranti hu wieħed liberalizzat u għaldaqstant l-prezzijiet mitluba minnhom huma kontrollati biss mis-suq u l-kompetizzjoni ta’ stabbilimenti simili.
Nixtieq nippreċiża wkoll li l-kumment li għamel is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco kien dwar il-ħtieġa li kulħadd, inkluż tal-lukandi u r-ristoranti, jaħdem sabiex il-prezz ta’ vakanza f’Malta jibqa’ kompetittiv.
Dokument separata anness mal-Interpellanza numru 9289.
Id-detentur ta’ liċenzja li ġie rrapurtat fis-17 ta’ Marzu lill-pulizija għax ma kellux
menu
esebit bil-prezzijiet kif titlob il-liġi hu:
Christian Grech tar-Ristorant Arzella Triq Ghar Qawqla, Marsalforn Ghawdex.
Uffiċċjali tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu jissorveljaw permezz ta’ spezzjonijiet sabiex jassiguraw li detenturi ta’ liċenzja li jħaddmu stabbilimenti ta’ akkommodazzjoni turistika għandhom li l-
menus
, prezzijiet, tariffi u ħlasijiet oħra esebiti bi prominenza u jintwerew hekk kif jiġu mitluba minn xi alloġġjant, jew kull persuna oħra li qed tkun tagħmel użu, jew li tkun ser tagħmel użu mill-fond jew xi servizzi jew faċilitajiet disponibbli mill-fond.
L-istess igħodd għal stabbilimenti li jipprovdu l-ikel li għandu jkollhom
menus
li juru l-prezz u li jkunu wkoll murija ċari barra l-post. Din is-sena detentur ta’ liċenzja ġie rrapurtat lill-puluzija talli naqas li jesebixxi
menu
bil-prezzjijiet fuq barra r-ristorant. Dettalji ta’ dan id-detentur qed jintbagħtu separatament.
L-Awtorita’ tat-Turiżmu ma tistax tinforza fuq l-livelli ta’ prezzijiet li jintalbu jew jekk ikunx qed jingħata
value for money
.
Jista l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni rigward il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fir-rigward ta' dak li ġie magħruf minn dokumenti tal-
Public Records Office
Ingliż, li juru li l-imsemmi uffiċjal pubbliku kien qiegħed jagħti informazzjoni lill-Gvern Ingliz dwar dak li kien għaddej bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan, mill-pożizzjoni tiegħu ta' diplomatiku ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9305.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Bord maħtur minnu dan l-aħħar dwar l-operat tal-Armata temmx ix-xogħol tiegħu? Jekk fl-affermattiv x'kienu l-konklużjonijiet u/jew ir-rakkomdazzjonijiet tiegħu u x'passi ttieħdu dwarhom mill-istess Armata u/jew minn oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn CCTV Cameras istallati mill-kunsilli lokali sabiex jikkontrollaw it-traffiku u l-ħarsien tar-regolamenti tal-istess traffiku? F'liema lokalità (bl-isem tat-triq) qegħdin? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' permess, u minn liema awtorità hu meħtieġ, biex tiġi mwaħħla camera ta' dan it-tip?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8715 u jgħid meta ser tinbena l-latrina pubblika li kellha tinbena fl-area ta’ Ġnien Santa Margerita Bormla, mill-Ministeru tat-Turizmu u li permessi għaliha ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?