Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8537 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 7529 dwar servizzi tal-ajru bejn l-ajruport ta’ Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ħalla dan is-servizz wieqaf u ma fetaħx sejħa għal public service contract ? Meta mistenni li tinfetaħ din is-sejħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8710.
Leg 11 PQ #8687 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti impjegati mal-Ministeri — salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8406 u jgħid kemm hemm konsulenti impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu s-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u kemm minnhom għandhom iktar minn 61 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8406.
Leg 11 PQ #8772 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Teatri tal-opra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kinux saru xi proposti biex iż-żewġ teatri tal-opra f’Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha? Jekk saru xi proposti, dawn ġew evalwati? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa dwar dawn il-proposti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8976.
Leg 11 PQ #9347 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika tal-gvern dwar il-gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li l-Gvern waqqaf politika rigward il-gwardjani lokali, meta mistenni jippreżenta din il-politika? X'inhu l-ħsieb tal-Gvern fuq il-gwardjani lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Gvern qed jagħmel analisi dettaljata tas-sistema preżenti bl-għan prinċipali jkun li jkompli jsaħħaħ is-sistema tal-infurzar lokali f’pajjiżna. Irridu li l-operat tas-sistema jirrifletti il-prijoritajiet tal-Gvern, fosthom li jkollna sistema trasparenti li tassigura l-bwon-ordni fit-toroq tagħna, kif ukoll li tipprevjeni u żżomm taħt kontroll nuqqassijiet relatati ma’ storbju, trabijiet, ħmieġ u tniġġis fl-ambjent ta’ madwarna li jaffettwaw b’mod negattiv il-kwalità ta’ ħajjitna. Aparti l-evalwazzjoni tas-sistema preżenti b’attenzjoni speċifika għal mod ta’ kif żviluppat is-sistema tal-infurzar lokali, l-Gvern huwa kommess ukoll li fejn huwa meħtieg jintroduċi l-bidliet li jinħassu neċessarji għat-tisħieħ tas-sistema b’mod komprensiv; f’kuntest tal-ħames (5) reġjuni kif spjegati fid-dokument tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Il-Gvern qed jaħdem fuq dokument li ħa jkun qed iġedded il-politikà tal-Gvern għall-ġejjieni f'dan il-qasam biex iservi bħala bażi għall-proċess ta’ konsultazzjoni li jrid jitkompla mal-partijiet konċernati sabiex jiġu eżawriti l-punti kollha relatati ma’ dan is-suġġett.
Leg 11 PQ #9428 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Open plots

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-inizjattiva b'mod immedjat biex l-open plots li ġew identifikati mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex, jingħalqu immedjatament minn ħaddiema tal-Gvern, u dan possibilment qabel ma s-sajf jidħol aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9541 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — sentenza ta' appell

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9367 u 9023 u jgħid għal liema raġuni s-sentenza tal-appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha biex tingħata sa mit-13 ta' Frar 2008? Dan qed joħloq preġudizzju kbir għall-persuna konċernata, peress li sakemm ikollha d-deċizjoni ma tistax tapplika għall-fondi in konnessjoni ma' żvilupp mertu ta' dan l-istess appell.

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza ghall mistoqsija parlamentari 9541, 9367 u 9023, ninfurmak li wara li każ ta' appell jiġi diferit għad-deċiżjoni, hija l-prorogattiva tal-Bord li jiddeċiedi meta tingħata d-deċiżjoni.
Leg 11 PQ #9166 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9337 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9342 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li għamlu ġemellaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali kemm hemm u liema huma l-kunsilli lokali li għamlu ġemellaġġ? Meta sar dan il-ġemellaġġ u ma’ min? Liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-ġemellaġġ u fil-preżent qed tiġi proċessata din l-applikazzjoni? F'dan ir-rigward liema huma l-kunsilli lokali u ma’ liema pajjiż iridu jagħmlu l-ġemelaġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9427 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — żbir ta' siġra taż-żebbuġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9263 u 8832 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jara li tinżabar siġra taż-żebbuġ li l-friegħi tagħha qegħdin jostakolaw lin-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9445 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — self catering accommodation

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm units u sodod f’self-catering accommodation f’Għawdex u f’Malta separatament mill-1999 ‘l hawn skond it-tip eżempju: farmhouses, vilel bil-pool, apartments eċċ. u skond il-klassifikazzjoni tagħhom? Jista’ jgħid kemm kienet il-medja tal-occupancy rate tagħhom kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7146 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm hemm kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq? Kif inhuma komposti? Kemm-il darba ltaqgħu? Kemm isir infiq b'mod dettaljat f'kull kumitat minn meta nħolqu? Min hu l-kordinatur jew project manager ta' kull kumitat u kemm jaqla' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 7146 u 8192, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #8743 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tqegħid ta' posters ma' arbli

