Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9234 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bozoz Energy Saver

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8644 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitqassmu l-bozoz energy saver li kienu mwiegħda mill-Gvern lil kull familja Maltija u Għawdxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9364.
Leg 11 PQ #9239 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar għajnuna għal irranġar jew bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam tul l-aħħar sentejn? Kemm kien l-ammont kumplessiv li ngħatat f'għajnuna? F'liema lokalitajiet kienu joqogħdu dawk li bbenefikaw minn din l-iskema? L-ammonti kollha mwiegħda, tħallsu? Hemm min għamel l-ispejjeż u għadu qed jistenna l-għajnuna finanzjarja mwiegħda mill-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2007 / 2008, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, irċiviet 914 applikazzjoni valida biex jibbenefikaw mill-iskema tal-għajnuna għall-irranġar jew bini mill-ġdid ta' galleriji tal-injam. Dawn l-applikazzjonijiet kienu f'żoni ta' Konservazzjoni Urbana u bini skedat fl-ibliet u l-irħula ta' Malta u Għawdex kollha. L-ammont komplessiv li ngħata f'għajnuna hu ta' € 1,196,050. Sa dan il-mument uħud mill-ammonti għadhom ma tħallsux.
Leg 11 PQ #9332 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskemi / inizjattivi li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar min-naħa tad-Direttorat ta’ l-Ippjanar jinkludu, is-CPPS (Commuted Payment Parking Schemes), UIF (Urban Improvement Funds) u l-EIPP (Environment Initiatives Partnership Programmes). F’ċertu każi hemm Planning Gain assoċjat ma’ applikazzjonijiet maġġuri li jkun jista’ jiġi użat ukoll mal-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #9333 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat Għawdex — Xogħol fi Pjazza San Ġorġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir fi Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat Għawdex hux qed isir skond il-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Liema hi l-entità li applikat biex tagħmel dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li qed isir fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex, jikkostitwixxi żvilupp u għalhekk jeħtieġ permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, liema permess għal dan ix-xogħol, jiġifieri 'To embellish the square with new paving, street furniture and traffic management scheme', kien inħareġ fl-1 ta' Settembru 2008 wara li kienet saret applikazzjoni mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex.
Leg 11 PQ #9336 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li ġew devoluti lilhom libreriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ġew devoluti lilhom il-libreriji, jiġifieri li issa l-libreriji jaqgħu taħt il-kunsilli lokali? Meta ħarġet id-devoluzzjoni ta' kull librerija? Kemm fadal kunsilli lokali li qed jistennew id-devoluzzjoni ta' librerija li tinsab fil-lokal tagħhom ? Liema huma dawn il-kunsilli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9394 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strada Merkanti — Catering establishments

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9204 u 8981 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Traport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Stante li l-Ministru kien wiegħed li fil-mument li Strada Merkanti tigi pedestrianalised se jingħataw permessi biex il-catering establishments joħorġu l-imwejjed u minħabba l-fatt li Strada Merkanti ġiet pedestrianalised il-kummerċ naqas direttament minħabba kwestjonijiet ta' parkeġġ, jista' l-Ministru jonora l-wegħda tiegħu u jagħti permessi biex il-catering establishments ta' Strada Merkanti jkunu jistgħu joħorġu l-imwejjed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern lesta disinji għall-street furniture ta’ Triq il-Merkanti. Id-disinji jkopru wkoll l-imwejjed u s-siġġijiet. Il-Gvern ser jipproduċi hu stess din l-għamara u dan sabiex jiġi żġurat uniformità u kwalità fil-prodott. Dan l-i street furniture ser ikompli jsebbaħ Triq il-Merkanti, triq li reġgħet ħadet ħajja ġdida wara li wettaqna l-proġett ta’ pavimentar u wara li t-triq saret żona pedonali. Assolutament ma naqbilx mal-kumment li l-kummerċ f’din it-triq naqas. Prova ċara ta’ dan huwa l-investiment li qed jagħmlu l-ħwienet li qegħdin f’din it-triq sabiex isebbħu l-ħanut tagħhom. Fil-ġranet li ġejjin ser jiġu pubblikati dawn id-disinji filwaqt li jsiru laqgħat mas-sidien ta’ stabbilimenti kummerċjali ta’ din it-triq.
Leg 11 PQ #9402 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne u Manoel Island

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9128 u 8796 li kienet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jaghti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ MIDI f’Tigne' u Manoel Island, fid-diversi aspetti tiegħu, fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti min-naħa, u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat, in segwitu tar-riżoluzzjoni parlamentari dwar il-proġett, u anki f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9128.
Leg 11 PQ #9403 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Chambray

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9130 u 8797 li kienet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Chambray f’Għawdex, fid-diversi aspetti tiegħu skont l-aħħar riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fir-rigward tiegħu, u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn naħa u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, u anki f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom, b’referenza għall-kalendarju stabbilit għat-twettiq tal-miri ssettjati għall-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għalll-Mistoqsija Parlamentari Numru 9130.
Leg 11 PQ #9405 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xemxija — Żbir ta' siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siġar li hemm matul it-triq prinċipali (fejn hemm is-siġar taż-żebbuġ) fil-bajja tax-Xemxija, jinżabru u l-art ta' taħthom titnaddaf u tinħarat qabel ma jkun hemm xi ħadd li jiddeċiedi li jagħti n-nar lil dawn is-siġar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9439 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Għawdex - impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7237 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jghid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ ta' letter to prosecute mhix obbligu legali sabiex il-Pulizija taġixxi fuq reati fil-konfront ta' regolamenti li jħarsu l-ambjent maħruġin bis-saħħa ta' l-Att Dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent, infatti ħafna drabi il-Pulizija taġixxi ex uffiċċji. Madankollu matul il-perjodu inkwistjoni l-Ispettorat għamel 206 talba lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jipproċedi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi n-numri kif ġew imqassma dawn it-talbiet.
Leg 11 PQ #7419 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Leg 11 PQ #8025 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Leg 11 PQ #8101 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilliera li rriżenjaw — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsillieri li rriżenjaw mill-kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-perijodi li servew ta' kunsilliera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8101, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 11 PQ #8426 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Leg 11 PQ #8620 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.
Leg 11 PQ #8661 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied Inċita — Construction waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwa\i difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-barrieri ta’ Wied Inċita, Nri 3 u 12, huma t-tnejn liċenzjati bħala siti li jistgħu jaċċettaw skart nadif mit-tqattiegħ ta’ blat u mit-twaqqiegħ tal-bini. Mill-ispezzjonijiet li saru fil-barrieri, dejjem deher li l-materjal li bih qegħdin jintradmu huwa materjal nadif, hekk kif rikjest mill-liġi. Dawn il-barrieri kellhom permess tal-rdim taħt LN 128 ta' 1997; fil-preżent qegħdin fil-proċess li nkomplu nirregolarizzaw dawn is-siti b’permess ambjentali permezz tal-Avviż Legali 337 ta’ 2001. Fil-frattemp qegħdin isiru diskussjonijiet u jittieħdu miżuri ħalli tali operazzjoniet jinġiebu fit-totalità tagħhom konformi mal-liġijiet ta' l-ippjanar u l-ambjent.
Leg 11 PQ #8819 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied Inċita — Construction waste

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8661 u jgħid jekk il-construction waste li qed jiġi dumped fuq bażi regolari fil-barriera ta' wara Wied Inċita f'mod li kwazi difinha, qed isir b'konformità stretta mal-liġijiet tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numri 8661.
Leg 11 PQ #8821 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Letters to prosecute

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8620, 8426, 8025, 7419 u 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi instabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7237.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ġnien tal-bini storiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studju sar mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel ma tat il-permess fl-2007 (permess qed jidher separatament) biex isir l-iżvilupp tal-ġnien li kien parti mill-bini storiku ta' żmien il-Kavallieri, jiġifieri l-Armerija fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, fir-rigward ta' jekk per eżempju taħt l-art kienx hemm xi parti mill-escapade li parti minnu għadu jeżisti taħt l-għassa tal-pulizija fl-istess lokalità? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ħaditx in konsiderazzjoni l-impatt li dan l-iżvilupp se jkollu fuq il-bini storiku tal-Armerija u kif l-Awtorità tat permess biex l-istess żvilupp kważi jmiss ma' parti minn dan il-bini ta' patrimonju storiku u kulturali kbir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji dwar xi studji saru u l-kundizzjonijiet biex jiġi salvagwardjat il-wirt kulturali fl-inħawi imsemmija diġà ingħataw fir-risposta għall-mistoqsija numru 8031. L-Awtorità ma kelliex informazzjoni dwar l-imsemmi escapade taħt l-art. Kien ikun xieraq li min kellu din l-informazzjoni jgħaddiha lill-Awtorità waqt il-proċess ta' konsultazzjoni dwar l-applikazzjoni u mhux wara li ħareġ il-permess. L-informazzjoni li taf biha l-Awtorità hija dwar xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija taħt l-Armerija (illum l-għassa), imma dan jiftaħ f'direzzjoni li mhux taħt is-sit imsemmi.