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5994 u jgħid jekk hawnx xi policy dwar it-tqegħid ta' posters ma' arbli, siġar eċċ.? Jekk fl-affermattiv, x'inhi din il-policy, meta saret u fuq kollox tobbligax lil min iwaħħalhom li jerġa' jneħħihom malli tgħaddi l-attività? F'każ li dawn ma jitneħħewx minn min ikun waħħalhom, hemm xi penali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li posters ma’ arbli jew siġar mhux permessibli skond is-sezzjoni 4.2 tal-Policy and Design Guidance – Bill Boards and Signs maħruġ f'Jannar tal-2007. L-Avviż Legali 171 tal-1993, artikolu 4(2) ukoll jipprojbixxi t-twaħħil ta' posters ma’ arbli u siġar.
Leg 11 PQ #8883 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal permessi ambjentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8672, 8433, 8268, 7899, 7359 u 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba: Tabella A Permessi ambjentali mis-sena 2003 (Statistiċi ta 2002 ma jinstabux rrekordjati f’din is–sistema) Tabella B Nature Protection Permits , Cites (Regulation EC 338/9 Article 4&5 Certificates, Regulation EC 338/97, Article 10 Certificates) Trade Import Licences, Trade Releases Tabella C Transboundary Movement of Waste
Leg 11 PQ #8962 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Ġnien Santa Margerita - Latrina pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8715 u jgħid meta ser tinbena l-latrina pubblika li kellha tinbena fl-area ta’ Ġnien Santa Margerita Bormla, mill-Ministeru tat-Turizmu u li permessi għaliha ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arranġament mal-Kunsill Lokali fuq dan il-proġett inbidel sabiex il-proċess tal-ippjanar u ħruġ ta’ offerti għall-bini jsir mill-Kunsill Lokali nnifsu. L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ser iżżomm biss ir-rwol li tiffinanzja u tissorvelja l-proċess u t-twettieq tax-xogħol.
Leg 11 PQ #8968 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruiseships lejn Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8024, 8539 u 8744 u jgħid kemm cruise tourists mistennija jżuru Għawdex mill- cruiseships li se jidħlu Għawdex fis-snin 2009, 2010 u 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sa issa l-Awtorità Marittima rċeviet konferma li ser ikun hemm żewġ cruiseliners li sejrin iżuru Għawdex matul din is-sena u li dawn jesgħu massimu ta’ 275 passiġġier. Għas-sena d-dieħla għad m’hemm l-ebda konferma ta’ xi cruiseliner li ser jidħol Għawdex għalkemm wieħed irid igħid li għadu kmieni ħafna għaliex il-bookings ikunu għadhom għaddejjin.
Leg 11 PQ #8980 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Triq San Ġwann - ġnien

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8718 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa qed tiġi riferuta lilu u cioè: Wara li nbnew l-appartamenti ġodda fi Triq San Ġwann Bormla, li issa huma abitati wkoll, u wara li ġnien żgħir li kien jitgawda mill-ġirien li jinsab quddiem il-club ta’ Cospicua Rangers tkisser sabiex setgħu jsiru x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jerga’ jinbena dan il-ġnien, li kien iservi ta’ żvog għar-residenti tal-akkwati ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi il-Kunsill Lokali Bormla daħal fi ftehim mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar sabiex isir xogħol ta’ landscaping fil-ġnien imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Ġew sottomessi l-applikazzjonijiet meħtieġa għall-permessi ta’ l-iżvilupp lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar inkluż l-estenzjoni tal-Club ta’ Cospicua Rangers. Billi jidher li hemm xi probelmi dwar l-applikazzjoni ta’ l-estenzjoni tal- Club , ġie deċiż illi din l-applikazzjoni tkun mifruda mill-proġett tal-ġnien sabiex ma jkunx hemm dewmien fil-ħruġ tal-permess ħalli x-xogħol fuq il-ġnien ikun jista’ jibda fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 11 PQ #9128 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar. Hu maħsub ukoll illi fil-futur jiġi ppreżentat rapport li jkopri l-qagħda tal-proġett imsemmi.
Leg 11 PQ #9130 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Chambray

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar. Hu maħsub ukoll illi fil-futur jiġi ppreżentat rapport li jkopri l-qagħda tal-proġett imsemmi.
Leg 11 PQ #9155 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-snin 2007 u 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.